Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI Il-Baby Boomers Dawk li twieldu fis-sittinijiet, il-Baby Boomers, reġgħu fl-aħbarijiet, imma mhux għaxxagħar twil, il-fjuri f 'rashom u l-qari minn Jack Kerouac. Maż-żmien tilfu "l-innoċenza" u l-idealiżmu tagħhom u llum qed ikunu assessjasi ekonomikament. IlBoomers illum ħolqu diviżjoni bejn min għandu u min m'għandux. Huma s-sidien ta' proprjetà li l-ġenerazzjoni ta' warajhom ma taffordjax li jkollha. Il-Boomers tas-snin 60 kellhom bosta privileġġi li l-ġenerazzjoni tal-lum m'għandhiex, ngħidu aħna universitaà b'xejn. Illum l-istudju akkamediku f 'pajjiż bħall-Awstralja trid tħallas għalih b'mod astronomiku – aktar minn 20,000 dollaru fis-sena, aktar milli tħallas filĠappun jew fl-Istati Uniti. Ħafna qarrejja jiftakru l-moviment tal-protesta, Occupy Wall Street ta' dan l-aħħar. Kien moviment li kellu ħafna ħoss, imma qatt ma deher li seta' jhedded serjament lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew, aktar minnhekk, lissistema soċjo-ekonomika prevalenti. Il-moviment Occupy qatt ma kellu l-profil tal-protesti tas-60 fl-Ewropa, fl-Ingilterra u fl-Istati Uniti. Issa, wieħed mill-konsulenti ewlenin tal-bank ġganti HSBC qed jgħid li l-moviment Occupy kien ir-riżultat dirett ta' kif il-Boomers "għaddew l-ispejjeż" fuq ġenerazzjonijiet iżgħar minnhom. Fost il-benefiċċji tal-Boomers l-ekonomisti qed isemmu, minbarra l-privileġġ ta' edukazzjoni għolja b'xejn, l-akkwist tal-proprjetà, is-sistema talbenefiċċji tas-saħħa u s-sigurtà tal-pensjonijiet. Illum hemm kriżi dwar ir-riżorsi meħtiega biex jitkomplew il-benefiċċji li kienu kisbu l-eks-hippies. Martin Luther King Il-generazzjoni tal-Baby Boomers tfakkarni f 'uħud bħall-kantanta Joan Baez (ikona tal-mużika tal-protesta), Ariel Dorfmann, Muhammad Yunnis u ħafna oħrajn. Fl-okkażjoni tal-50 sena mid-diskors storiku ta' Martin Luther King ("Jien Għandi Ħolma") il-BBC 4 ippreżenta lil dawn il-personalitajiet jagħtu l-impressjonijiet tagħhom dwar dak id-diskors ideoloġiku u x'ifisser illum, wara nofs seklu. It-tifkira ġriet madwar id-dinja kollha tal-media. Iżda l-ħolma ta' Luther King għadha ħolma. Karl Schembri Hawn iltqajt mal-ġurnalista L-Addolo TONI ABELA Karl Schembri: Ċensurat mir-Radju tal-Università u rumanzier poeta Karl Schembri li għal perjodu ta' żmien kien anki d-deputat editur tal-Malta Today. Karl kien jinsab Sydney biex jieħu sehem fil-Byron Bay Writers Festival u meta sar jaf li jien qiegħed ħawn, qasam lejn Melbourne biex niltaqgħu. F'Sydney il-ħabib tiegħi ippreżenta sett ta' poeżiji godda li għadhom kif kienu ppubblikati fl-Amerika fi ktieb, Back into tħe Future. Kien misiedem jitkellem waqt forum dwar kif żoni ta' kunflitt jistimulaw il-kreattività. Karl, ta' min ifakkar, ħu bbażat fl-Istrixxa ta' Gaża, jaħdem għall-Oxfam. Bħala ġurnalist, akkwista profil relativament qawwi. Evita li jibqa' maqful filgaġġa parrokkjali Maltija u l-artikli tiegħu qed isibu posthom f 'gazzett u rivisti internazzjonali bħall-Guardian u Newsweek. Karl għarrafni wkoll li l-Oxfam jixtiequh ikun ir-rapportatur ewlenin fuq il-gwerra ċivili fis-Sirja. Lillgurnalist ta' dan il-kalibru, Malta kienet ikkalpestatu u ċċensuratu. L-ewwel rumanz tiegħu, xogħol anarkiku bittitlu Il-Manifest tal-Killer, kien iċċensurat mir-Radju talUniversità, Campus FM. Malta għandha mod kif tipprotegi lilha nfisha mill-ġdid u l-antikonvenzjonali. Dawn l-element dejjem tarahom perikolużi għall-istatus quo. Rolf Harris L-aħbar għodda ssuperat dak kollu li għaddej bħalissa fir-rigward tal-elezzjonijiet federali tas-7 ta' Settembru flAwstralja. Il-media xegħlet bl-aħbar li Rolf Ħarris, il-komiku eċċentriku u pittur Awstraljan li llum daħal fit-80 sena tiegħu, jinsab akkużat li mmolesta żewġ tfajliet taħt l-età. Il-kummidjat, il-favorit tar-Regina Eliżabetta u ta' Margaret Tħatcher, qed ikun akkużat b'offiżi sesswali fuq tfajla ta' 15-il sena (sitt darbiet) bejn l-1980-81 u oħra ta' 14 (tliet darbiet) fl-1986. Ħu wkoll akkużat li sas-sena li għaddiet ipproduċa "xbihat