Illum previous editions

illum 29 September 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

Gladjaturi tal-Ħajja Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 | illum 9 minn John Busuttil Minn receptionist għal lukandiera MARIA Helga Muscat twieldet fis-7 ta' Awwissu 45 sena ilu il-Birgu. Omm Lukas ta' sitt snin u Sam ta' ħames snin. Żewġ subien mimlija ħajja u fuq tagħhom li missierhom stess iħobb isejħilhom l-iljuni tiegħu. Il-ħajja tax-xogħol tagħha bdietha receptionist mal-SMS u ma damitx ma bdiet iddur bitturisti Ġermaniżi fejn iltaqgħet ma' Ġermaniż li żżewġitu iżda li miet mewta traġika ta' età żgħira. Minn hemm kompliet fuq in-negozju li kellu hu fitturiżmu lejn u mill-Ġermanja u llum fetħet lukanda ċkejkna l-Qawra. Ma tridx tieqaf hawn …għandha ħolma li tkompli tikber fid-dinja tal-lukandi. Iltqajt ma' Maria ftit tas-snin ilu meta kienet għadha ġejja mill-Ġermanja u offrietli destinazzjonijiet Ġermaniżi ġodda għal Maltin. Niftakar li l-aġenzija fejn kont naħdem morna tajjeb f'dawn iddestinazzjonijiet għax Maria dehret mill-ewwel li hi mara talkelma u mara li dak li toffrilek tagħtik mingħajr ħafna tiġbid u tidwir mal-lewża. Wasalt il-Qawra quddiem il-Bugibba Holiday Complex. Biswit il-Ganesha Indian Restaurant hemm guest house ckejkna li wkoll jisimha Ganesha. Ir-ristorant Indjan immexxi minn Raymond li hu s-sieħeb ta' Maria u missier iż-żewġ uliedha u l-guest house immexxija minnha. Tlajt it-taraġ u hemmhekk sibt fuq l-iskrivanija lil Maria Helga. Quddiemha kien hemm missierha li għalkemm għandu 'l fuq minn 70 sena, jgħin lil bintu billi jagħmilha ta' handyman 'bla ħlas'. Beda jirrakkonta l-passat u anke l-preżent waqt li bintu waqqfitu għax kien baqgħalha x'tagħmel u kont diġà se ntellifha jien blintervista. Hu għajjat lil martu li kienet fil-gallarija, sellimli u mar jieħu ħsieb jiġbor lil Luke u Sam mill-iskola. Maria qaltli li hi tifla weħidha bejn żewġ subien, "trabbejt imfissda ħafna minn ommi għax missieri kien inġinier fuq il-vapuri u kien dejjem bogħod mid-dar," bdiet Maria. "Meta kelli 24 sena ddeċidejt li nitlaq minn djul ommi u mmur ngħix waħdi f'appartament San Ġiljan. Ngħid li ommi kienet stretta ħafna u fil-fatt niftakar li kont tlift sena skola għax ma riditnix nitgħallem l-Għarbi biex xorta spiċċajt nitgħallmu sena wara. "Imma hekk kienet il- mentalità tagħha dak in-nhar. F'dik is-sena kont mort naħdem fil-fabbrika Meditex u kien tani breakdown u spiċċajt fis-sodda. Kien minn hemm li ddeċidejt li kont inbati naħdem man-nies u ridt naħdem għal rasi." L-istudju ta' Maria wżatu f'ħajjitha għax studjat illingwi li f'xogħolha swewlha u għadhom jiswewlha u l-Market Sales Management f'St Albans University fl-Ingilterra li żgur qed jgħinha fit-tmexxija tannegozju tagħha. L-ivvjaġġar kienet dejjem tħobbu u kienet tħobb l-avventura u l-isfidi u sifret kemm-il darba weħidha jew ma ħbieb barranin fejn lanqas lukanda ma kienet tibbukkja u timprovizza kif tasal fil-post. Hi qaltli li qatt ma dejjaqha l-fatt li hi minn nofsinhar ta' Malta fejn twieldet il-Birgu u għamlet diversi snin tgħix Ħal Tarxien. Qatt ma ltaqgħet ma' ostakli għax kienet min-naħa ta' isfel ta' Malta, 'speċjalment jien kważi dejjem ħbieb barranin kelli u minn dejjem kelli ħafna ħbieb Ġermaniżi." Isimha proprju mhux Maria iżda Maria Helga. "Stramba imma vera," qaltli. "Meta ġejt konċeputa ommi u missieri kienu Hamburg. Dak iż-żmien kien hemm xi film popolari fuq mara Ġermaniża li kien jisimha Helga u l-ġenituri tiegħi tawni l-isem ta' Helga ma' ismi. "Sadattant bdilt ix-xogħol tiegħi mal-kumpanija u minn receptionist