Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

6 illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 L-ebda qbil fuq liema għand FL-OKKAŻJONI tal-Indipendenza, ILLUMstaqsa għadd ta' personalitajiet Maltin dwar x'jaħsbu dwar ir-reviżjoni tan-numru talfesti nazzjonali f 'pajjiżna. Jum l-Indipendenza ifakkar meta Malta saret stat indipendenti bħala monarkija kostituzzjonali. Dan seħħ wara r-referendum i li sar fi Frar 1964 fejn 54.5% ivvutaw favur l-indipendenza Maltija. Ir-Reġina Eliżabetta II baqgħet il-kap tal-istat waqt li l-gvernatur ġenerali jeżerċita l-awtorità f 'isimha. Dakinhar Ġorġ Borġ Olivier kien sar l-ewwel Prim Ministru ta' Malta. Fl-1 ta' Diċembru tal- istess sena pajjiżna ngħaqad mal-Ġnus Magħquda. Malta, pajjiż ta' madwar 400,000 ruħ, jiċċelebra ħames festi nazzjonali. Dawn huma l-31 ta' Marzu Jum il-Ħelsien, 7 ta' Ġunju Sette Giugno, 8 ta' Settembru l-Vitorja, 21 ta' Settembru l-Indipendenza u 13 ta' Diċembru r-Repubblika. Min jaħseb li dan kulħadd jafu, mhux minnu. Taħsbux li l-personalitajiet kollha kienu jafu liema huma dawn il-ħames festi. Ħafna għamlu referenzi lejn il-Milied u Santa Marija fost l-oħrajn, għax ħasbuhom li jagħmlu parti mill-ħamsa. Ħamsa u għoxrin fil-mija mill-personalitajiet qablu li l-Vitorja għandha tkun il-festa nazzjonali ewlenija,u l-istess ammont ma kkummentawx fuq liema waħda għandha tintgħażel. Favoriti wara l-Vitorja kien hemm ir-Repubblika u l-Indipendenza b'16.6% 'l wieħed millpersonalitajiet mistoqsija. Il-mistoqsijiet li sarulhom kienu dawn: 1. Jekk ikollok tagħżel festa nazzjonali minn dawk Maltin biex nibqgħu niċċelebraw lilha, liem tagħżel? Liem taħseb li għandha l-iktar sinifikat għal pajjiżna u għalfejn? 2. Taqbel li għandna nneħħu l-festi nazzjonali u bħallu waħda biss? Jew inneħħu wħud minnhom u nħallu l-oħrajn? Wenzu Mintoff Editur tal-ġurnal Kullħadd 1. Jien nagħżel Jum ir-Repubblika għax timmarka avveniment storiku fejn kien hemm uninamità tal-pajjiz. Dan kien wieħed mid-drabi fejn il-maġġoranza tal-Parlament qabel li Malta għandha ssir Repubblika, b'sitta biss li kienu vvutaw kontra, fosthom Ġorġ Borg Olivier. B'hekk l-unika festa li għandha l-kunsens nazzjonali hija r-reppubblika. Dan dejjem f 'kuntest li minn ħamsa jsiru waħda. 2. Fiż-żmien li ntgħażlu ħames festi jien kont nagħmel parti mill-Parlament Malti. Kienu ntgħażlu ħamsa għax ma setax jintlaħaq qbil fuq festa waħda u b'hekk kulħadd ħa biċċa. Ma kinitx xi ħaġa li ntgħażlet fuq kriterju nazzjonali imma biss biex jintlaħaq ftehim. Forsi għal dak iż-żmien kienet tagħmel sens iżda issa żgur li ma jagħmilx sens. Il-jum nazzjonali għandu jkun wieħed u jitgawda minn kulħadd. Brian Hansford Preżentatur 1. Għalija m'hemmx xi festa partikolari li nagħżel. Jekk irrid inkun diplomatiku ngħid li nagħżel is-Sette Giugno għax m'għandha l-ebda konnotazzjonijiet politiċi. Imma mill-bqija m'hemmx xi raġuni partikolari oħra. 2. Naħseb wasalna biex nieħdu deċizjoni. Bħala pajjiż irid ikollu ġurnata li jgħid li dik hija l-festa nazzjonali tagħna. Imma fl-istess ħin mhux qed ngħid li m'għandhomx it-tifsira tagħhom, anzi, xorta għandhom sinifikat tagħhom imma għandna nagħżlu waħda li tispikka iktar u li nagħtuha iktar prijorità. James Cassar Kunsillier PN fuq il-Mosta 1. Nagħżel l-Indipendenza. Onestament naħseb li kollha ħallew l-impatt tagħhom, però jekk ikolli nagħżel naħseb dak kien l-ewwel pass biex Malta ssir awtonoma. 2. Nemmen li kull festa għandha sinifikat differenti iżda kollha kemm huma għandhom sinifikat ta' importanza. Għalhekk nemmen li l-festi nazzjonali m'għandhomx jitneħħew u lanqas għandu jkun hemm distinzjoni bejn waħda u oħra, għax kollha għandhom l-importanza tagħhom. Anton B Dougall Lukandier 1. Kieku jkolli nagħżel, iżżewġ festi li żgur nikkunsidra huma s-Sette Giugno u l-Vitorja minħabba li m'għandhom l-ebda relazzjoni politika. Iżda jekk ikolli nagħżel waħda minnhom nagħżel il-Vitorja, li timmemora żewġ avvenimenti importanti fl-istorja ta' pajjiżna. Tmiem l-Assedju l-Kbir u d-data ta' meta l-Italja ċediet l-armi kontra l-alleati fit-Tieni Gwerra Dinjija fl-1943. 2. Il-festi nazzjonali għandhom jonqsu. Nippreferi li jkollna festa waħda nazzjonali, għax b'hekk ikollha impatt u nagħtuha sinifikat akbar. Nemmen li peress li għandna ħamsa huma kemxejn żvalutati. Nispiċċaw nagħmlu ħames pontifikali, ħames parati u kollox jindara qisu xejn mhu xejn. Ħamsa huma wisq! MARIELLA PACE AXIAK Personalità 1. Kieku jkolli nagħżel waħda nagħżel ir-Repubblika, għax fejn qabel ksibna l-Indipendenza issa morna oltre minn hekk u llum tista' ssejjaħ lill-Maltin bħala repubblikani. 2. Nemmen li m'għandhomx jitneħħew il-festi nazzjonali. Biex wieħed iċedi waħda jispiċċa jmur minn fuq ħaddieħor. Nispiċċaw nagħżlu xi waħda li tkun tiffavorixxi lil xi partit minnhom u ma rridx li l-festa nazzjonali tkun taqsam lil pajjiżna. Ħamsa mhumiex ħafna! Għalija jibqgħu kollha hemmhekk kif inhuma.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013