Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767
Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 | illum 13 u smajt li nħoloq grupp li qiegħed jinsisti li jkun hawn liġi li tħares lil dawk li huma vulnerabbli minn fastidju bl-internet. Jiena nsostni li diġà hemm reati simili filKodiċi Kriminali li jeħtieġ li jkollhom pieni aktar ħorox. Iżda jista' jkun li hemm bżonn liġi speċifika. Iżda din trid tkun liġi li tħares lill-vulnerabbli u mhux lil minn min jiddejjaq u ma jaqbilx dwar dak li jkun qiegħed jingħad fuqu. Nemmen li għandna niddistingwu bejn persuna ordinarja u persuna li tokkupa kariga pubblika jew fid-dinja tal-politika. Għalija din il-klassi ta' nies na ma jaqgħux fil-kategorija tat-tfal, ċittadini ordinarji u persuni oħrajn li jkunu qegħdin rikattati bi ħwejjeġ personali. Jiena sofrejt ħafna minn dan it-tip ta' fastidju. Ġejt attakkat personalment b'gideb li seta' tefagħni taħt l-irħama. Saħansitra marradli nies li huma qribi u li sal-lum għadhom l-isptar. Weġġgħuli d-dinjità tiegħi bil-mod kif dejjem pinġewni. B'danakollu bqajt għaddej għaliex kont naf li l-onestà kienet l-unika arma li kelli. Stajt għamilt ħafna libelli. Stajt mort għand il-Puliżija u nagħmel rapport. Qiegħed ngħid hekk għaliex fil-liġi teżisti l-għodda biex nagħmel dan. Iżda l-aħjar għodda li sibt kienet l-integrità u l-onestà tiegħi. Meta tkun taf li qiegħed fissewwa ma għandekx għalfejn issir isteriku. L-aqwa għodda biex tiggieled lill-ingust huwa int innifsek jekk tkun gust. Waqt il-kampanja li għaddiet kont taħt attakk kontinwu. Kontinwament jiddieħku bija, kemm jekk minn fuq il-palk talmeetings kif ukoll minn fost il-platea. Iżda qatt ma ddejjaqt li fuq kwstjonijiet li nisġu dwari nikkonfronta kemm lill-ġurnalisti kif ukoll lil protagonisti prinċipali, fosthom lil Simon Busuttil. Kont naf li jien b'saħħti u bis-saħħa tal-argumenti mort għal kull konfront. Ma kellix għalfejn noqgħod nagħmel kawżi jew ngħid li l-ligi trid tinbidel għaliex il-gideb tiġġieldu bil-verità. L-aqwa deċiżjoni ma kinitx dik tal-Qorti iżda tal-elettorat. L-aqwa kelma ma kinitx tal-ligi iżda tan-nies. Bhala politiku, meta m'għandekx minn xiex tibża' m'għandekx għalfejn titlob li jittellgħu ħitan madwarek. Għalhekk waqt li naqbel li għandu jkun hemm ligi li ma tippermettix li t-teknoloġija tintuża biex jingħata fastidju lin-nies, min-naħa l-oħra irridu noqogħdu b'sebgħa għajnejn li ma nagħmlux xi ligi li tnaqqas mil-libertà talkelma jew tal-espressjoni. Ma rridux nagħmlu xi ligi biex il-politiku jħossu komdu li ma jistax ikun kritikat anke jekk dik il-kritika hi ingusta. Il-qrati tagħna jagħmlu distinzjoni bejn ċittadini komuni u politiċi f 'materja ta' libelli. Politiku ma jistax jippretendi li jkollu l-istess protezzjoni ta' ċittadin komuni. Persuna li tkun flgħajn pubblika m'għandhiex tippretendi li tkun kritikata kelma u ser jiġi ppubblikat għada t-Tnejn, ir-rappreżentanti ta' 110il gvern, wara li daruh linja linja, adottaw sommarju ta' 36 paġna li jikkondensa l-konklużjonijiet xjentifiċi . U diġà nafu x'inhuma l-konklużjonijiet ta' dan irrapport. Kien hemm min qal li l-klima f'din il-konferenza kien ferm differenti minn konferenzi preċedenti fejn l-Għarabja Sawdita kienet toġġezzjona prattikament għal kollox u ċ-Ċiniżi kienu wkoll spiss diffiċli. Ta' min ifakkar li l-Għarbja Sawdita bħala l-akbar esportatur taż-żejt li huwa wieħed millperċimes tal-bidla