MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547582

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

aħbarijiet illum • IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2026 09 F'ittra ġudizzjarja indirizzata lill-Awtorità tal-Ippjanar u lis-Sovrintendenza tal-Pat- rimonju Kulturali, Din l-Art Ħelwa tenniet it-talba li ilha tagħmel biex il-Barracks Brit- taniċi fil-Forti Chambray, Għa- jnsielem, Għawdex, jingħataw protezzjoni legali permezz ta' skedar statutorju. It-talba oriġinali kienet saret fit-18 ta' April 2024. Fis-26 ta' Frar 2026, il-Barracks Brittaniċi ġew inklużi fil-lista ta' Europa Nostra tas-"Seba' Siti ta' Wirt Kulturali l-Aktar fil-Periklu fl-Ewropa" għall-2026. Wara missjoni ta' esperti f 'Malta u Għawdex bejn it-18 u t-23 ta' Mejju 2026, ir-rap- port finali ta' Europa Nostra, li ntbagħat lill-Awtorità fit-22 ta' Settembru 2026, ikkonkluda li l-Barracks Brittaniċi għandhom sinifikat arkitettoniku, kultur- ali u storiku eċċezzjonali fuq livell Ewropew. Għaldaqstant, ir-rapport irrakkomanda li dawn jingħataw protezzjoni ta' Grad 1, flimkien mal-ambjent ta' madwarhom li huwa essenzjali għall-valur tagħhom. Din l-Art Ħelwa innotat wkoll li, minkejja t-tħabbira tal-Gvern tat-12 ta' Ottubru 2026 li l-Mas- ter Plan għall-Forti Chambray ġie emendat biex il-Barracks Brittaniċi jiġu inklużi u ppreser- vati fil-post oriġinali tagħhom, il-proċess ta' skedar statutorju skont l-Artikolu 57 tal-Kapitolu 552 għadu pendenti u għadu ma ġiex deċiż mill-Kunsill Eżekuttiv. Fil-komunikazzjonijiet tagħha tal-25 u tal-31 ta' Awwissu 2026, l-Awtorità kienet irrikonoxxiet li t-talba kienet għadha pendenti u mistennija titressaq quddiem il-Kunsill Eżekuttiv fi żmien qasir. Madankollu, emenda għall-Master Plan ma tistax tieħu post il-protezzjoni legali statutorja. Oriġinarjament, is-Sovrin- tendenza kienet iddikjarat li, peress li l-applikazzjoni sħiħa għall-iżvilupp li kienet qed tiġi kkunsidrata (PA 2454/16) kienet tipprevedi ż-żarmar tal-Barracks Brittaniċi, kif approvat fil-per- mess PA 2024/07, u fid-dawl tal-impenn meħud f 'dak il-per- mess, ma kinitx f 'pożizzjoni li tirrevedi r-rakkomandazzjoni tagħha. Fl-ittra ġudizzjarja, Din l-Art Ħelwa qed titlob lis-Sovrin- tendenza biex terġa' tevalwa l-pożizzjoni tagħha fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-esperti. L-ittra ġudizzjarja titlob kon- ferma bil-miktub dwar l-istat attwali tat-talba għall-iskedar u ż-żmien mistenni biex din tiġi deċiża; avviż minn qabel, aċċess għad-dokumenti rilevanti u l-opportunità li jsiru sottomiss- jonijiet qabel ma l-kwistjoni titressaq quddiem il-Kunsill Eżekuttiv; evalwazzjoni mill- ġdid sħiħa min-naħa tas-Sovrin- tendenza, inkluża r-rakko- mandazzjoni tagħha, fid-dawl tar-rapport tal-missjoni esperta ta' Europa Nostra; u li l-Barracks Brittaniċi, flimkien mal-amb- jent ta' madwarhom li huwa essenzjali għall-valur tagħhom, jingħataw protezzjoni ta' Grad 1 u jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern. Din l-Art Ħelwa rriżervat id-drittijiet legali kollha tagħha, inkluż id-dritt li tieħu azzjoni jekk il-protezzjoni li event- walment tingħata lill-Barracks Brittaniċi ma tirriflettix l-istatus ta' Grad 1 li jixirqilhom. Fort Chambray u l-battalja biex jiġu salvati l-Barracks Din l-Art Ħelwa titlob li l-Barracks Brittaniċi fil- Forti Chambray jingħataw protezzjoni ta' Grad 1 L-istorja ta' Forti Chambray tmur lura għas-seklu 18, meta l-Kavallieri ta' San Ġwann fittxew li jsaħħu d-difiża ta' Għaw- dex u