MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547582

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

analiżi IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2026 • illum 06 Malta tgħid le għar-riforma tat-taxxa Is-saħħa pubblika, il-piż fuq il-konsumaturi Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tirriforma s-siste- ma tat-tassazzjoni fuq it-tabakk u prodotti relatati qed tqajjem kontroversja fost l-Istati Mem- bri, b'Malta tinsab fuq quddiem tal-oppożizzjoni kontra l-bidliet proposti. Il-Gvern Malti qed jinsisti li t-tassazzjoni għandha tibqa' prerogattiva nazzjonali u li l-livelli minimi ta' taxxa previsti mill-Kummissjoni jistgħu jkoll- hom impatt sproporzjonat fuq pajjiżna. Il-kwistjoni reġgħet ħadet prominenza fid-dibattitu Ewropew wara li l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana kkonferma li Malta ma tistax tappoġġja l-proposta fil-forma attwali tagħha. Skont il-pożizzjoni tal-Gvern, minkejja li Malta tappoġġja l-għanijiet tas-saħħa pubblika li fuqhom hija mibnija r-riforma, għad hemm tħassib serju li ma ġiex indirizzat fin-negozjati. Il-pożizzjoni Maltija mhijiex sempliċement argument dwar kemm għandu jiswa pakkett siga- retti jew kemm għandha titħallas taxxa fuq prodott tan-nikotina. Malta qed tqajjem mistoqsijiet usa' dwar fejn għandha tasal l-armoniz- zazzjoni Ewropea f 'qasam li jolqot direttament il-politika fiskali ta' kull pajjiż, kif ukoll dwar jekk siste- ma uniformi hijiex neċessarjament ġusta għal ekonomiji li għandhom livelli differenti ta' dħul, prezzijiet u kapaċità ta' konsum. Il-proposta tal-Kummissjoni, ippreżentata fis-16 ta' Lulju 2025, għandha l-għan li timmodern- izza d-Direttiva Ewropea dwar it-Tassazzjoni tat-Tabakk, li ilha ma tiġi aġġornata b'mod sostanzjali mill-2010. Iżda dak li għal Brussell huwa tentattiv biex tissaħħaħ is- saħħa pubblika u jitnaqqas il-kon- sum tat-tabakk, għal Malta jista' jfisser żieda sostanzjali fit-taxxa fuq prodotti li diġà huma soġġetti għal tassazzjoni nazzjonali, kif ukoll tn- aqqis fil-flessibbiltà tal-Gvern biex jiddeċiedi l-politika tiegħu. X'qed tipproponi l-Kummissjoni Ewropea? Il-qofol tar-riforma huwa żieda fil-livelli minimi ta' dazju tas-sisa fuq it-tabakk tradizzjonali u l-es- tensjoni tas-sistema għal prodotti ġodda li saru dejjem aktar popolari f 'dawn l-aħħar snin. Fil-prattika, il-Kummissjoni trid li l-Istati Membri japplikaw livelli minimi komuni ta' tassazzjoni fuq is-sigaretti, it-tabakk tal-brim, is-si- garri u prodotti oħra tat-tabakk, iżda wkoll fuq is-sigaretti elettron- iċi, il-likwidi tagħhom, it-tabakk imsaħħan u l-boroż tan-nikotina, magħrufa bħala nicotine pouches. Sal-lum, dawn il-prodotti ġodda ma kinux kollha koperti bl-istess mod mir-regoli Ewropej dwar is-si- sa. Dan ħoloq differenzi bejn pajjiż u ieħor, kemm fit-taxxi applikati kif ukoll fil-mod kif il-prodotti jiġu kklassifikati. Il-Kummissjoni qed tipprova ddaħħalhom kollha f 'qafas komuni, b'rati minimi li kull Stat Membru jkollu jirrispetta. L-għan huwa li jiġi evitat li prodotti li fihom in-nikotina jibqgħu barra mill-qa- fas regolatorju u fiskali li japplika għat-tabakk tradizzjonali. Wieħed mill-aktar elementi sinifikanti tal-proposta huwa ż-żieda fid-dazju minimu fuq is-sigaretti. Skont il-proposta, il-minimu Ewropew jitla' għal 63% tal-prezz medju ponderat tas-siga- retti, flimkien ma' €215 għal kull elf sigarett. Dan jirrappreżenta żieda sostanzjali meta mqabbel mal-livell minimu attwali. Barra minn hekk, il-proposta tinkludi mekkaniżmi biex il-livelli minimi jiġu aġġustati maż-żmien skont l-inflazzjoni u l-kapaċità ta' akkwist fil-pajjiżi rispettivi. Dan if- isser li l-limiti minimi ma jibqgħux sempliċement ċifri fissi, iżda jkunu jistgħu jiżdiedu skont parametri ekonomiċi Ewropej. Il-Kummissjoni trid ukoll li jkun hemm kontrolli aktar stretti fuq it-tabakk mhux ipproċessat, sabiex jitnaqqas ir-riskju li dan jiġi ddevjat lejn il-manifattura illegali ta' pro- dotti tat-tabakk. Skont il-Kummissjoni, il-bidliet għandhom jidħlu fis-seħħ mill- 2028, b'perjodu tranżitorju ta' erba' snin għal ċerti żidiet fir-rati tas-sisa biex l-Istati Membri jkollhom żmien