indeċenti" ta' persuna taħt l-età. Ironikament, is-sena li għaddiet ingħata bagalja ta' unuri, fosthom li jieħu seħem fil-Ġublew tad-Djamanti tar-Reġina. Kien onorat millAkkademja Ingliża tal-Film u t-Televiżjoni u maħtur Uffiċjal tal-Ordni Awstraljana. Harris dejjem kien assoċjat mat-tfal. Ħalla l-istudji universitarji biex jidħol f 'kulleġġ għat-taħrig talgħalliema u l-ewwel impjieg li kellu kien li jgħallem l-għawm lit-tfal żgħar. Fl-1953 Harris iffirma kuntratt mal-BBC u minn dik is-sena 'l quddiem sar kontributur regolari bi spettakli li għamluh famuż. Minkejja l-arrest tiegħu l-kummidjant għadu jipprova jpingi. Martu, Ingliża riservata li ma taqbilx mal-karattru storbjuż Awstraljan ta' żewġha, qalet li huwa qed ipingi kuljum biex ma jaħsibx fil-mod devastanti li waqa' fih. Fiddjaru tagħha, Rolf kien sab li riedet tagħmel suwiċidju. Il-media qed tirrapporta li l-ammiraturi u ħbiebu qed jikkumbattu magħħom infushom biex jemmnu l-allegazzjonijiet xokkanti. Ma jistgħux jemmnu li l-artist ta' Jake tħe Peg, Animal Hospital jew Stairway to Heaven seta' jagħmel dak li għamel u joħloq infern għattfajliet li mmolestja u għalih innifsu. marpardi@internode.od.net L -aktar li jinteressawna huma l-ħajjin. Mill-mejtin ftit hemm x'tieħu. La għandhom voti. La jistgħu jżidu jew u lanqas inaqqsu minn dak li jkunu ħallew warajhom. La jitkellmu u lanqas idejquna. Ma jfissirx li ma niftakrux fihom. Iżda għall-bqilja tas-sena, ħlief fl-1 ta' Novembru, qajla niftakru fil-mejtin. Biex tkunu tafu kemm ma niftakrux fihom, aslu wasla saċ-ċimiterju tal-Addolorata. Dan huwa wieħed mill-isbaħ ċimiterji li hawn fl-Ewropa. Ġojjel ta' arkittetura tal-Perit Emmanuel Luigi Galizia, l-istess wieħed li ppjanta ċimiterju ġojjel ieħor, magħruf ma' kulħadd bħala tat-Torok fil-Marsa. Qawl antik Indjan igħid li min ma jirrispettax lillmejtin aħseb u ara kemm jagħti kas lill-ħajjin. Dan innuqqas ta' rispett jidher blaktar mod evidenti fit-telqa u traskuraġni li hemm f 'dan il-post. L-arkittetura Gotika magħmula minn disinji fini Il-ġgant 'm I llum qed isiru l-elezzjonijiet filĠermanja li l-esitu tagħhom huwa mistenni aktar missoltu. Dawn l-elezzjonijiet Ġermaniżi akkwistaw importanza minħabba żewġ raġunijiet prinċipali. Fl-ewwel lok, minħabba l-importanza li l-Ġermanja llum għandha fi ħdan l-Unjoni Ewropea. U fit-tieni lok, minħabba l-kriżi fl-ewrożona u l-istennija ġenerali li l-Ġermanja tieħu posizzjoni prominenti fittfittxija ta' soluzzjoni għaliha. Il-Ġermanja tqanqal emozzjonijiet kontrastanti fi ħdan kull wieħed u waħda minnha. L-istess tista' tgħid għal kwalunkwe pajjiż ieħor imma forsi fir-rigward talĠermanja, tali kuntrast emotiv huwa aktar qawwi. Il-Ġermaniżi huma meqjusa bħala persuni dixxiplinati u organizzati u l-prodotti tagħhom igawdu minn fama tajba ħafna. Imma mill-banda l-oħra, ħafna jżommu f'moħħhom iilfatt li f'dawn l-aħħar mitt sena, il-patrija ta' Goethe, Beethoven, Luteru, Kant, Bach, Durer u bosta oħrajn ġġieldet żewġ gwerer dinjija sabiex takkwista s-supremazija fil-kontinent ewropew, gwerer li kkawżaw miljuni ta' mwiet u ħruxija li ftit rajna bħalha fl-annali tal-istorja. Il-wirt storiku poġġa fuq JOE ELLIS il-Ġermanja piż kbir. William Paterson, xjenzat politiku ta' Aston University f'Birmingham u studjuż tal-politika Ġermaniża laqqam lill-Ġermanja bħala "l-eġemonu riluttanti", dak il-pajjiż li kontra qalbu jrid jassigura l-ordni soċjali, politika u ekonomika fl-Ewropa. Fl-aħħar ħames snin ta' kriżi finanzjarja l-influwenza Tedeska "kibret b'mod tal-għaġeb", il-Ġermanja skansat il-kriżi ekonomika li fniet bosta pajjiżi ewropej u anke lill-Amerika u fl-istess ħin, il-Ġermanja ddettat kif l-Ewropa għandha tirrispondi għal din il-kriżi. Simms kompla jgħid li l-mewġa ta' Ġermanofobija li ħakmet bosta fl-Ewropa ġejja minħabba l-fatt li kienet il-Ġermanja li ppreskriviet ir-riċetta ta' awsterità li bosta pajjiżi ewropej kellhom jadottaw u kienet il-Ġermanja li żammet li joħorġu bonds garantiti mill-pajjiżi Ewropej kollha kif

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013