Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547582
aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2026 • illum 08 Il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, fil-ġuris- dizzjoni kostituzzjonali tagħha, ordnat lill-Avukat tal-Istat iħallas kumpens totali ta' €135,067.32 lil Joseph Gauci wara li sabet li l-liġijiet tal-kera kisru d-dritt fun- damentali tiegħu għat-tgawdija tal-pro- prjetà. Fis-sentenza mogħtija nhar il-Ħamis, l-Imħallef Abigail Lofaro ordnat il-ħlas ta' €134,567.32 f 'danni pekunjarji u €500 oħra f 'danni mhux pekunjarji, flimkien mal-im- għax legali mid-data tas-sentenza sal-ħlas effettiv. Il-kawża kienet tirrigwarda fond kum- merċjali f 'numru 29, Timber Wharf, il-Marsa, li kien ilu mikri taħt kirja protetta mill-1952. Gauci kien wiret il-proprjetà mingħand William Nathaniel Francia. Il-fond kien oriġinarjament inkera lil Anthony Camilleri u l-kirja kompliet tintiret mill-familja tiegħu. Skont ix-xhieda ta' Gauci, meta nfetħet il-kawża fl-2021, il-kera kienet tammonta għal madwar €135 fis-sena, filwaqt li l-liġi kienet tipproteġi t-tiġdid tagħha sal-31 ta' Mejju 2028. Il-Qorti osservat li l-kontroll fuq il-kera u l-limitazzjonijiet fuq it-tmiem tal-kirja kienu imponew piż sproporzjonat fuq is-sid, bi ksur tal-Ewwel Artikolu tal-Ew- wel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Mill-istimi tal-perit tekniku rriżulta li fl- 2021 il-fond kellu valur fis-suq ta' €300,000, b'valur lokatizju stmat ta' €15,000 fis-sena. Fil-kalkolu tal-kumpens, il-Qorti kkun- sidrat il-perjodu bejn April tal-1987 u Mejju tal-2021, u applikat tnaqqis biex tqis fost oħrajn l-għan tal-liġi, l-inċertezza dwar il-possibbiltà li l-fond jibqa' mikri tul il-per- jodu kollu u x-xogħlijiet li kienu saru fih. Il-Qorti qieset ukoll li Gauci kien biegħ il-proprjetà lil Livingstone Investments Limited f 'Ġunju tal-2021, iżda fil-kuntratt kien żamm espressament id-dritt li jitlob kumpens għal ksur tad-drittijiet fundamen- tali tiegħu li kien seħħ qabel il-bejgħ. Għaldaqstant, ċaħdet l-argument tal- Avukat tal-Istat li Gauci ma kellux interess ġuridiku biex ikompli bil-kawża wara li biegħ il-proprjetà. Livingstone Investments Limited, li oriġinarjament kienet ukoll parti attriċi fil-proċeduri, irtirat il-kawża tagħha fis-26 ta' Marzu 2026. Fl-istess data, Gauci ċeda l-proċeduri fil-konfront ta' Raymond Camilleri biss. Il-kawża kompliet kontra l-Avukat tal-Istat u Gerald Camilleri u Bernardette Cremona. Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għal dik- jarazzjoni ta' ksur tal-Artikolu 37 tal-Kos- tituzzjoni, iżda sabet ksur tad-drittijiet ta' Gauci taħt il-Konvenzjoni Ewropea. Joseph Gauci kien qed jiġi assistit mill-Avukati Jose Herrera u David Camill- eri. Tħassib dwar nuqqas ta' screening nazzjonali għad-dijabete u każijiet ta' dijanjosi tard €135,067 f 'kumpens wara li nkisru d-drittijiet ta' sid ta' maħżen fil-Marsa minħabba l-liġijiet tal-kera Il-Qorti sabet li l-kera protetta ta' fond kummerċjali