Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

8 illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 Il-pastizzi b'differenza JEAN PIERRE CASSAR jitkellem ma' Marilù Vella, il-moħħ wara Pastizzi Gourmet, pastizzi magħmulin minn riċetti tradizzjonali, b'inqas xaħam u b'ingredjenti differenti mis-soltu, fosthom qargħa aħmar, għeneb, ċikkulata, frawli u ħafna iktar. MARILÙ hija tfajla Siġġiwija gradwata fit-Teatru li studjat kemm Malta u anke l-Ingilterra, iżda l-imħabba li għandha lejn l-ikel għelbet kull karriera u f 'Diċembru li ġej se tagħlaq sentejn minn mindu fetħet dan in-negozju. Marilù tistqarr kif dan innegozju beda waqt li kienet għadha qed tfittex xogħol, u f 'temp ta' xahar, wara li ħmiet xi ftit pastizzi għal sħabha, xterrdet l-aħbar dwar il-benna ta' xogħolha u minn hemm nibtet l-idea ta' Pastizzi Gourmet, fejn hi segwietha u llum qed tagħmel passi kbar. "Għażilt il-kelma 'Gourmet' mhux minħabba l-fatt biss li l-għaġina hija low fat, u b'hekk differenti minn dik sfiljurata li nsibu fil-kiosks Maltin, iżda anke peress li nagħmel pastizzi b'ħafna tipi ta' mili differenti, inklużi dawk ħelwin," tgħid. Marilù għalissa tispeċifika biss fil-pastizzi li tgħidilna li jżommuha pjuttost attiva, iżda ma teskludix li 'l quddiem għad tibda tipproduċi wkoll tipi ta' ikel oħrajn, hekk kif l-imħabba lejn il-kċina ma tħallihiex bi kwietha. Marilù taddatta l-pastizzi tagħha skont il-perjodu L-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi huwa korp stabbilit mil-liġi biex jissorvelja, jirregola, u jirrevedi il-prattiċi, l-operat u l-attivitajiet kollha dwar l-enerġija, l-ilma u r-riżorsi minerali. L-Awtorità qed tfittex biex timla dan il-post battal. POST BATTAL PART-TIME JUNIOR FINANCE OFFICER (ERDF PROJECT 288) ETC PERMIT 18/2013 Il-kandidat magħżul ikun responsabbli għall-amministrazzjoni finanzjarja ta' kuljum u sabiex imexxi il-Proġett 288 tal-ERDF. L-applikanti: Irid ikollhom Degree Universitarju professjonali oħra ekwivalenti fl-Accountancy jew kwalifika Irid ikollhom profiċjenza fl-użu ta' programmi ta' software li huma komunement użati Dan il-post qed jiġi offrut fuq bażi ta' kuntratt li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2014, u ta' 20 (għoxrin) siegħa fil-ġimgħa. Is-salarju jkun ta' Skala 9 (pro-rata) tal-Iskali tas-Salarji tal-Gvern. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv fuq in-numru tat-telefon 22955121 jew fuq l-indirizz tal-e-mejl: ceo@mra.org.mt jew mis-sit elettroniku talAwtorità www.mra.org.mt Il-persuni li huma interessati f'dan il-post għandhom jibgħatu applikazzjoni, flimkien ma' CV dettaljat, sa mhux aktar tard minn nofsinhar ta' nhar il-Ġimgħa, 27 ta' Settembru 2013, immarkata "Private and Confidential" u indirizzata lill-Kap Eżekuttiv, Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi, Millennia, It-Tieni Sular, Triq Aldo Moro, Marsa MRS 9065, jew bl-e-mejl fuq ceo@mra.org.mt . Tintbagħat konferma tal-irċevuta ta' kull applikazzjoni, u din tiġi trattata bl-ikbar kunfidenzjalità. MPO/65/2005/25 Millennia, 2nd Floor, Aldo Moro Road, Marsa, MRS 