Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767
SPORTSillum 28 illum Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 Javier Zanetti se jżur l-Inter Club Malta L-INTER Club Malta ħabbar li bejn il-Ħadd 6 ta' Ottubru u t-Tlieta 8 ta' Ottubru se jkun hawn f 'Malta il- plejer u captain tat-tim tal-Internazionale F.C. Javier Zanetti flimkien mal-familja tiegħu u xi diriġenti oħra tal-Inter. Waqt din iz-zjara se jsiru attivitajiet fl-Inter Club Malta kif ukoll f 'postijiet oħra. L-għan ewlieni se jkun biex jittellgħu fondi biex jgħinu lill-Fondazzjoni PUPI li Zanetti kien waqqaf għal tfal foqra, iltima jew li m'għandhomx saqaf fuq rashom. Għaldaqstant l-Inter Club Malta ħeġġeġ lill-membri biex iżommu kuntatt malmembri tal-kumitat għal aktar informazzjoni dwar il-programm sħiħ. Il-pubbliku hu wkoll imħeġġeġ jipparteċipa waqt festa kbira li se ssir filgħaxija l-Ħadd li ġej, is-6 ta' Ottubru. Il-Malta Pool Association tħabbar staġun mimli attivitajiet GĦAS-26 sena konsekuttiva l-Malta Pool Association ħejjiet program ta' attivitajiet għad-dilettanti kollha tal- 'Pool' f 'pajjiżna. F'dan l-istaġun, li kellha l-bidu tagħha fit- 23 ta' Settembru, l-assoċjazzjoni qed torganizza kampjonati tat-timijiet, li se jkunu maqsuma f 'erba' diviżjonijiet, li jibdew f ' Jannar u jispiċċaw f 'Ġunju, Dawn huma it-Team knockout li hija maqsuma f 'żewġ kategoriji li jkollha l-bidu tagħha f 'Novembru, il-Christmas Cup li tintlgħab f 'Diċembru, l-Easter Cup li tintlgħab f 'April u s-Super Cup li tinżamm f 'Ġunju. Fil-kategoriji individwali, l-assoċjazzjoni se torganizza ħames Serje ta' 'Ranking Tournaments' li jinkludu l-kategoriji tal-irġiel, Under 18's, Under 21's u Over 50's. Barra dawn is-serje ta' 'Ranking Tournaments', l-assoċjazzjoni se torganizza wkoll 'Qualifier Tournaments' għallKampjonati Ewropej u Mondjali. Impenn importanti għallassoċjazzjoni f 'dan l-istaġun se jkun l-organizzazjoni tal-Kampjonati Ewropej f 'pajjiżna. Din se tkun il-ħames darba li l-assoċjazzjoni ġiet fdata bl-organizzazjoni tal-aktar kampjonati importanti fl-Ewropa. Dawn se jsiru bejn il-15 u l-20 ta' Frar f 'lukanda f 'San Pawl ilBaħar. Għaldaqstant l-assoċjazzjoni qiegħda tilqa' applikazzjonijiet ta' affiljazzjoni fi ħdanha. Dawk il-klabbs u / jew bars li huma interessati li jieħdu sehem għandhom iċċemplu lis-segretarju ġenerali tal-assoċjazzjoni, Vincent Degiorgio, fuq innumru tat-telefon 21677923 jew 79499117, jew jiktbu fl-indirizz tal-assoċjazzjoni P.O Box 33, Paola. jew permezz ta' e-mail fuq degi8@maltanet.net jew inkella jistgħu anki jiksbu l-informazzjoni mill-website ta' l-assocjazzjoni www. maltapoolassociation. com jew il-paġna talassoċjazzjoni fuq facebook – Malta Pool Association. L-Akkademja tal-isport ta' Ħ'Attard tiftaħ il-bibien għall-istaġun il-ġdid PHOENIX Sports Club, flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard ħabbru l-ftuħ uffiċjali tal-Attard Sports Academy li se toffri sports differenti