joħolqu fortifikazzjoni strateġika qrib il-port tal-Imġarr. Il-proġett kien propost fl-1722, iżda x-xogħol beda biss fl-1749, grazzi għall-kontribut finanz- jarju tal-Bailli Jacques François de Chambray, li offra madwar 40,000 skud għall-bini tal-forti. Il-fortifikazzjoni tlestiet fl-1758, iżda l-pjan oriġinali li tinbena belt sħiħa ġewwa s-swar qatt ma twettaq. Wara l-invażjoni Franċiża tal-1798, il-forti għadda f 'idejn l-Ingliżi, li użawh bħala stazzjon militari. Matul is-seklu 19, żviluppa wkoll bħala ċentru mediku, b'sptar militari li kien jilqa' suldati morda u feruti, inkluż matul il-Gwerra tal-Krimea. Il-Barracks Brittaniċi li llum jinsabu fiċ-ċentru tal-kontroversja nbnew lejn l-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20 bħala married quarters, jiġifieri akkomodazzjo- ni għas-suldati Ingliżi u l-familji tagħhom. Huma jikkostitwixxu eżempju rari ta' arkitettura militari Ingliża f 'Malta, b'faċċata distintiva tal-ġebla tal-franka u arkati karat- teristiċi. Wara t-tluq tal-Ingliżi mill-for- ti fl-1934, il-barracks ingħataw użu mediku u ntużaw bħala sptar għall-kura tal-lebbra mill-1937 sal- 1956. Il-forti nnifsu baqa' jintuża bħala sptar psikjatriku sal-1983. Għalhekk, il-valur storiku tiegħu mhuwiex limitat għall-istorja militari, iżda jinkludi wkoll l-istorja soċjali u medika ta' Għawdex. Fl-1992 ġie approvat Develop- ment Brief għall-iżvilupp tas-sit, li kien jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Bar- racks Brittaniċi jinżammu, jiġu rrestawrati u kkonservati għal użi ġodda. Minkejja dan, pjanijiet ta' żvilupp sussegwenti bdew jippre- vedu ż-żarmar tagħhom u l-inkor- porazzjoni ta' elementi arkitettoniċi tagħhom f 'binja ġdida. Il-kontroversja eskalat bl-ap- plikazzjoni PA 2454/16, li kienet tipprevedi ż-żarmar tal-barracks, u l-proposti għal kumpless turistiku u residenzjali estensiv. F'Diċem- bru 2024, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-pjanijiet b'vot ta' ħamsa kontra tnejn, u fetħet it-triq għall-iżvilupp ta' lukanda ta' ħames stilel u għadd ta' unitajiet residen- zjali. Din id-deċiżjoni qajmet op- pożizzjoni minn għaqdiet fosthom Din l-Art Ħelwa, Wirt Għawdex, Għawdix u Moviment Graffitti, li sostnew li ż-żarmar kien imur kontra l-prinċipji tal-konservazzjo- ni u l-ispirtu tal-Development Brief tal-1992. L-appelli tagħhom kontra l-approvazzjoni ġew miċħuda mit-Tribunal ta' Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f 'April 2026. Il-kampanja kompliet fuq livell internazzjonali meta, fi Frar 2026, il-Barracks ġew inklużi fil-lista ta' Europa Nostra tas-seba' siti ta' wirt kulturali l-aktar fil-periklu fl-Ewropa. Wara missjoni ta' esperti f 'Malta u Għawdex, ir-rapport finali ta' Settembru rrakkomanda li l-binja tingħata protezzjoni ta' Grad 1, flimkien mal-ambjent storiku tagħha. Fit-12 ta' Ottubru 2026, il-Gvern ħabbar li l-Master Plan għall-Forti Chambray kien ġie emendat biex il-Barracks jinżammu fil-post oriġinali tagħhom. Madankollu, Din l-Art Ħelwa saħqet li din il-bidla mhijiex sostitut għall-pro- tezzjoni legali statutorja. Il-battalja issa qed tiffoka fuq it-talba biex il-Barracks Brittaniċi u l-ambjent tagħhom jingħataw formalment protezzjoni ta' Grad 1, sabiex il-wegħda li jiġu salvati tkun imsaħħa b'garanzija legali dejjiema. Jacques François de Chambray L-ittra ġudizzjarja titlob konferma bil-miktub dwar l-istat attwali tat-talba għall-iskedar u ż-żmien mistenni biex din tiġi deċiża

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 November 2026