Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767
SPORTSillum Ritratt: Ray Attard Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 | illum 27 Il-goalkeeper ta' Vittoriosa Stars Jean Matthias Vella joħroġ minn postu fit-tentattiv li jtajjar il-ballun 'il bogħod minn kull periklu f'azzjoni konfuża fil-kaxxa Guerrero jkabbar il-problemi ta' Rabat Ajax Vittoriosa S ...........1 Rabat A .................0 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT GOWL ta' Osacr Guerrero wara biss 9 minuti logħob ta r-rebħa lil Vittoriosa Stars fil-konfront tagħhom kontra Rabat Ajax biex b'hekk kompla jkabbar l-problemi ta' Rabat Ajax li jinsabu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika mingħajr l-ebda punt. Permezz ta' din ir-rebħa Vittoriosa Stars issa għandhom seba' punti fil-klassifika. Iż-żewġ timijiet ħolqu bosta okkażjonijiet perikolużi matul il-logħba bl-ewwel waħda wara l-gowl ta' Vittoriosa Stars tasal minn Gilbert Martin fis-26 minuta li ra t-tentattiv tiegħu minn rovexxata jiġi mdawwar f 'corner minn Velimirovic. Żewġ minuti biss wara Pereira ra x-xutt tiegħu jgħaddi ftit barra waqt li tentattiv ieħor talistess plejer ġie mblukkat f 'corner minn Velimirovic fl-34 minuta. Erbatax –il minuta millftuħ tat-tieni taqsima, Carrillo Pendas ra x-xutt tiegħu mil-lemin jgħaddi ftit barra waqt li fuq in-naħa l-oħra tal-grawnd tentattiv ta' Pereira ġie mxellef f 'corner. Fis-77 minuta tentattiv minn daqqa ta' ras ta' Patrick Borg ġie maqlugħ minn fuq il-linja, bil-ballun jintemm f 'corner u minn dan il-corner tentattiv minn daqqa ta' ras ta' Ryan Micallef ġie mblukkat minn Jean Matthais Vella. Minuta biss wara xutt ta' Adam Smeir għal Rabat Ajax ġie mdawwar f 'corner. Fl-84 minjuta l-Magpies kienu sfortunati li ma ġabux l-iskor indaqs meta s-sostitut Ryan Micallef ra x-xutt tiegħu jistampa mal-wieqfa. Fil-ħin miżjud mir-referee Kevin Azzopardi, xutt sabiħ ta' Adam Smeir ġie mdawwar f 'corner minn Vella u millcorner li rriżulta Moises Avila Perez ra t-tenatttiv tiegħu minn daqqa ta' ras jgħaddi barra. Vittoriosa S. Vella, Buttigieg (Brincat 77'), Martin (Barbara 63'), Guerrero, Spiteri, Camilleri, Teruel, Ramon dos Santos, Pereira, Aguiar (Spiteri 56'), Arab Rabat A. Velimirivoc, Falzon, Gauci, Tonna (Avila Perez 46'), Carapic, Borg, Carrillo Pendas, Pelaez Bellido, Bajada (Micallef 59'), Smeir, Azzopardi Referee Kevin Azzopardi OSCAR GUERRERO Kien l-eroj għal Vittoriosa Stars f'din il-logħba meta skorja l-gowl li ta t-tliet punti prezzjużi lill-iStars. Qed ikun determinanti għal Vittoriosa Stars matul dan l-istaġun. Huwa wieħed minn bosta akkwisti li għamlu Vittoriosa Stars matul is-sajf li għadda. Tarxien Rainbows jirritornaw għar-rebħ TARXIEN R.......... 3 BALZAN ............. 1 MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT FIL-VICTOR Tedesco Stadium fil-Ħamrun, Tarxien Rainbows irritornaw għar-rebħ meta għelbu l-isfida ta' Balzan. Ir-Rainbows marru fil-vantaġġ sitt minuti minn tmiem l-ewwel taqsima meta difensur ta' Balzan miss il-ballun b'idu fil-kaxxa wara cross ta' Everton Souza Santos. Kawża ta' dan, ir-referee Għawdxi Mario Apap ordna penalty li minnu,Ronhaille Calheira Seara ma żbaljax. Ħdax –il minuta mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Tarxien Rainbows irduppjaw l-iskor permezz ta' xutt mill-isbaħ ta' Carlo Mamo li ma ta l-ebda ċans lillgoalkeeper Dani Miguelez Martinez wara li kellu l-ewwel tentattiv tiegħu mblukkat mid-difensur internazzjonali ta' Balzan, Justin Grioli. Balzan naqqsu l-marġni tal-iskor fit-62 minuta meta tenatttiv ta' Lydon Micallef ġie parzjalment milqugħ u mir-rebound, Josè Luis Armario Negrin tefa' l-ballun fix-xibka. Ronaille Calheira Seara issiġġilla r-rebħa għal Tarxien Rainbows bittieni gowl personali tiegħu u t-tielet wieħed għar-Rainbows fid-90 minuta wara li kkonkluda azzjoni tajba permezz ta' xutt mill-viċin li għeleb lill-goalkeeper Spanjol ta' Balzan, Dani Miguelez Martinez. Tarxien R. Vella, Mamo, Lopez Alcantara, agius, Martinelli, Potezica, Calheira Seara, Ciantar (Pulo 89'), Souza santos (Sadowski 90'), Mifsud, Bonnici (Sammut 85') Carlo Mamo Balzan Miguelez Martinez, Bezzina (Mackay 70'), Calabretta, Darmanin, Grima, Grioli, Armario Negrin, Pereira, Scicluna, Spiteri (Micallef 57'), Vignaroli Referee Mario Apap Twieled fit-23 ta' April 1979 f'Ħal Tarxien. Skorja wieħed mit-tliet gowls ta' Tarxien Rainbows f'din il-logħba. Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Birkirkara, Sliema Wanderers, Marsaxlokk u Tarxien Rainbows. Huwa s-Segretarju Ġenerali tal-MFPA.