MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547681

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' NOVEMBRU 2026 • illum 16 GTA VI: Wara stennija ta' 13-il sena waslet – u qed tegħleb kull rekord Wara 13-il sena ta' stenni- ja, spekulazzjoni u għadd ta' xnigħat, Grand e Auto VI, magħrufa aħjar bħala GTA VI, tnediet fid-19 ta' Novembru. It-tnedija tagħha qed titqies bħala waħda mill-akbar avvenimenti fl-istorja tal-logħob elettroniku, b'aspettattivi li it prodotti oħra fid-dinja tad-divertiment jistgħu jikkompetu magħhom. Għal Rockstar Games, l-istudio responsabbli mis-serje, din hija l-akbar prova s'issa. Wara snin ta' żvilupp u investiment finanzjarju enormi, il-kumpanija trid turi li rnexxielha toħloq esperjenza li tiġġustifika l-istennija straordinarja tal-partitarji. L-aħħar logħba prinċipali fis-serje, GTA V, kienet ħarġet f 'Settembru tal-2013. Minkejja li kompliet iżżomm il-popolarità tagħha permezz tal-modalità on- line, il-partitarji baqgħu jistennew kapitlu ġdid. L-ewwel trailer ta' GTA VI, ippubblikat f 'Diċembru tal-2023, qajjem interess enormi u fi it sigħat ġabar miljuni ta' visti fuq YouTube. Oriġinarjament mistennija toħroġ fl-2025, il-logħba ġiet posposta għal Mejju tal-2026, qabel ma tħabbret data ġdida għad-19 ta' Novembru. Kull dewmien kompla jkabbar l-aspettattivi, iżda fl-istess ħin żied il-pressjoni fuq Rockstar biex twassal prodott ta' kwalità eċċezzjonali. GTA VI se tkun disponibbli għall-PlayStation 5 u l-Xbox Series X/S, filwaqt li għad m'hemmx data uffiċjali għar-rilaxx fuq il-kompjut- er personali. L-azzjoni terġa' lura lejn Vice City, il-belt fittizja ispirata minn Miami, iżda din id-darba l-ambjent huwa ferm akbar u jinkludi stat Amerikan fittizju msejjaħ Leonida, ispirat minn Florida. Fost il-postijiet li l-plejers jistgħu jesploraw hemm il-Leonida Keys, Port Gellhorn u Mount Kalaga Na- tional Park. L-istorja tiffoka fuq Jason Duval u Lucia Caminos, koppja involuta fid-dinja kriminali li r-relazzjoni tagħhom tfakkar f 'dik ta' Bon- nie u Clyde. Lucia hija l-ewwel protagonista femminili ewlenija fis-serje u l-plejers se jkunu jistgħu jaqilbu bejn iż-żewġ karattri hekk kif jippruvaw jagħmlu triqithom f 'dinja mimlija kriminalità, serq u konfoffi. Iżda l-aspettattivi mhumiex marbuta biss mal-istorja. Il-parti- tarji qed jistennew dinja virtwali aktar realistika, b'aktar binjiet li wieħed jista' jidħol fihom, aktar interazzjoni mal-persuni u ambjent li jirreaġixxi b'mod aktar naturali għall-azzjonijiet tal-plejer. L-istorja ta' Grand e Auto tmur lura għall-1997, meta ħarġet l-ewwel logħba, b'perspettiva minn fuq u gameplay ibbażat fuq is-sewqan, is-serq u l-ħarba mill- Pulizija. Kienet GTA III, fl-2001, li bidlet l-industrija billi introduċiet dinja tridimensjonali miuħa li fiha l-plejers setgħu jesploraw belt sħiħa. Fl-2002 ħarġet GTA: Vice City, b'atmosfera ispirata mis-snin tmenin, filwaqt li GTA: San Andre- as, fl-2004, espandiet aktar id-dinja tal-logħba. GTA IV waslet fl-2008 b'narrattiva aktar serja u realisti- ka, fil- waqt li GTA V, fl-2013, introduċiet tliet protagonisti u modalità online li saret suċċess kummerċjali enormi. Is-serje kollha biegħet aktar minn 470 miljun kopja madwar id-dinja, b'GTA V waħedha taqbeż il-230 miljun kopja. Wieħed