Illum previous editions

illum 29 September 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 Il-poodle In-Nimrod jgharrex ... u isejjaħ … Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mobajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt jew sms 99395227 Min sejjer u min ġej Hemm għajdut li fl-Independent ser jkollna bully qed imexxi. Aħna nafu imma mhux ser insemmuh b'ismu għax bużżieqa kbira. Imma ħa niddeskrivuh ftit u mbagħad inħallu f 'idejkom biex taraw min hu. L-ewwel għandu sormu ppuppat, samrani. It-tieni kien disc jockey, kellu ponytail, hu Nazzjonalist, ilu jixrob mill-għajn tal-gvern, jaħseb li hu xi ħaġa, għandu Ingliż atroċi, iħobb jitkellem fuq kullħadd u jifhem f 'kollox. Skond Simon Busuttil Iva, skont l-għaref ta' Salamun il-ġurament ta' John Rizzo li hu ried iressaq lil John Dalli jfisser li l-Kummissarju għandu jirriżenja. Dan il-għaliex hekk qal il-bravu ta' Rizzo. Issa jekk ma jimpurtax nixtieq nagħmel dawn l-osservazzjonijiet. L-ewwel li Rizzo maħruq u jaħseb li tneħħa minħabba l-każ ta' Dalli; u t-tieni Busuttil ma jafx il-Liġi sew. Busuttil ovvjament nesa minn fejn ġej Rizzo. Jekk tridu taraw minn fejn hu ġej aqraw il-ktieb ta' Dion Borg dwar il-ħniżrijiet fi żmien il-Labour. Marisa Micallef in the moon Iva ħija, kemm ħadet pjaċir Marisa meta Joseph mar l-Amerika. Bagħtitli messaġġ u 'it goes like this': "Dear Poodle, You should have seen our premier, madoffi how good he looks, and Michelle she is so sweet. Jiena vera kburija li jiena Maltija. Kif kien hawn Joseph ħadt l-opportunità li nistaqsih jekk nistax inbiddel il-madum tal-loki li għandi fl-ambaxxata. Għax you know, it is really an ugly pink and I like il-kulur white. Joseph qalli biex nitkellem mal-ministru George Vella għax hu biss jista' jsolvili l-kulur tal-madum. Madoffi, I am really scared of George, ma naħsibx li jiffansjani." Lino Farrugia u l-bullies U minn hawn nixtieq nuri s-solidarjetà ma' dawk ilkaċcaturi li qed iħossuhom ikkastigati u attakkati minn dawk iż-żibel ta' ambjentalisti. Iva, tassew tal-mistħija kif raġel matur, oħxon u qisu kartellun ħara b'senter f 'idejh iħossu mhedded għax igħid li hu selvaġġ u ma jagħtix kas għal xiex qed jispara. Msieken dawk il-kaċċaturi ... u minn hawn ngħidu għandu raġun Lino. U JPO u Deborah Schembri u Jesmond Mugliett b'xagħru skur għandu jagħmel minn kollox biex jilqgħuh fil-grupp magħruf bħal cyber harassment group. JOHN BUSUTTIL WAQT it-titjira tan-Nimrod innutajt li f'Malta bejn il-futur u l-passat m'hemm differenza ta' xejn… BACK TO THE FUTURE… U jgħidu x'jgħidu l-investituri fir-reklami tagħhom…. in-Nimrod tiegħi ra bil-fatti li l-politiċi tagħna jemmnu differenti Il-futur HU l-mera tal-passat Fil-preżent naraw ir-ritratti ta' Jowey ma' Obama (qishom bħal dawk li tieħu f'theme park….. ikun hemm il-qafas tar-ritratti lesti u kemm tpoġġi rasek fihom)… u fil-passat niftakar ritratt identiku bid-differenza li fin-nofs kien hemm Wenzu waħdu filwaqt