spiċċajt indur mat-turisti Ġermaniżi u hemm iltqajt ma' tour leader Ġermaniż, Thomas. Kien persuna speċjali u fi żmien sena spiċċajna żżewwiġna u tlajt ngħix miegħu l-Ġermanja. "Għall-bidu bdejt naħdem ma' kumpanija tal-logħob tal-Golf fil-marketing iżda kien diffiċli li nambjenta ruħi fissistema ta' xogħol Ġermaniża. U għalhekk iddeċidejna li noħolqu kumpanija bejnietna … Competenz Travel." Maria Helga fil-fatt qaltli li kien mertu għal Thomas li għenha ħafna biex tibni din ilkumpanija minħabba li hu kien jorganizza tours speċjalizzati għall-professjonisti Ġermaniżi. Sadattant fl-2009 Maria Helga u Thomas nfirdu: "bqajna partners in business iżda mhux partners in Love" qaltli Helga b' nofs tbissima fuq fommha. Minn hemm bdiet torganizza xi ġiti għal Maltin biex jitilgħu l-Ġermanja, "iżda n-negozju tiegħi mar tajjeb meta niftakar li kont iltqajt miegħek ilEuroTours u flimkien ma' Piju li kien il-managing director dak iż-żmien bdejna relazzjoni ta' xogħol fejn bdejt noffri 'packages' oriġinali lejn ilĠermanja, l-iSkandinavja u pajjiżi oħra. Bdejt naħdem ukoll mal-SMS fuq l-istess linja." Sadattant erba' snin ilu Maria Helga ħadet xokk kbir meta rċeviet messaġġ mill-Ġermanja li Thomas miet mewta traġika. Kellu biss 42 sena. "Kelli nitla' l-Ġermanja biex inkompli n-negozju tiegħi. Kienet esperjenza negattiva iżda l-karattru tiegħi kien dejjem li noħroġ il-pożittiv min-negattiv. Sa ma miet hu kien jieħu ħsieb Malta it-taxxa u l-accounts u issa ridt nieħu ħsieb kollox jien. Iżda minn din l-esperjenza qarsa ħriġt aktar b'saħħti. Tgħallimt naqdef għal rasi għax Thomas ħallieni waħdi f'dinja kbira." F'Malta kienet bniet relazzjoni ta' mħabba ma' Raymond li hu akbar minnha 10 snin u minnu għandha żewġ ulied. Fl-uffiċċju tfaċċat tfajla li qaltli li hi mill-Bulgarija, gradwata u qed taħdem tnaddaf il-kmamar ta' din il-guest house għax pajjiżha m'hemmx xogħol. K omplejt ma' Maria fejn tlabtha biex noħdilha ritratt u qaltli li xagħarha ma kienx sew u se tibgħatli wieħed hi. U hekk għamlet. Maria qaltli li hi tħobb ħafna x-xogħol u ma tieqaf qatt, "lanqas meta kont se nwelled ma waqaft ... it-tarbija ttardjat ġimgħa u bqajt naħdem middar u anke mill-isptar bqajt nibgħat l-emails." Jien għidtilha li ma waqfitx taħdem għax għandna l-ġenituri jieħdu ħsieb uliedha u hawn qaltli li hi qatt ma tefgħet piżijiet fuq il-ġenituri tagħha. "Forsi kont fortunata li kelli biżżejjed flus biex inħallas nurseries u kindergartens għal uliedi u dik għenitni ħafna għax stajt nibqa' sejra. Għax Raymond kellu ristorant Indjan u jkelli l-kumpanija tal-ivjaġġar. Issa din is-sena deċidejna li flimkien niftħu l-Ganesha Restaurant u Guest House. "Hu jmexxi ir-ristorant u jien il-guest house. Inħossni ferħana f'dan ix-xogħol u għalkemm fih il-problemi ninsab għal qalbi wisq. Tant hu hekk li fil-futur irrid niftaħ Boutique Hotel l-Imsida jew Sliema … immur aktar għal klijentela upmarket. Il-ħolma tiegħi li nkun hotelier." Sew Maria Helga kif ukoll Raymond huma romol u bħala bniedem kurjuż staqsejtha jekk titħajjarx li terġa' tiżżewweġ. "Kuntenta kif jien u ma noħlomx li nerġa' niżżewweġ. Imma minħabba t-tfal ma naqtax il-possibbiltà għal kollox." Maria qaltli wkoll li hi tqatta' ħafna ħin fil-guest house li fiha l-vantaġġ li ma jkollokx reception iżda tħobb tiltaqa' mal-klijenti tagħha. Ċemplet lil Raymond li ppreparalna żewġ sandwiches għax ir-ristorant kien magħluq u xrobna flixkun inbid tajjeb flimkien waqt li komplejna nitkellmu dwar ixxogħol tat-turiżmu, il-politika, il-ħajja u x'naf jien.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 September 2013