jadattaw. Għaliex Malta qed topponi r-riforma? Il-Gvern Malti qed jibbaża l-oppożizzjoni tiegħu fuq żewġ argumenti ewlenin: l-impatt spro- porzjonat li ż-żieda fit-taxxa jista' jkollha fuq pajjiżna u l-prinċipju li d-deċiżjonijiet dwar it-tassazzjoni għandhom jibqgħu f 'idejn l-Istati Membri. Clyde Caruana spjega li l-livelli minimi proposti għadhom ferm ogħla minn dawk applikati bħalissa f 'Malta, anke wara l-emendi li saru matul in-negozjati, partikolarment fir-rigward tal-boroż tan-nikotina. Il-Ministru wissa li żieda ta' din ix-xorta tista' twassal għal konseg- wenzi sproporzjonati għall-konsu- maturi u għall-ekonomija Maltija. L-argument huwa li ma jistax ikun hemm sistema ta' tassazzjoni li tapplika bl-istess mod għal pajjiżi b'kundizzjonijiet ekonomiċi differ- enti, mingħajr ma jitqiesu l-livelli ta' dħul, il-prezzijiet u ċ-ċirkostanzi partikolari ta' kull suq. Dan huwa partikolarment rilevanti għal Malta, li għandha ekonomija żgħira u suq relatti- vament limitat. Żieda qawwija fit-taxxa fuq prodott partikolari jista' jkollha impatt differenti minn dak li jkollha f 'ekonomija ferm akbar, b'livelli differenti ta' konsum u poter tal-akkwist. It-tħassib Malti huwa wkoll mar- but mal-mekkaniżmu li bih ir-rati minimi jiġu aġġustati awtomatika- ment. Għalkemm fil-verżjonijiet preċedenti tal-proposta kien hemm dispożizzjonijiet marbuta mal-in- flazzjoni u mal-parità tal-poter tal-akkwist, Malta qed topponi l-idea li l-livelli ta' tassazzjoni jiġu influwenzati minn mekkaniżmi Ewropej li jnaqqsu l-kontroll nazz- jonali fuq il-politika fiskali. Caruana argumenta li dawn l-aġġustamenti jistgħu jikkomp- likaw is-sistema u jnaqqsu l-flessib- biltà tal-pajjiżi biex jirrispondu għar-realtajiet ekonomiċi tagħhom. Għal Malta, mhijiex kwistjoni li wieħed jirriuta kull forma ta' koperazzjoni Ewropea, iżda li l-ar- monizzazzjoni ma ssirx għad-det- riment tal-awtonomija nazzjonali. Hawnhekk tidħol ukoll kwist- joni ta' prinċipju. It-tassazzjoni hija wieħed mill-aktar strumenti importanti li għandu Gvern biex jimplimenta l-politika ekonomi- ka tiegħu. Permezz tagħha jista' jiddeċiedi liema prodotti jintaxxaw aktar, kif jibbilanċja d-dħul pub- bliku u l-piż fuq il-konsumaturi, u kif jirreaġixxi għal ċirkostanzi ekonomiċi partikolari. Il-Gvern Malti qed jistaqsi kemm ikun ġust li Brussell timponi limiti minimi li jistgħu jġiegħlu lil pajjiżi bħal Malta jżidu t-taxxi, anke meta l-kundizzjonijiet lokali ma jiġġustifikawx tali żieda. Din mhijiex l-ewwel darba li pajjiżi żgħar esprimew tħassib dwar il-konsegwenzi ta' armoniz- zazzjoni fiskali Ewropea. Iżda f 'dan il-każ Malta spiċċat f 'pożizzjoni partikolarment iżolata. Malta waħedha kontra 26 Stat Membru L-oppożizzjoni Maltija ħadet di- mensjoni politika aktar importanti fil-laqgħa tal-ministri għall-finanzi tal-UE fid-9 ta' Novembru 2026. Sa it ilu, il-Finlandja u l-Estonja kienu qed jaqblu ma' Malta, iżda ż-żewġ pajjiżi aċċettaw il-kompro- messi li tressqu matul in-negozjati. B'hekk Malta spiċċat l-uniku pajjiż fost is-27 Stat Membru li għadu ma jridx jagħti l-appoġġ tiegħu għall-proposta. Skont rapporti dwar in-negozjati, il-presidenza Irlandiża tal-Kunsill tal-UE kienet irnexxielha tikseb l-appoġġ tas-26 pajjiż l-ieħor għal verżjoni kompromessa tar-rifor- ma. Il-Ministru għall-Finanzi tal-Irlanda, Simon Harris, esprima d-diżappunt tiegħu li ma ntlaħaqx qbil unanimu, iżda qal li jittama li konsultazzjonijiet oħra ma' Malta jwasslu għal ehim fil-laqgħa li jmiss. Il-kompromess kien diġà raħħas xi wħud mill-elementi l-aktar kon- troversjali tal-proposta oriġinali. Fost il-bidliet kien hemm it-tneħħi- ja tal-aġġustamenti awtomatiċi marbuta mal-inflazzjoni, biex minflok l-Istati Membri jerġgħu jiddiskutu l-livelli minimi kull tliet snin u jiddeċiedu b'mod unanimu jekk għandhomx jiġu aġġornati. Saret ukoll reviżjoni tad-dis- pożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni Il-Gvern Malti qed jistaqsi kemm ikun ġust li Brussell timponi limiti minimi li jistgħu jġiegħlu lil pajjiżi bħal Malta jżidu t-taxxi, anke meta l-kundizzjonijiet lokali ma jiġġustifikawx tali żieda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 November 2026