li Jowey kien mistieden ma' Michelle….. għax Obama jgħidu li għandșu fetish għal dan l-isem…. Jaqaw l-Obamas huma twal jew ilprim ministri Maltin huma xi ftit qosra bħali? Fil-preżent naraw ir-ritratti ta' Jowey mal-Prim Ministru Libjan…. u fil-passat anke Wenzu ħa ritratti mal-Prim Ministru Libjan… iddifferenza… Jowey jgħid li se jagħtuna ż-żejt b'irħis… u Wenzu jgħid li hu ma jilgħaq lil ħadd għaż-żejt. Għax kellu min jinnegozja aħjar fiż-żejt… u b'hekk il-flus jibqgħu fil-bwiet tal-Maltin u mhux imorru għand il-barrani. Fil-preżent naraw ritratti ta' Jowey ma' diversi delegazzjonijiet Ċiniżi, Libjani, Russi u Għarab… li ġabuli nostalġija tal-passat… nostalġija Mintoffjana… meta l-perit kien jiltaqa regolari ma' delegazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi…. u wkoll kien iġib il-miljuni mingħandhom. Anke l-karrozzi li kienu jużaw Mintoff u Borġ Olivier (u le Ġorġ, u mhux dak tal-frejjeġ!) se nerġgħu nagħtuhom il-ħajja u se nimortalizzaw lil Mintoff, lil de Marco u lil Ċensu f'monument biex il-passat jibqa' l-mera tal-futur. Anke mat-team ta' Simone reġgħu tfaċċaw ċerti dinosawri fuq il-Fosos. Insomma tħares lejn iż-żewġ partiti u tibda tħossok qisek qed tgħix f'Jurassic Park… U Kristinu l-Għawdxi mar lura fil-passat ukoll…. ta' meta kien naqra ta' tfajjel… ħareġ il-barmil (le, mhux tal-omajgo) u beda jiġbor mill-irkejjen mimlija tal-fosos (imma kif kollox tifhmu ħażin), irkejjen jiġifieri daru kull rokna u mhux qed ngħid li kien corner meeting. Nispera biss li anke hawn il-passat ikun mera talfutur… u jinġabru l-eluf kbar li kien jiġbor il-mibki nutar… U erġajna wkoll bil-kuluri…. aħmar jew blu… inkella aħdar jekk int dejjem kontra kulħadd u ma tidħak qatt…. U jekk tkun aħmar u tieħu xi promotion ħoll xagħrek u ġib iż-żejt għax Peppi ta' Dwardu u Jason, il-patrijarka tal-Hibs, mill-ewwel jiftħu l-kanuni…. għax hekk konna drajna… il-blu jikkonkwista u l-aħmar jirreġistra… U kif inbidlet Malta f'sitt xhur! Issa x-xandir mandra qed ixaqleb lejn il-Lajbor, ħbieb…. Ma nafx għalfejn qed toħduha bi kbira… mela ma tafux li jmexxi x-Xandir hemm ħu l-mara ta' Peppi ta' Dwardu (le, dak bil-meritokrazija u mhux għax jaf liz-zija jew lin-neputija), anke Peppi tal-bendybus għadu hemm, u l-ġurnalisti li bdew il-karriera tagħhom man-Net qabel falla għadhom hemm… telqu biss Lou li ntefa' jdoqq il-kitarra f'Għawdex u Norman li spiċċa jieħu ħsieb lit-tfal li jidħlu bilvapuri. Fenomenu ġdid X'fenomenu ġdid f'dan il-pajjiż tal-ġenn.... l-ewwel insallbu l-qtates u issa nsallbu n-nies…. tibbukkja holiday u tispiċċa f'vaganza tal-fantasija….. tibbukkja farm house Għawdex u tispiċċa lampa stampa… Kollu tort tagħkom, ħbieb, għax imisskom smajtu millpariri tal-GTA li bħal dejjem jingħataw wara li ssir il-froġa… ara x'qalulkom! "Meta jitħallas depożitu għandhom jaraw li l-ħlas ikun qiegħed isir lis-sid tal-post u li rċevuta tingħata

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 September 2013