għat-tfal ta' Ħ'Attard u l-madwar fl-istess lokalità u viċin. L-Akkademja se tiftaħ fil-5 ta' Ottubru fejn se toffri taħriġ fil-logħba tal-basketball għal tfal ta' bejn l-erba' u t-12-il sena. It-taħriġ se jkun kull nhar ta' Sibt bejn id-9am u l-10.30am u l-Ħamis mill-4pm sal-5.30pm. Kull min se jibbukja għat-taħriġ tal-basketball se jingħata flokk u ballun b'xejn u jeżistu rati speċjali għall-aħwa u familjari li jiġu flimkien. L-intenzjoni talakkademja hija li tagħti taħriġ ta' kwalità lit-tfal li se jattendu u l-kowċis huma kkwalifikati u speċjalizzati fit-taħriġ tat-tfal iż-żgħar. Il-kowċis huma kemm Maltin kif ukoll barranin u se jaħdmu flimkien biex jingħata l-aqwa taħriġ possibli fil-logħba tal-basketball. Il-basketball mhux l-uniku sport li se jiġi offrut f 'din l-akkademja imma sports ieħor bħall- volleyball, handball, għawm u waterpolo. Kemm il-klabb sportiv Phoenix, kif ukoll ilKunsill ta' Ħ'Attard, jaqblu fl-importanza tal-isport għas-saħħa tattfal u ż-żgħażagħ u huma determinati li joffru taħriġ ta' livell u kwalità għolja li jgħinu lit-tfal fl-iżvilupp tagħhom fiżiku u mentali. Għal iktar informazzjoni tistgħu tikkuntattjaw lillAkkademja tal-iSport ta' Ħ'Attard fuq info@psc. com.mt jew 79449359. Jiftaħ l-istaġun tal-handball b'żewġ konfronti tas-Super Cup IL-KLABB ta' La Salle rnexxilhom jirbħu l-ewwel żewġ unuri tal-istaġun. Filfinali tal-kategorija tan-nisa, La Salle ZT Developments għelbu l-isfida tar-rivali Aloysians Żmerċ filwaqt li dik ta' l-irġiel La Salle BHS rebħu l-isfida kontra it-tim ta' Luxol La Salle ZT Developments bdew il-logħba b'ritmu tajjeb u mal-ewwel fetħu vantaġġ minimu. Aloysians Żmerċ ippruvaw jidħlu fil-logħba iżda fl-aħħar tal-ewwel taqsima, La Salle kienu qed igawdu vantaġġ ta' tliet gowls. Hekk kif bdiet it-tieni taqsima, La Salle kkontrollaw il-partita. Wara għaxar minuti huma kienu qed igawdu vantaġġ ta' sitt gowls. Aloysians tefgħu kollox fuq l-offensiva u rnexxilhom jidħu lura fillogħba. Fil-25 minuta, Brenda Camilleri skurjat gowl għal Aloysians u b'hekk ġew gowl biss 'il bogħod mill-avversarji tagħhom. Iżda fl-aħħar ħames minuti La Salle reġgħu sabu r-ritmu u fetħu vantaġġ ta' erba' gowls sa tmiem illogħba. Il-finali tal-kategorija tal-irġiel, kienet fotokopja tal-finali tan-Knock Out. La Salle BHS rebħu din il-partita drammatika fl-aħħar għaxar minuti fuq it-tim qalbieni ta' Luxol. Il-partita mal-ewwel bdiet b'ritmu mgħaġġel. F'nofs l-ewwel taqsima Luxol fetħu vantaġġ ta' tliet gowls u żammew dan sa tmiem l-ewwel taqsima. Wara l-mistrieħ, La Salle BHS ppruvaw iżidu r-ritmu tagħhom iżda Luxol baqgħu sodi u konċentrati. Madankollu, fl-aħħar għaxar minuti daħlu fil-logħba u għall-ewwel darba tul illogħba ġabu l-iskor indaqs. Gowls minn Said u Oschleger tefgħu t-tim La Salljan filvantaġġ. Luxol ippruvaw isalvaw il-partita iżda La Salle kellhom difiża b'saħħitha u ma setgħux jiskurjaw. Il-President Louis Borg ippreżenta t-tazzi lill-captains rebbieħa.