Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547582
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2026 Attakki ċibernetiċi u twissijiet fl-Ewropa: Malta kemm hi preparata għal kriżi? JAELLE BORG Attakki ċibernetiċi fuq mijiet ta' supermarkets, theddid ta' bombi li fixkel titjiriet u skejjel, u twissi- jiet lill-popolazzjoni biex taħżen ikel u ilma qed ipoġġu s-sigurtà u t-tħejjija għall-emerġenzi fuq quddiem nett tal-aġenda Ewro- pea. Fl-aħħar ġimgħat, diversi pajjiżi Ewropej esperjenzaw inċidenti li wrew kemm servizzi essenzjali jistgħu jkunu vulnerabbli għal attakki diġitali u forom oħra ta' tfixkil. Fl-istess waqt, il-gverni- jiet qed jagħtu aktar importanza lill-kapaċità tal-familji li jgħaddu diversi jiem mingħajr provvisti jew servizzi regolari. Iżda hekk kif l-Ewropa qed tħejji ruħha għal kriżijiet differenti, tqum mistoqsija: Malta kemm hi preparata biex taffaċċja sitwazzjoni simili? Attakk fuq 700 supermarket fi Franza Wieħed mill-aktar każijiet serji seħħ fit-12 ta' Ottubru, meta attakk ċibernetiku laqat is-sistemi ta' refriġerazzjoni ta' madwar 700 supermarket u stabbiliment kum- merċjali fi Franza. L-attakkaturi rnexxielhom jik- kontrollaw it-temperaturi tal-friġis u l-friżers mill-bogħod, u f 'ċerti każijiet għollewhom sa 50 grad Celsius. Dan wassal biex kwantitajiet kbar ta' prodotti tal-ikel kellhom jintremew, filwaqt li ġew irrappur- tati wkoll nirien f 'xi stabbilimenti milquta. Fid-9 ta' Novembru, l-awtorita- jiet Franċiżi akkużaw lill-Gwardja Rivoluzzjonarja Iranjana li kienet responsabbli għall-attakk. Franza sejħet lill-ambaxxatur Iranjan u ħabbret li se tfittex sanzjonijiet Ewropej kontra dawk involuti. L-Iran ċaħad l-akkużi. Fil-bidu ta' Novembru, ġew irrappurtati problemi simili fis-sistemi ta' refriġerazzjoni ta' supermarkets f 'pajjiżi oħra, fost- hom il-Belġju, l-Iżvezja, l-Irlanda, il-Lussemburgu u l-Estonja. Madankollu, għadu mhux stab- bilit jekk dawn l-inċidenti kinux marbuta mal-istess attakkaturi. Anke s-servizzi tas-saħħa fil- mira It-theddid ċibernetiku ma kienx limitat għas-settur tal-ikel. Fi Franza, attakkaturi ppruvaw jimmanipulaw it-temperaturi f 'faċilitajiet li jaħżnu prodotti tad- demm. Is-sistemi ta' sigurtà pper- mettew li l-attakk jiġi identifikat u mwaqqaf qabel ma l-prodotti ġew kompromessi. Dawn l-inċidenti qed iqajmu tħassib dwar il-konsegwenzi li at- takk diġitali jista' jkollu fuq il-ħajja ta' kuljum. Attakk fuq sistema informatika jista' jwassal mhux biss għal telf ta' informazzjoni, iżda wkoll għal interruzzjoni fil-provista tal-ikel, fis-servizzi mediċi jew f 'infrastrut- tura essenzjali oħra. Theddid ta' bombi jfixkel titjiriet u skejjel It-tħassib dwar is-sigurtà Ewro- pea kompla jiżdied wara sensiela ta' theddid ta' bombi f 'ajruporti, fuq titjiriet u fi skejjel. Fil-5 ta' Novembru, mill-inqas 25 titjira madwar l-Ewropa ġew affettwati minn twissijiet ta' bombi, bi wħud mill-ajruplani jkollhom jinżlu f 'ajruporti differenti minn dawk ippjanati. Fil-11 ta' Novembru, eluf ta' skejjel fl-Italja, l-Irlanda u partijiet mir-Renju Unit irċevew theddid simili. Fl-Italja biss, madwar 6,300 grupp ta' skejjel ġew fil-mira ta' messaġġi ta' theddid, u dan wassal għal evakwazzjonijiet u interventi tal-pulizija. Għalkemm ma nstabux bombi, l-inċidenti ħolqu tfixkil konsid- erevoli. Xi uffiċjali Ewropej qajmu tħas- sib dwar il-possibbiltà ta' kampanji ta' destabilizzazzjoni jew gwerra ibrida. Madankollu, għad m'hem- mx evidenza pubblika li tidentifika min kien responsabbli għat-thed- did kollu. Gvernijiet Ewropej iħeġġu l-ħażna tal-ikel F'dan il-kuntest ta' inċertezza, diversi pajjiżi Ewropej qed isaħħu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom biex iċ-ċittadini jkunu preparati għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza. F'Marzu tal-2025, il-Kummiss- joni Ewropea ppreżentat strateġi- ja li tinkludi l-iżvilupp ta' linji gwida biex il-popolazzjoni tkun tista' tgħaddi mill-inqas 72 siegħa mingħajr assistenza esterna. Il-Ġermanja tirrakkomanda li l-familji, fejn possibbli, iżommu provisti ta' ikel u xorb għal għaxart ijiem, filwaqt li tlett ijiem