9065, Malta. Tel.: 22955121; Fax.: 22955200 http://www.mra.org.mt Marilù (xellug) mal-assistenta tagħha Francesca, waqt l-Għanafest tas-sena. Għandha wħud li jibqgħu permanenti fuq il-menu, iżda mbagħad hemm oħrajn li jinbidlu skont l-istaġun tal-frott u l-ħaxix, jew inkella skont x'attività tkun għaddejja fil-pajjiż. "Kelli pastizzi skont il-logħba finali taċ-Champions League, u fi żmien l-elezzjoni kelli pastizzi bi frott kulur blu, blueberry, u l-aħmar tal-frawli. Għal żmien San Valentinu kelli pastizzi tal-frawli u ċ-ċikkulata.Għall-Milied, nipprepara pastizzi li jinkludu cranberries, li ntgħoġbu ħafna s-sena li għaddiet." Mistoqsija jekk għandhiex xi togħma favorita, tgħid li diffiċli tagħżel waħda, iżda ssemmi fost l-aktar li huma popolari huma dawk tal-inċova, tal-ħaruf u tannagħniegħ. Hemm ukoll tattuffieħ u l-kannella. Il-favoriti tagħha huma tal-ġbejniet minn Għawdex u dawk talkrema tal-kafè u ċ-ċikkulata. "Dan in-negozju huwa ferm diffiċli li jaqbad l-għeruq tiegħu," qalet Marilù. Spjegat kif xogħol bħal dan jirrikjedi ħafna riċerka li trid tibqa' ssir kontinwament. "Fejn jidħol l-ikel dejjem hemm informazzjoni ġdida li toħroġ ta' kuljum u dejjem trid iżomm ruħek infurmata u jien nagħmel minn kollox sabiex kollox ikun frisk u mingħajr ebda kimiċi." Marilù, gradwata fit-teatru, tipprova tibbilanċja ħajjtiha bejn it-tnejn, bit-teatru żżommu bħala part-time u tiffoka l-enerġija ewlenija tagħha f 'dan in-negozju uniku u ġenwin. Pastizzi Gourmet s'issa għadu ma sab l-ebda għajnuna finanzjarja min-naħa talGvern, negozju oriġinali u li jindokra l-kultura u t-tradizzjoni Maltija. Fost esperjenzi passati ta' Pastizzi Gourmet, kien hemm il-proġett fejn saret ġabra ta' flus u ntbagħtu 'l fuq minn 100 tużżana pastizzi lill-pazjenti Maltin li qed jirċievu l-kura għall-kanċer fl-Ingilterra. Avveniment ħelu ieħor kien il-pastizzi magħmula apposta għal okkażjoni ta' tieġ li sar fuq zuntier ta' knisja bl-ingredjenti favoriti tal-għarajjes u b'qalb magħmula mill-għaġina filwiċċ ta' kull pastizz. Fosthom Pastizzi Gourmet ikun f 'avvenimenti diversi matul is-sena fosthom Notte Bianca 2012, Għanafest, Festa Lampuki u anke f 'festini li torganizza hi stess, bħal dak li għamlet f 'jum San Valentinu, fejn attendew 'il fuq minn 150 ruħ. Marilù li llum wieħed jista' jgħid li qed tikkontribwixxi fittradizzjoni u l-kultura Maltija tħossha kburija li hi mwielda u mrobbija f 'dan il-pajjiż. "Ma naħsibx li Malta perfetta imma nemmen li għandha ħafna x'toffri. Nemmen li kieku l-Maltin ġenerali nħobbu aktar lil Malta tkun isbaħ u aħjar." Marilù, li tħobb tesperimenta ikel ġdid bħal dak Għarbi, Indjan, tal-Lvant Nofsani u anke Ċiniż, temmen li Pastizzi Gourmet għandu futur f 'Malta u għalkemm għalissa tibqa' tibbaża l-produzzjoni fuq pastizzi biss se ssegwi l-bżonn tas-suq u timxi miegħu. Marilù tirringrazzja lil familtha, sħabha u l-għarus tagħha li joffrulha sapport u pariri kontinwament. Wieħed jista' jsegwi lil Pastizzi Gourmet fuq Facebook u jagħmel l-ordnijiet tiegħu onlajn.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013