www.illum.com.mt
NRU 1039
€1.50
IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2026
PAĠNI 4-5
IKOMPLI F'PAĠNA 3
IKOMPLI F'PAĠNA 3
IL-LABOUR JERĠA' JIFTAĦ
VANTAĠĠ TA' 4.2 PUNTI
FUQ IL-PN WARA L-BUDGET
Il-Partit Laburista reġa' fuq quddiem b'van-
taġġ ta' 4.2 punti perċentwali fuq il-Par-
tit Nazzjonalista, skont l-aħħar stħarriġ
tal-MaltaToday li sar wara l-Budget.
Jekk issir elezzjoni ġenerali llum, il-PL
jikseb 50% tal-voti, kontra l-45.8% tal-PN, fil-
waqt li l-partiti ż-żgħar flimkien jiksbu 4.2%.
Ir-riżultati juru titjib għall-PL meta mqab-
bla mal-istħarriġ ta' Ottubru, meta ż-żewġ
partiti kienu kważi ras imb ras. F'xahar, il-
PL żied 1.4 punti perċentwali, filwaqt li l-PN
tilef 2.2 punti perċentwali. Is-sehem tal-par-
titi ż-żgħar żdied minn 3.8% għal 4.2%.
Minkejja dan, id-distakk bejn iż-żewġ par-
titi għadu sostanzjalment iżgħar minn dak
irreġistrat fl-aħħar elezzjoni ġenerali.
Skont l-istħarriġ, il-PL jinsab fuq quddiem
b'vantaġġ ekwivalenti għal madwar 11,979
vot, meta mqabbel mad-distakk ta' 21,721
vot fl-elezzjoni ġenerali.
Tfal lura fil-
kura tal-Istat
wara li jkunu
rritornaw
mal-ġenituri
JAELLE BORG
Numru ta' tfal li jkunu rritornaw
jgħixu mal-ġenituri bijoloġiċi
tagħhom wara perjodu fil-ku-
ra alternattiva ġieli kellhom
jerġgħu jitneħħew mid-dar
minħabba li reġgħu sabu
ruħhom f 'sitwazzjonijiet ta'
riskju.
Dan ikkonfermah id-Diret-
torat għall-Kura Alternattiva,
fi ħdan l-FSWS, fi tweġibiet
lil din il-gazzetta, wara li ċifri
parlamentari żvelaw li 43 tifel u
tifla kellhom jirritornaw fil-kura
tal-Istat matul l-aħħar għaxar
snin, minkejja li kienu ngħaqdu
mill-ġdid mal-familji bijoloġiċi
tagħhom.
Jingħata taħriġ qabel persuna
ssir foster carer
ROBERT ABELA JIBQA' L-AKTAR MEXXEJ FDAT BIEX IMEXXI
L-PAJJIŻ, B'VANTAĠĠ TA' 8.2 PUNTI PERĊENTWALI FUQ IL-
KAP TAL-OPPOŻIZZJONI ALEX BORG
Kważi 7,000 każ ta'
vjolenza domestika
rreġistrati fl-2025
50%
44.4%
45.8%
36.2%
PARTIT
LABURISTA
ROBERT ABELA
PARTIT
NAZZJONALISTA
ALEX BORG