MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547582

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 analiżi illum • IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2026 tat-taxxa Ewropea fuq it-tabakk: il-konsumaturi u s-sovranità fiskali tal-boroż tan-nikotina, f 'tentattiv biex jingħata spazju għal aktar diskussjoni dwar dawn il-prodotti. Madankollu, dawn il-konċess- jonijiet ma kinux biżżejjed biex Malta tbiddel il-pożizzjoni tagħha. Il-Prim Ministru Robert Abela wkoll intervjena fil-kwistjoni u kellu diskussjonijiet mal-Prim Ministru Irlandiż Michael Martin biex jispjega r-riżervi ta' Malta. Il-fatt li l-Gvern Malti qed iżomm il-pożizzjoni tiegħu minkejja li jinsab waħdu juri kemm iqis din il-kwistjoni bħala waħda importanti. Fl-istess ħin, ip- oġġi lil Malta taħt pressjoni politi- ka, speċjalment meta l-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri qed juru li lesti jimxu 'l quddiem. Irridu niakru li l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar it-taxxi teħtieġ l-unanimità tal-Istati Membri. Għalhekk, Malta għandha setgħa effettiva li twaqqaf il-ehim milli jgħaddi fil-Kunsill. Din hija waħda mir-raġunijiet għaliex l-oppożizz- joni tagħha għandha piż ferm ak- bar mid-daqs tagħha bħala pajjiż. Il-Parlament Ewropew, min- naħa tiegħu, kien ivvota kontra l-proposta oriġinali fis-17 ta' Ġunju 2026, b'439 vot kontra, 181 favur u 38 astensjoni. Madankollu, dan kien vot fil-proċedura ta' kon- sultazzjoni u mhux veto li waqqaf il-Kunsill milli jkompli bin-negoz- jati. Xi jkun l-impatt fuq il- konsumaturi? L-aktar konsegwenza diretta tar-riforma tkun żieda fil-prez- zijiet tal-prodotti tat-tabakk u tan-nikotina, minħabba li l-man- ifatturi u d-distributuri jkollhom jgħaddu parti miż-żieda fit-taxxa lill-konsumaturi. Għal min ipejjep is-sigaretti tradizzjonali, dan jista' jfisser li pakkett li llum jinxtara bi prezz partikolari jispiċċa jiswa aktar. L-istess japplika għal min juża t-tabakk tal-brim, li jista' wkoll jaffaċċja żieda fil-prezz. Iżda l-impatt ma jiqafx hemm. Persuni li jużaw sigaretti elettron- iċi, likwidi għall-vaping, prodotti tat-tabakk imsaħħan u boroż tan-nikotina jistgħu wkoll ikoll- hom iħallsu aktar, hekk kif dawn il-prodotti jidħlu taħt sistema Ewropea ta' tassazzjoni minima. Dan huwa importanti għal- iex f 'dawn l-aħħar snin is-suq tal-prodotti alternattivi għat-tipjip kiber b'mod konsiderevoli. Għal xi konsumaturi dawn il-prodotti jir- rappreżentaw alternattiva għas-si- garetti tradizzjonali, filwaqt li għal oħrajn huma mezz biex ikomplu jikkunsmaw in-nikotina mingħajr ma jużaw tabakk kombustibbli. Il-kwistjoni għalhekk hija jekk għandux ikun hemm l-istess approċċ fiskali għal prodotti li għandhom karatteristiċi u profili ta' riskju differenti. Wieħed mill-argumenti li jqumu fid-dibattitu Ewropew huwa li prodotti li ma jinvolvux il-ħruq tat-tabakk m'għandhomx neċessar- jament jiġu ntaxxati bl-istess mod bħas-sigaretti tradizzjonali. Dan ma jfissirx li huma bla riskju jew li għandhom jiġu promossi bħala prodotti tajbin għas-saħħa, iżda li t-tassazzjoni għandha tirrifletti d-differenzi bejn il-prodotti. Għaldaqstant, żieda fit-taxxa fuq dawn il-prodotti tista' tagħmil- hom inqas aċċessibbli għal dawk li jużawhom bħala alternattiva għas-sigaretti. Fl-istess waqt, il-prezzijiet ogħla jistgħu jservu ta' deterrent għal min ikun qed jaħseb biex jibda jużahom, partikolarment iż-żgħażagħ. Ir-riskju ta' suq illegali Wieħed mill-argumenti li għan- du jitqies f 'dan id-dibattitu huwa l-possibbiltà li żieda qawwija fit- taxxi twassal għal aktar kummerċ illegali u kuntrabandu. Meta d-differenza bejn il-prezz ta' prodott legali u dak li jinbiegħ fis-suq illegali tikber, jista' jkun hemm aktar inċentiv għal ċerti konsumaturi biex ifittxu prodotti irħas barra mill-kanali uffiċjali. Dan jista' jwassal għal żewġ problemi. Minn naħa, il-Gvern jitlef id-dħul li normalment jiġbor mis-sisa fuq il-prodotti mibjugħa legalment. Min-naħa l-oħra, il-konsumaturi jispiċċaw espos- ti għal prodotti li mhux bilfors jgħaddu mill-istess kontrolli ta' kwalità u sigurtà. Il-Kummissjoni Ewropea stess tirrikonoxxi li l-kummerċ illegali tat-tabakk għadu problema sin- ifikanti. L-istudju tal-Parlament Ewropew dwar ir-riforma jistma li madwar 8% tal-konsum