Illum previous editions

illum sept 22 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/177066

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 22 ta' Settembru 2013 Il-poodle In-Nimrod jgharrex ... u isejjaħ … Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mobajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt jew sms 99395227 I love Obama Ħadt kumment mingħand Marisa hekk kif ħarget millOval room. "Il-lummy, I was really excited with Obama. Marija, how tall he is. I was shivering and my legs were all wobbly, you know like when you have …," kompliet mingħajr ovvjament ma wżat xi kliem bil-Malti. "Let me tell you, if only you know how sorry I am for having been a Nationalist in the past. Madoffi, they only gave me the chairmanship of the Housing Authority." U kompliet waqt li misset xagħarha xi 30 darba: "Joseph, really loves me, so he sent me to Washington. Viva l-Lejba, viva il-Lejber, ħoj, ħoj … ħoj!!!" Tony Borg rules okay Kemm ħadt pjaċir nara lil Tony Borg jieħu ħsieb il-Consumer & Complaints Division ta' Kastilja. Ara vera għażla tajba. Hekk għandu jkun meta tagħżel in-nies għax vera kapaċi. X'għandu x'jaqsam li kien is-Segretarju tal-Ministru Lorry Sant. Ħi, kemm intom psataż … mela għax kont ma' Lorry Sant ifisser li iswed? Skużi tal-użu politikament skorrett tal-kelma 'iswed'. Mela ħalluh kwiet lil Tony u ħalluh juża l-esperjenza tajba tiegħu li kellu meta l-Lorry kien jaqdi lin-nies. Ta' Miller jirbħu l-kuntratt Iva ħija, ta' Miller se jibdew jipprintjaw il-gazzetta In-Nazzjon u Il-Mument. Iva, Il-Mument ukoll għax huma ser jieħdu ħsieb li jipprintjaw dik tal-Ħadd it-Times, imma kollox f 'idejhom. Kemm huma tajbin! Lill-kuġini tagħna InNazzjon u Il-Mument nixtiqulhom l-isbaħ xewqat wisq aktar minħabba ż-żminijiet diffiċli li għaddejin minnhom. Philip Fenech Mela Filippu vera ħareġ ta' mażetta wara s-sentenza ta' Edwina Grima fuq il-każ ta' Ċensu Farrugia, il-kandidat Nazzjonalista li issa spiċċa wkoll mill-GRTU. U jistaqsuni: u dan Filippu issa x'ser jagħmel? Eħħ, qed jgħiduli li qed ifittex monasteru biex imur jinħeba. L-unika problema hi li fil-monasteri ma jħallux mobajls u mingħajru Filippu ma joqgħodx għax ma jkunx jista' jirċievi l-smses banali ta' Ċensu Farrugia. Użaw kondojiet Iva, hekk qaltilna t-tifla ta' Eileen Montesin f 'poster ċelebri dwar issess. Użaw kondojiet għax ma tafx x'jista' jiġri. U għalhekk xi ilsna ħżiena qaluli li ħadu qatgħa meta raw lit-tifla ta' Montesin fuq il-palk qisha… iva, smajtu sew. Fid-dinja ma jfissirx li tidher f 'poster trid tagħmel bħalma jgħid il-poster. Kieku hekk George Clooney jixrob in-Nescafè mhux l-Illy. JOHN BUSUTTIL DIN il-ġimgħa n-Nimrod kellu ħafna ħin idur u jgħarrex fuq il-Facebook fejn kien hemm żewġ avvenimenti li spikkaw ferm fuq kollox. Spikkaw dawk li jgħidulna li qed jagħmlu l-ħasla, il-faċendi u n-naxra tagħhom, li waqfu jieħdu tea-break mit-tindif, li jgħidulna kif iddamdmu l-ġurnata ta' qabel, ifakkruna filbirthdays ta' wliedhom, fil-mejtin tagħhom (filwaqt li kulħadd jagħmlilhom 'like'), jgħidulna li għandhom it-testijiet l-isptar, li mititilhom iz-zija, in-nanna jew iz-ziju, juruna r-ritratti ta' fejn marru fil-holidays (jew xi ritratt li fih tiġi qisek artist bħali waqt intervista). Spikkaw fuq dawk li ddeċidew li jistimulawna biċ-ċellulite tagħhom fuq il-bajjiet, inkella