Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547582
aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2026 • illum 04 Tliet tfajliet ta' 13 u 14-il sena fost sitt vittmi ta' cyberbullying irreġistrati mill-Pulizija fl-2026 JAELLE BORG Mill-istess sitt vittmi, ħamsa kienu nisa jew tfajliet, filwaqt li l-vittma l-oħra kien raġel. Dan ifisser li nofs il-vittmi identi- fikati f 'dawn il-każijiet kienu minorenni. Il-vittmi kienu jinkludu tifla ta' 13-il sena, żewġ tfajliet ta' 14-il sena, żewġ nisa ta' 23 u 40 sena, kif ukoll raġel ta' 42 sena. Dawn id-dettalji ħarġu minn tweġiba parlamentari tal-Min- istru għall-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield għal mistoqsija tad-Deputata Romilda Zarb, li talbet tagħrif dwar il-każijiet ta' cyberbullying irrappurtati lill- Pulizija minn meta daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni relatata ma' dan ir-reat. Fit-tweġiba tiegħu, Bedingfield spjega li matul l-2026 ġew irreġis- trati erba' rapporti dwar allegati każijiet ta' cyberbullying fis-sistema elettronika tal-Korp tal-Pulizija. Ma' dawn żdiedu żewġ każijiet oħra li ġew identifikati waqt li l-Pulizija kienet qed tinvestiga reati oħra, biex b'hekk it-total ta' każijiet identifikati u rreġistrati tela' għal sitta. Il-Ministru għamilha ċara li dawn il-każijiet ġew irreġistrati speċifikament bħala cyberbullying u mhux bħala fastidju fuq l-inter- net (online harassment). Din id-distinzjoni tfisser li ċ-ċifri mogħtija ma jirrappreżentawx neċessarjament l-ilmenti kollha dwar abbuż jew fastidju li jseħħ permezz tal-internet u l-mezzi diġitali. Passi legali fi tliet każijiet Fir-rigward tal-azzjoni meħuda mill-Pulizija, Bedingfield qal li ttieħdu passi legali f 'żewġ każijiet, filwaqt li f 'każ ieħor tressqu akkużi. Il-Ministru indika wkoll li l-investigazzjonijiet fi tliet każijiet oħra kienu għadhom għaddejjin, għalkemm fl-istess tweġiba semma li f 'wieħed minnhom ma ttieħdu l-ebda passi legali. It-tweġiba parlamentari ma tispeċifikax liema mill-każijiet wasslu għal passi legali, u lanqas ma tagħti dettalji dwar in-natu- ra tal-allegat cyberbullying jew iċ-ċirkostanzi li fihom seħħew l-inċidenti. Għaldaqstant, mill-informazz- joni ppreżentata ma jistax jiġi stabbilit jekk il-każijiet li jinvolvu t-tliet tfajliet minorenni humiex fost dawk li dwarhom ittieħdu passi legali jew li għadhom qed jiġu investigati. Fil-mistoqsija tagħha, Zarb talbet ukoll informazzjoni dwar il-vittmi maqsuma skont il-ġeneru u l-età, kif ukoll dwar kemm mir-rapporti wasslu għal investigazzjonijiet u proċeduri quddiem il-Qorti. Għal dak li jirrigwarda s-sena 2025, il-Ministru rrefera għal tweġiba parlamentari oħra mogħti- ja matul il-leġiżlatura preċedenti. Iċ-ċifri tal-2026 juru li fost il-vitt- mi identifikati fil-każijiet irreġis- trati speċifikament bħala cyber- bullying kien hemm kemm adulti kif ukoll tfajliet taħt l-età, bl-iżgħar vittma tkun ta' 13-il sena. Tliet tfajliet ta' 13 u 14-il sena kienu fost sitt vittmi ta' cyberbullying identifikati mill- Pulizija matul l-2026, skont informazzjoni mogħtija fil-Parlament MA' SAVIOUR BALZAN IL-ĦAMIS FL-10.15PM FUQ TVM Matul l-2026 ġew irreġistrati erba' rapporti dwar allegati każijiet ta' cyberbullying fis-sistema elettronika tal- Korp tal-Pulizija