jitqiesu bħala punt tajjeb minn fejn wieħed jibda. Fl-Iżvezja, l-awtoritajiet iħeġġu lill-popolazzjoni taħżen biżżejjed ikel għal ġimgħa, b'mod partikolari prodotti li ma jeħtiġux refriġerazz- joni. Fil-Finlandja, il-pariri uffiċjali jinkoraġġixxu lill-familji jkunu awtosuffiċjenti għal 72 siegħa. Fl-Olanda wkoll, il-Gvern qed iħeġġeġ lin-nies jippreparaw kit ta' emerġenza b'ilma, ikel li jdum ma jitħassarx, mediċini, torċa, radju bil-batteriji u flus kontanti. Dawn il-pariri ma jfissrux li hemm attakk imminenti. Huma maħsuba għal emerġenzi differenti, inklużi attakki ċibernetiċi, qtugħ tal-elettriku, diżastri naturali u kriżijiet oħra. U Malta kemm hi preparata? F'Malta wkoll ittieħdu inizjattivi biex titjieb it-tħejjija tal-popola- zzjoni għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza. F'April li għadda, il-Gvern ħabbar inizjattiva biex kull familja f 'Malta u Għawdex tingħata manwal dwar l-emerġenzi u kutra għat-tifi tan-nar. Il-proġett, imħabbar mill-Min- istru għall-Intern Byron Camilleri, sar b'kollaborazzjoni mal-Protez- zjoni Ċivili, il-Pulizija u s-settur tas-saħħa. Il-manwal jinkludi pariri dwar kif wieħed għandu jaġixxi qabel, waqt u wara emerġenza, kif ukoll dwar il-preparazzjoni ta' basket b'oġġetti essenzjali f 'każ li familja jkollha titlaq minn darha malajr. Madankollu, l-attakki ċiber- netiċi riċenti fl-Ewropa jqajmu mistoqsijiet dwar kemm Malta hija preparata għal interruzzjoni- jiet fit-tul fil-provista tal-elettriku, tal-ilma, tal-ikel u ta' servizzi essenzjali oħra. F'dan il-kuntest, din il-gazzetta bagħtet sensiela ta' mistoqsijiet lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar jekk Malta għandhiex pjan nazz- jonali ta' tħejjija għal emerġenzi fuq skala kbira, kif ukoll jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jħeġġeġ lill-familji Maltin iżommu provisti ta' ikel, ilma u prodotti essenzjali għal mill-inqas 72 siegħa, kif qed jiġi rakkomandat f 'pajjiżi Ewropej oħra. Intalbu wkoll dettalji dwar jekk l-awtoritajiet Maltin wettqux valutazzjonijiet tar-riskju wara l-attakki fuq is-sistemi tat-tkessiħ tas-supermarkets Ewropej, u jekk sarx kuntatt ma' supermarkets, importaturi tal-ikel u operaturi ta' faċilitajiet ta' ħażna mkessħa f 'Malta. Mistoqsijiet oħra ffukaw fuq il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, il-pjanijiet alternattivi f 'każ ta' attakk ċibernetiku serju, is-sigurtà tal-provista tal-ikel fid-dawl tad-dipendenza ta' Malta fuq l-importazzjoni, u l-mezzi ta' komunikazzjoni mal-pubbliku waqt emerġenza nazzjonali. Il-Gvern ġie mistoqsi wkoll jekk sarux simulazzjonijiet biex tiġi ttestjata t-tħejjija tal-pajjiż għal kriżijiet simili u jekk humiex ip- pjanati miżuri jew rakkomandazz- jonijiet ġodda għall-popolazzjoni. Sal-ħin tal-pubblikazzjoni, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien għadu ma bagħat l-ebda tweġiba għall-mistoqsijiet. Minn attakki fuq supermarkets u servizzi tas-saħħa sa theddid ta' bombi f 'ajruporti u skejjel, it-tħassib dwar is- sigurtà fl-Ewropa qed jikber, filwaqt li diversi gvernijiet qed iħeġġu lill-familji jħejju provisti għal emerġenzi Fit-12 ta' Ottubru, attakk ċibernetiku laqat is-sistemi ta' refriġerazzjoni ta' madwar 700 supermarket u stabbiliment kummerċjali fi Franza Amsterdam Trade Bank (ATB) ġiet iddikjarata falluta fit-22 ta' April 2022 (kawża nru F.13/22/77). Fis-16 ta' Novembru 2026, il-lista finali tad-distribuzzjoni approvata għandha tiġi ppreżentata fir-reġistru tal-Qorti Distrettwali ta' Amsterdam. Il-kredituri tal-ATB jistgħu jispezzjonaw il-lista hemmhekk għal 10 ijiem. Il-falliment jintemm hekk kif il-lista ssir definittiva u vinkolanti, li fil-prinċipju jseħħ fi tmiem il-perjodu ta' spezzjoni. Il-kredituri tal-ATB li għadhom ma rċevew ebda komunikazzjoni jew distribuzzjoni interim mit-trustee tal-falliment huma mitluba jikkuntattjaw lit-trustee fuq infoatb@ stibbe.com. L-ATB kienet topera wkoll taħt l-ismijiet ATBANK, ATBConnect, ATBSavings, FIBR u FIBR Bank. Hija rreġistrata mal-Kamra tal-Kummerċ Olandiża bin-numru 33260432. Għal aktar informazzjoni dwar il-falliment, żur www.atbank.nl.