bil'perfect body' li tħallina nammirawh biss fuq ir-ritratti jew xi bewsa mimlija passjoni mas'soul mate' li jinbidel minn żmien għal żmien, min jurina ritratti tal-passat u min jagħżel li jpoġġi ritratt ta' xi 30 sena ilu jew tat-twelid u tal-preċett. Spikkaw fuq min jgħidilna x'inhu jagħmel flEwropa għalina, fuq kemm jissogra ħajtu fuq diversi ajruplani jdur mal-Ewropa biex iwassal il-leħen tal-miskin Malti. Spikkaw ukoll fuq dawk il-politiċi jew oħrajn imqabbdin minnhom biex iwasslu l-messaġġ fejjiedi. Messaġġ negattiv jekk int Nazzjonalist (broke but not broken) jew mal-ħodor u messaġġ pożittiv jekk int Laburist jew aħjar wieħed minn tal-moviment Tagħna Lkoll. Spikkaw fuq ir-reklami għall-parties u d-discos li joħduna lura fit-tmeninijiet immirati lejn dawk li baqgħu mwaħħlin f 'dik l-epoka ta' libertinaġġ … boqq! Min jara l-isbaħ żmien ta' ħajtu fit-tmeninijiet u min jara biss dlam. Niskanta wkoll li ħafna drabi l-istess nies li jibżgħu mill-babaw tal-passat jattendu għal dawn il-parties 'retro'. Ifhimni, huma l-ħafna li jħobbu l-films tal-biża' anke jekk jibżgħu … ecce homo! Booooosuttil u x-xogħol prekarju tatteachers jispikkaw U bħas-soltu nintilef fl-introduzzjoni u ninsa fejn irrid nasal…..mmmmmm…..iva xi spikka fuq kollox u fuq kulħadd…l-ibbuwjar għal Simone. Ma fhimtu xejn…għax intkom m'għandkomx l-istess kunjom tiegħu bħalma għandi jien u ħija l-eks-player… Dak hu l-mod kif min hu popolari jiġi ntrodott u jingħata eloġju fil-Belġju (u tinsewx li Simone ssawwar Brussell… u dik il-belt kapitali tal-Belġju). Niftakar li meta ħija l-Bużu kien jiskorja fil-Belġju hekk kienu jgħajtu…. BOOOOOOOOOOOSUTTIL…u għalhekk il-kbir Ġorġi tagħna ma qal xejn dwar dawk li qalgħu x-xniegħa li lill-kap tal-minoranza bbuwjawh waqt avveniment organizzat minnu… għax hu kien mar il-Belġju meta kien president tal-futbol jara lil Bużu jiffirma u jilgħab…. u bbuwjat bl-istess mod meta jsib ix-xibka…BOOOOOOOOOOSUTTIL. Issa naħseb li fhimtu x'kien dak il-boooooing mela! U Simone tant hu sportiv li daħal sew fit-tim ta' Bertu l-Mellieħi li mhux se jieħu għalih anzi sirt naf minn ġewwa li jrid jerġa' jisma' l-għajta ta' BOOOOOOOOSUTTIL...... meta se jisfida lil Jowey (li qed jitbaċċaċ xi ftit… għax qed joqgħod wisq bilqiegħda fit-titjiriet twal lejn iċ-Ċina) għall-ġirja mhux biss flIndipendenza iżda anke fir-Repubblika…. M'għandix dubju li b'kowċis bħal Peppi tal-bendybus u Bertu l-Mellieħi…. Simone m'għandux ifalli milli jerġa' jisma' l-għajta 'Belġjana' ta' Booooosuttil fid-daħla trijonfali tiegħu. Oħra fil-Facebook li spikkat ħafna hi l-bikja msejkna tal-għalliema. Tafu li dawn l-imsejkna se jkollhom jidħlu għax-xogħol biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom? Tafu li issa, bħan-nies normali l-oħra, se jkollhom iħallu lil uliedhom man-nanniet biex imorru jaħdmu? Imma tinkwetawx ħbieb tiegħi…. dalwaqt tieqfu għall-festa tal-qaddisin kollha, tal-mejtin, tal-Milied, tal-Karnival, tal-Għid u terġgħu tiġu bħalna ċ-ċittadini normali titħallsu bla ma taħdmu… O Sola Mia! Mela l-Air Malta fl-aħħar jiem qabbdet litTenur Josef Calleja biex ikanta 'O Sole Mio' fuq l-ajruplani tagħha. U balleċ irranġahom għax il-piloti fehmuha 'O Sola Mia' u qabbdithom kollha s-sogħla f 'daqqa! Viva l-ALPA għax biha ndoqqu l-ARPA ….

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum sept 22 2013