Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767
8 illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 Ħames Minuti ma' Gianni GIANNI ilu fix-xena tal-ispettaklu għal żmien twil. Beda jdoqq il-kitarra ta' 13-il sena u fl-istess żmien ġietu l-ħajra għadDjing għax minn dejjem kien iħobb il-mużika. Ta' 20 sena, 21 sena ilu, beda jaħdem fuq ir-radju, u ftit wara fuq it-televiżjoni. Gianni ilu f 'relazzjoni ma' Kirsty għal dawn l-aħħar disa' snin u flimkien għandhom lil Kay. U kulħadd jaf dwar il-fissazzjoni li għandu Gianni fuq il-band Amerikana, tal-heavy metal KISS. Din il-fissazzjoni bdiet meta kellu tmien snin u jammetti li ma jafx kif, għalfejn u għaliex iffissa fuqhom. Uħud jarawk bħala 'kiesaħ'. Int kiesaħ? Beżqa totali! Kiesaħ le, imma storbjuż iva! Definizzjoni ta' ħajtek f 'kelma waħda? Ġenn ! X'inhi l-isbaħ esperjenza li qatt kellek f 'ħajtek? Milan, 18 ta' Ġunju 2013 – Fis-7.08pm. Meta ltqajt ma' Paul Stanley, il-kantant tal-KISS. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Ma tridx tieħu l-affarijiet bis-serjetà wisq. Idħak kemm tiflaħ u daħħak ukoll. Dan l-aħħar għamilt tpinġija ġdida li tgħid 'All You Need Is Love' u dak hu l-motto l-ġdid ta' ħajti. X'ibikkik? Il-mużika (tajba!) X'jiffrustrak? L-abbuż ta' poter u l-injoranza (flimkien!). X'inhi l-opinjoni tiegħek fuq il-Eurovision? Pjattaforma tajba għal min irid jesponi ruħu mużikalment – u festival fejn tista' tibbażżja għal min irid jieħu siegħa pjaċir! Xi proġetti għandek għall-futur fix-xena talispettaklu? Xejn ippjanat. Qiegħed imħabbat bil-Malta Rock Movement nippreparaw xi spettakli għas-sena d-dieħla u wkoll inlaħħaq ma' seba' mitt ħaġ'oħra. X'ibeżżgħek? Xejn. Kemm hi importanti għalik il-moda? U d-dehra ta' barra inġenerali? Illum il-ġurnata għandi 'stil' tiegħi u l-moda ma tantx insegwiha ... inħobb nidher liebes diċenti imma l-kumdità qabel kollox! Temmen f 'Alla? Għaliex? Reliġjuż? Nemmen f 'Alla imma ma nqisx ruħi bħala bniedem reliġjuż. Kemm hi importanti għalik il-politika? Ivvutajt fl-aħħar elezzjoni? Ivvutajt ... imma ma nsegwix politika – l-aħħar ġimgħa naqbad ftit informazzjoni u nkellem tnejn min-nies u nieħu deċiżjoni. X'tippreferi? Tkanta, DJ, tippreżenta jew iddoqq ilkitarra? Ma nistax ngħidlek għax totalment differenti! Imma nħossni komdu ħafna b'kitarra f 'idi. Il-Meals on Wheels se jiġi evalwat L-iktar oġġett importanti għalik f 'ħajtek? Il-kitarra ffirmata minn Paul Stanley. X'taħseb dwar l-introduzzjoni tal-gay marriage f 'Malta? Wasal iżżmien? Jew għadna lura? Wasal iż-żmien! L-opinjoni tiegħek dwar l-immigranti illegali? Idealment għandu jkun hemm iżjed investigazzjonijiet dwar liema huma r-refuġjati u liema huma l-immigranti illegali. Jiena nemmen li għandna ngħinu kemm nifilħu imma naħseb ukoll li jrid ikun hemm xi forma ta' kwota fejn aħna bħala pajjiż inżommu biss l-ammont li 