mill-aktar aspetti impressjonanti ta' GTA VI huwa l-ispiża tagħha. Għalkemm Rock- star ma ppubblikatx ċifra uffiċjali, stimi fl-industrija jqiegħdu l-inves- timent totali għal aktar minn biljun dollaru, u jissuġġerixxu li madwar 5,000 persuna setgħu kienu invo- luti fl-iżvilupp. Jekk dawn iċ-ċifri huma korretti, GTA VI tista' tkun waħda mill-aktar logħob għaljin li qatt saru, b'investiment kompa- rabbli ma' produzzjonijiet kbar ta' Hollywood. L-ispiża għall-konsumaturi wkoll qed tqajjem diskussjoni. F'Malta, il-prezz tal-edizzjoni standard huwa ta' madwar €79.99, filwaqt li edizzjonijiet aktar għaljin jinkludu kontenut diġitali addizzjonali. Minkejja dan, l-interess jidher li it li xejn naqas. L-ewwel reċensjonijiet inter- nazzjonali kienu pożittivi ħafna, bi kritiċi jfaħħru l-kwalità grafika, id-dettall tad-dinja virtwali u l-istorja. Madankollu, il-vera prova se tkun jekk il-logħba jirnexxilhiex iżżomm l-interess tal-plejers wara l-eċitament inizjali tat-tnedija. GTA VI qed tasal f 'mument fejn il-logħob elettroniku sar wieħed mill-akbar setturi tad-divertiment globali, b'udjenzi u investimenti li jikkompetu ma' dawk taċ-ċinema. Għal Rockstar, issa wasal il-mu- ment tal-verità. Għall-miljuni ta' plejers, wara 13-il sena ta' stennija, wasal iż-żmien li jaraw jekk Vice City hix tassew se tkun id-dinja virtwali li ilhom joħolmu. Diska jew le? L-Ewroparlamentari Laburis- ta Malti Alex Agius Saliba tal- ab lill-Kummissjoni Ewropea tinvestiga l-prattiki ta' kumpaniji ewlenin fis-settur tal-logħob elettroniku, fosthom Sony, biex jiġi stabbilit jekk dawn humiex qed jiksru d-drittijiet tal-konsumaturi Ewropej. It-talba saret fid-dawl ta' kon- troversja dwar il-bejgħ ta' GTA VI, wara tħassib li l-konsumaturi jistgħu jixtru l-logħba f 'kaxxa tradizzjonali, iżda minflok kopja fiżika jsibu biss kodiċi biex iniżżlu- ha mill-internet. Agius Saliba sostna li l-konsu- maturi għandhom ikunu infurmati b'mod ċar dwar dak li jkunu qed jixtru, partikolarment meta prodott jinbiegħ f 'ippakkjar li normalment ikun assoċjat ma' kopja fiżika. Huwa insista li l-ippakkjar għan- du jindika b'mod ċar jekk il-kaxxa jkunx fiha l-logħba f 'format fiżiku jew sempliċement kodiċi biex titniżżel b'mod diġitali. Lil hinn mill-kwistjoni tal-ippa- kkjar, l-Ewroparlamentari qajjem ukoll tħassib dwar id-drittijiet ta' dawk li jixtru logħob elettroniku f 'format diġitali. Skont Agius Saliba, jeħtieġ li jiġi ċċarat jekk il-konsumaturi humiex tassew qed jakkwistaw il-logħob li jixtru, jew jekk humiex sempliċe- ment jingħataw aċċess għal perjodu li jista' jiġi limitat mill-kumpaniji. Huwa wissa li kumpanija tista' tiddeċiedi li tagħlaq is-servers tagħha wara diversi snin, bil-kon- segwenza li konsumatur jispiċċa ma jkunx jista' juża logħba li jkun diġà ħallas għaliha. Grand Theft Auto VI mhijiex sempliċement logħba oħra, iżda avveniment li qed jiddomina l-industrija tad-divertiment Alex Agius Saliba talab lill-Kummissjoni Ewropea tinvestiga l-prattiki ta' kumpaniji ewlenin fis-settur tal-logħob elettroniku "L-istorja ta' Grand Theft Auto tmur lura għall-1997, meta ħarġet l-ewwel logħba, b'perspettiva minn fuq u gameplay ibbażat fuq is- sewqan, is-serq u l-ħarba mill- Pulizija"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 November 2026