tas-si- garetti fl-UE huwa marbut ma' prodotti illegali. Madankollu, ikun żbaljat li wieħed jassumi li kull żieda fit- taxxa awtomatikament twassal għal żieda fil-kuntrabandu. L-impatt jiddependi minn diversi fatturi, fosthom il-kapaċità tal-aw- toritajiet li jinfurzaw il-liġi, id-dif- ferenzi fil-prezzijiet bejn pajjiżi u d-disponibbiltà ta' prodotti illegali. L-argument Malti dwar dan għandu għalhekk jitqies fil-kuntest usa' tal-ħtieġa li l-politika fiskali tkun akkumpanjata minn infurzar effettiv. L-argument tas-saħħa pubblika Min-naħa tagħha, il-Kummiss- joni Ewropea qed tiddefendi r-ri- forma bħala parti mill-istrateġija tagħha biex jitnaqqas il-konsum tat-tabakk fl-Ewropa. Il-punt tat-tluq huwa li t-tipjip jibqa' wieħed mill-akbar fatturi ta' riskju għal mard li jista' jiġi evitat, fosthom il-kanċer, il-mard kardjo- vaskulari u l-problemi respiratorji. Il-pjan Ewropew kontra l-kanċer għandu l-għan li sal-2040 inqas minn 5% tal-popolazzjoni Ewropea tkun tuża t-tabakk. Iżda l-Kummissjoni tinnota li l-prev- alenza tat-tipjip fl-UE għadha madwar 24%, u għalhekk hemm bżonn ta' miżuri aktar b'saħħith- om. It-tassazzjoni hija meqjusa bħala waħda mill-għodod biex jintlaħaq dan l-għan. Il-loġika hija li meta l-prodotti tat-tabakk jiswew aktar, jonqos l-inċentiv biex wieħed jib- da jpejjep u jiżdied l-inċentiv għal dawk li diġà jpejpu biex jippruvaw jieqfu. Barra minn hekk, billi jiġu ntaxxati wkoll il-prodotti l-ġodda tan-nikotina, il-Kummissjoni trid tevita li l-konsumaturi sempliċe- ment jaqilbu minn prodott għal ieħor biex jevitaw il-prezzijiet ogħla. Dan huwa argument li Malta ma ċaħditx. Fil-fatt, il-Gvern qal li jappoġġja l-għanijiet tas-saħħa pubblika tal-proposta. Id-dif- ferenza tinsab fil-mod kif dawn l-għanijiet għandhom jintlaħqu. Hawnhekk hemm bżonn ta' diskussjoni aktar serja dwar jekk żieda ġenerali fit-taxxi hijiex l-aħ- jar għodda f 'kull ċirkostanza, jew jekk għandux ikun hemm approċċ aktar immirat li jqis il-karatter- istiċi tal-prodotti, id-drawwiet tal-konsumaturi u l-kundizzjoniji- et ekonomiċi nazzjonali. Ma jistax jiġi injorat ukoll li żieda fil-prezz waħedha mhijiex biżżejjed biex tindirizza l-prob- lema tat-tipjip. Edukazzjoni, pre- venzjoni, servizzi ta' għajnuna biex wieħed jieqaf ipejjep u infurzar kontra l-bejgħ illegali jibqgħu elementi essenzjali. X'se jiġri issa? Il-fatt li Malta qed iżżomm il-pożizzjoni tagħha jfisser li n-negozjati Ewropej għadhom ma waslux fi tmiemhom. Minħabba li l-bidliet fil-leġiżlazzjoni fiskali Ewropea jeħtieġu l-unanimità, il-Kunsill ma jistax jadotta l-proposta mingħajr il-qbil ta' Malta. Il-presidenza Irlandiża mistennija tkompli tfittex kompromess qabel il-laqgħa tal-ministri għall-finanzi tal-11 ta' Diċembru 2026. Jibqa' għalhekk li wieħed jara jekk il-Gvern Malti jirnexxilux jikseb aktar konċessjonijiet, par- tikolarment dwar il-livelli minimi tat-taxxa u l-flessibbiltà li għandu jkollhom l-Istati Membri. Fl-aħħar mill-aħħar, din il-kwistjoni tmur lil hinn mit-tab- akk. Hija eżempju ieħor tad-di- battitu kontinwu dwar il-limiti tal-kompetenzi Ewropej u kemm l-Istati Membri għandhom ikomp- lu jżommu kontroll fuq oqsma ewlenin tal-politika ekonomika tagħhom. Min-naħa l-oħra, hemm argu- ment validu li suq uniku Ewropew jeħtieġ ċertu livell ta' armonizzazz- joni biex ma jinħolqux distorsjoni- jiet u opportunitajiet għal evażjoni tat-taxxa. Għal Malta, l-isfida hija li tidde- fendi l-interessi tagħha mingħajr ma tidher li qed topponi riforma li għandha wkoll għanijiet leġittimi ta' saħħa pubblika. Il-Gvern irid jispjega b'mod ċar kemm tkun kbira ż-żieda li tkun meħtieġa f 'pajjiżna, liema kategoriji ta' prodotti jintlaqtu l-aktar u x'inhuma l-konsegwen- zi mistennija fuq il-konsumaturi u d-dħul mill-imposti. Bl-ist- ess mod, għandu jkun hemm diskussjoni dwar kif jistgħu jitnaqqsu r-riskji tal-kuntraban- du u kif tista' titħares is-saħħa pubblika. Mhux biżżejjed li Malta tgħid le għaliex it-taxxi huma kompe- tenza nazzjonali. Jeħtieġ ukoll li tippreżenta alternattiva kredibbli li tindirizza l-problemi li qed tippro- va ssolvi Brussell. U daqstant ieħor, il-Kummiss- joni Ewropea ma tistax tassumi li politika uniformi hija neċessarja- ment politika ġusta għal kulħadd.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 November 2026