'nifilħu' u l-Ewropa għandha tgħin billi tieħu l-oħrajn. X'valur għandhom għalik il-flus? Mhumiex il-kuntentizza imma jgħinuni nkun iżjed kuntent. Temmen fid-destin? Iva. X'inhu għalik suċċess? Li nkun ta' eżempju tajjeb u mudell għat-tifla u li jiena nipprovdi ħajja faċli lillfamilja tiegħi. Ħolma li għadek ma wettaqtx? Nieħu ġimgħa leave bisserjetà! L-iktar esperjenza talmistħija? Taf kemm-il darba naqa' għaċ-ċajt fuq il-palk? Hemm wisq biex naqbad insemmihom kollha. Xi tħobb tagħmel fil-ħin liberu tiegħek? F'dawn is-sagħtejn fix-xahar li jkolli? Norqod! Jitqassmu 300 ikla kuljum lill-anzjani IS-SEGRETARJAT Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u l-Anzjanità Attiva assigura li mhu se jkun qiegħed isir l-ebda tnaqqis fis-servizz, anzi "se nkunu qegħdin naraw kif se titjib il-kwalità u s-sostenibbiltà tiegħu. " Dan jidher f'kuntrast ma' dak li kien qal is-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca f'April li għadda, meta kien ġie kkwotat jgħid li kien ser jeżamina s-servizzi offruti lill-anzjani, fosthom il-Meals on Wheels u servizzi oħrajn li jingħataw fid-djar, biex jiżgura li dawk l-aktar fil-bżonn ikunu qed jibbenefikaw minn dawn is-servizzi. "Dawn is-servizzi ser jiġu evalwati sabiex niżguraw li dawk l-aktar vulnerabbli jkunu l-ewwel fil-lista li jgawdu minn dawn is-servizzi," kien qal is-Segretarju Parlamentari Mercieca. Is-servizz tal-Meals on Wheels laħaq il-kapaċità massima tiegħu bil-konsegwenza li l-ammont ta' anzjani li qegħdin jibbenefikaw minn dan isservizz jammonta kważi għal dawk li qegħdin fuq il-lista ta' stennija. Fil-fatt ta' kuljum jitqassmu mat-300 ikla u fil-preżent hemm mal-214-il applikazzjoni pendenti. Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li sal-aħħar ta' Settembru se jkunu tqassmu mat-72,000 ikla li tħejjew mill-kċina tar-Residenza ta' San Vinċenz de Paul. Il-popolarità tal-Meals on Wheels tant tkattret li fi ftit aktar minn 10 snin l-ammont ta' ikliet li jitqassmu kull sena tela' minn 50,000 għal 90,000 fl-2012, żieda ta' 40%. Is-servizz tal-Meals on Wheels hu ssusidjat mill-gvern waqt li l-Maltese Cross Corps jieħdu ħsieb l-amministrazzjoni tasservizz bl-għajnuna ta' impjegati li jitħallsu mill-Gvern. L-ikliet tal-Meals on Wheels jinkludu għażla ta' laħam, għaġin, ħaxix, frott u deżerta oħra, kollha msajrin skont ilgosti tal-persuni li jagħmlu użu mis-servizz. Dan is-servizz qiegħed jiswa mat-€300,000 fis-sena meta tkopri l-miżata miġbura millanzjani li jirċievu dan is-servizz. "Irridu naraw li l-kwalità tasservizz titjib u tilħaq il-livelli mixtieqa biex iżjed anzjani jagħmlu użu minnu. Is-servizz tal-Meals on Wheels huwa ħolqha minn katina ta' servizzi fil-komunità li dan il-gvern irid isaħħaħ biex l-anzjani jibqgħu jgħixu f'darhom sakemm hu possibbli," temm jgħid kelliem għas-Segretarjat Parlamentari reponsabbli mill-Anzjani.