Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547582
13 arti u kultura IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Wirja ġdida tesplora l-eluf ta' snin ta' laqgħat u qima f 'Tas-Silġ Wirja ġdida fil-Mużew Nazz- jonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta toffri ħarsa bħal qatt qabel lejn Tas-Silġ, is-sit arkeoloġiku bl-itwal użu kontinwu fil-gżejjer Maltin. Għall-ewwel darba, għażla ta' artefatti mill-bosta skavi li saru fis-sit matul is-snin qed jiġu ppreżentati flimkien taħt l-istess saqaf, fejn se jibqgħu murija sal-31 ta' Mejju 2027. Imsemmija 'Tas-Silġ: Post ta' Laqgħat u Qima għal Eluf ta' Snin', il-wirja tiggwida lill-viżitaturi tul aktar minn 4,000 sena ta' attività umana dokumentata fis-sit. Frott ħidma mill-qrib bejn Heritage Malta, l-Università ta' Malta, il-Missjoni Arkeoloġika Talja- na f 'Malta u s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, din l-inizjattiva tifforma parti mill-programm tal-11-il Kun- gress Internazzjonali tal-Istud- ji Feniċi u Puniċi li qed jittella' fil-Belt Valletta. Misjub fuq għolja li tħares lejn il-Bajja ta' Marsaxlokk, Tas-Silġ beda bħala kumpless megalitiku mibni lejn l-aħħar taż-Żmien Neolitiku, baqa' jintuża fi Żmien il-Bronż u fi Żmien il-Ħadid, u mbagħad sar ċentru reliġjuż impor- tanti għall-Feniċi, il-Puniċi u r-Rumani. Aktar tard, inbidel f 'kumpless ta' knisja Biżantina, kompluta b'fonti tal-magħmudija, qabel ma eventwalment sar medda ta' art agrikola. Dawn is-saffi suċċessivi joffru lenti rari li minnha nistgħu nifhmu aħjar ir-rabtiet kulturali, reliġjużi u ekonomiċi li kienu jgħaqqdu lil Malta mal-Mediterran usa'. Fost l-artefatti murija li jixhdu dawn ir-rabtiet mi- fruxin sew insibu forma ta' felli qamar magħmul mill-ag- ata, bi skrizzjoni kunej- formi, maħdum f 'Nippur, fil-Mesopotamja fis-seklu 13 jew kmieni fis-seklu 12 QK, possibbilment offrut fis-sant- warju minn baħħara mil-Lvant tal-Mediterran sekli wara. Il-viżitaturi mbagħad jitilgħu sal-Grigal tal-Italja permezz ta' tazza b'disinn uniku mill-ew- wel nofs tal-ewwel seklu WK, maħluqa mill-intraprenditur Sarius ma' wieħed mill-ħaddie- ma tiegħu ta' oriġini Orjentali. Il-wirja tesplora wkoll il-qi- ma lejn Astarte, id-divinità ewlenija tas-santwarju. Fost l-aktar oġġetti interessanti nsi- bu widna ta' daqs reali maħdu- ma fl-avorju fis-sitt seklu QK, li setgħet kienet tagħmel parti mill-istatwa ta' din l-alla, kif ukoll munita Repubblikana Rumana li jista' jkun li turiha bħala mara liebsa velu. Fuq in- naħa l-oħra, l-ittri bil-Feniċju 'NN, li jfissru "ta' Malta", jindikaw li x-xbieha fuq il-mu- nita kellha sehem importanti fit-tiswir tal-identità tal-gżira. Rikostruzzjonijiet diġitali 3D ġodda jagħtu l-ħajja mill- ġdid lil kif Tas-Silġ u l-pajsaġġ ta' madwaru kienu jidhru matul dawn il-perjodi storiċi differenti. Dawn ir-rikostru- zzjonijiet se jingħaqdu fuq pjattaforma diġitali li qed tiġi żviluppata biex ittejj- eb l-esperjenza ta' min iżur il-kumpless. Il-wirja tħeġġeġ ukoll għall-ġestjoni, l-inter- pretazzjoni u l-konservazzjo- ni magħquda tas-sit, inkluż l-għaqda mill-ġdid ta' żoni li bħalissa huma mifrudin mit- triq moderna. Jakkumpanja l-wirja hemm katalgu dettaljat li jista' jinxtara online minn heritagemalta.mt/store/ tas-silg-post-ta-laqghat-u- qima-ghal-eluf-ta-snin-a- place-of-encounters-and- worship-for-millennia/ jew mill-Mużew tal-Arkeoloġija. Id-dħul għall-wirja huwa inkluż fil-biljett tal-mużew, fejn jistgħu jintużaw ukoll il-Passaporti ta' Heritage Malta. Il-mużew jiftaħ kuljum mid-9:00am sal-5:00pm sat-3 ta' Jannar 2027. Il-ħinijiet tal-ftuħ ta' wara din id-data se jitħabbru fuq: heritagemalta. mt/opening-hours/. L-ispaz- ju tal-wirja huwa aċċessibbli għalkollox. Fuq nett: Rikostruzzjoni 3D tal-fażi Punika ta' Tas- Silġ; u (fin-nofs u fuq) parti mill-esibizzjoni