kienet qed timponi piż sproporzjonat fuq is-sid Esperjenzi ta' dijanjosi tard u kumplikazzjonijiet serji jqajmu mistoqsijiet dwar il- ħtieġa ta' screening u għarfien tad-dijabete f 'Malta JAELLE BORG Il-ħtieġa li d-dijabete tinqa- bad kmieni u l-konsegwenzi serji li jistgħu jirriżultaw minn dijanjosi tard kienu fost it-temi ewlenin ta' konferenza organiz- zata mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dijabete fl-okkażjoni tal- Jum Dinji tad-Dijabete. Matul id-diskussjoni tqajjem tħassib dwar in-nuqqas ta' pro- gramm nazzjonali ta' screening għad-dijabete f 'Malta, filwaqt li ġiet enfasizzata wkoll il-ħtieġa ta' reġistru nazzjonali li jiġbor informazzjoni dwar persuni li jgħixu b'din il-kundizzjoni. Fost dawk li tkellmu mill-ud- jenza kien hemm ommijiet li rrakkontaw kif ħadu lil ulied- hom għand it-tabib diversi drabi qabel ma eventwalment ġew id- dijanjostikati bid-dijabete. Huma spjegaw li, minkejja ż-żjarat ripetuti, ma kinux saru testijiet tal-livell taz-zokkor fid-demm. Dawn l-esperjenzi qajmu mistoqsijiet dwar kemm il-pro- fessjonisti tas-saħħa, inklużi t-tobba tal-familja, huma attenti għas-sintomi li jistgħu jindikaw il-preżenza tad-dijabete. Daħal l-isptar 15-il darba u kellu bżonn operazzjoni biex isalva siequ L-impatt serju tal-kundizz- joni deher ukoll fix-xhieda ta' Herbert Camenzuli, li ilu 37 sena jgħix bid-dijabete tat-tip 2. Huwa rrakkonta kif ommu wkoll kellha d-dijabete, iżda dak iż-żmien ħadd ma kien spjegalu li l-kundizzjoni setgħet tkun marbuta mal-istorja medika tal-familja. Camenzuli qal li bejn l-2011 u l-2026 iddaħħal l-isptar 15-il darba. Minkejja li beda joqgħod aktar attent għad-dieta tiegħu, il-livelli taz-zokkor fid-demm baqgħu mhux ikkontrollati u eventwalment kellu jibda jieħu l-insulina. Aktar tard żviluppalu infezzjo- ni f 'subgħajh ta' siequ, u t-tobba wissewh li seta' jispiċċa jitlef siequ jekk ma jsirx intervent. Huwa għadda minn operazzjoni ta' bypass f 'siequ, li rnexxiet. Bidliet żgħar jistgħu jagħmlu differenza kbira Waqt diskussjoni bejn esperti, Dr Paula Vassallo mid-Direttorat tad-Dijabete saħqet li l-għan mhuwiex il-perfezzjoni, iżda bidliet żgħar u sostenibbli fl-istil tal-ħajja. Hija għamlet referenza għal programm ibbażat fuq prattiki mill-Olanda, filwaqt li spjegat li mhux biss id-dieta taffettwa d-dijabete, iżda wkoll fatturi bħan-nuqqas ta' rqad. Min-naħa tiegħu, Dr Sandro Vella tkellem dwar id-differen- zi bejn id-dijabete tat-tip 1 u tat-tip 2, kif ukoll l-influwenza tal-ġenetika, l-obeżità u l-età. Moira Grixti enfasizzat ukoll il-biżgħat li jesperjenzaw persuni bid-dijabete, fosthom il-biża' mill-kumplikazzjonijiet u mill-insulina. Il-messaġġ ewlieni tal-kon- ferenza kien ċar: id-dijabete trid tingħaraf kmieni, qabel ma l-konsegwenzi tagħha jibdew ibiddlu l-ħajja tal-pazjenti. Il-konferenza nkludiet diskussjoni bejn esperti Il-Qorti osservat li l-kontroll fuq il-kera u l-limitazzjonijiet fuq it-tmiem tal-kirja kienu imponew piż sproporzjonat fuq is-sid