fil-klima għamel żmien jippretendi kumpens talli l-ekonomija dinjija ssir anqas dipendenti fuq iż-żejt ! Tassew inkredibbli. U ċ-Ċina espandiet l-ekonomija tagħha b'mod frenetiku mingħajr wisq tat każ il-konsegwenzi ambjentali. Iċ-Ċina taħraq nofs il-faħam li tikkonsma d-dinja u fit-tramuntana taċ-Ċina, l-istennija tal-ħajja hija ħames snin u nofs anqas milli suppost minħabba t-tniġġis fl-ambjent. Fortunatament, iċ-Ċina illum saret aktar konxja mirresponsabilitajiet ambjentali tagħha u l-gvern qed iniedi pjanijiet biex jindirizza s-sitwazzjoni ambjentali, u dan anke minħabba li l-poplu esprima l-insodisfazzjon tiegħu bis-sitwazzjoni preżenti. X'tistenna meta x-xahar l-ieħor l-20 miljun residenti ta' Beijing intalbu jibqgħu ġewwa għaliex it-tniġġis tal-arja kien 20 darba ogħla mir-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Mondjali tas-Saħħa. Imma jidher issa li l-konsensus dwar it-tibdil tal-klima qiegħed dejjem jikber. Ftit huma dawk li jiċħdu li d-dinja qiegħda tisħon imma hemm xi xettiċi li jsostnu li dan qiegħed jiġi kkawżat minn fatturi naturali u mhux minħabba l-attività tal-bniedem. F'dan l-aħħar rapport tal-IPCC, l-AR5, ix-xjenzati kkonkludew li " Huwa estremament probabbli li l-influwenza tal-bniedem kienet il-kawża dominanti għaż-żieda li ġiet osservata fit-temperatura min-nofs is-seklu 20." Ir-rapport jeskludi li kwalunkwe żieda fit-temperatura kienet dovuta għall-bidla fiċ-ċikli solari, attività vulkanika jew raġġi kosmiċi. Il-previżjonijiet tal-IPCC fir-rigward taż-żieda fittemperatura huma pjuttost inkwetanti. Ix-xjenzati huma ta'l-anqas 66% ċerti li l-aħħar 30 sena kienu l-aktar sħan flEmisferu tat-Tramuntana f'dawn l-aħħar 1,400 sena. Mhux talli hekk, talli kull 10 snin kienu aktar sħan mill-10 snin ta' qabel. It-temperatura tad-dinja żdiedet b'0.9˚Ċ fl-aħħar seklu u sa nofs dan is-seklu, ix-xjenzati qed jipprevedu żieda ulterjuri ta' bejn 0.4 u 1.6˚Ċ jekk id-dinja tibqa' tipproduċi karbonju bir-rata tal-lum. Ix-xjenżati jipprevedu ukoll li t-temperatura medja bejn l-2080 u 2100 ser tiżdied b'2.6 - 4.8 ˚Ċ, dejjem jekk m'hu ser isir xejn. Il-pajjiżi tad-dinja kienu qablu li jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 2˚Ċ mill-era pre-industrijali għax żieda ogħla fit-temperatura jista' jkollha konsegwenzi ferm imprevidibbli. Madankollu, dan ser ikun ferm diffiċli jekk il-pajjiżi tad-dinja m'humiex ser jadottaw miżuri radikali fil-futur immedjat. Skond ix-xjenzati, il-konċentrazzjoni ta' CO2 fl-atmosfera hija fl-ogħla livell f'dawn l-aħħar 800,000 sena u l-ħruq ta' fonti ta' enerġija fossili huwa l-kaġun ta' 40% fiż-żieda ta' CO2 mir-rivoluzzjoni industrijali 'l hawn. L-IPCC ikkalkula li biex ma niżbqux iż-żieda ta 2˚Ċ, ma jridux jintefgħu aktar minn 800880 gigatunnellati ta' karbonju fl-atmosfera li minnhom 531gt kienu diġa ntefgħu sal2011. Dan ifisser li barra li d-dinja trid tadotta bidla radikali fil-mod kif tmexxi l-ekonomija tagħha sabiex ma jinqabiżx il-livell tal-periklu, bosta mirriżorsi naturali ta' enerġija fossili li nstabu jew li ġew identifikati ma jistgħux jintużaw. Il-fatt ġie deskritt bħala "carbon bubble" li qed ibeżża' bosta investituri u ekonomisti. Immaġinaw kieku Malta ssib iż-żejt u l-gass u ma nkunux nistgħu nisfruttawhom minħabba l-bidla fil-klima ! Imma l-previżjonijiet huma tassew koroħ: huwa mistenni li l-livell tal-baħar ser ikompli Stokkolma kif il-Konvenzjoni għandha titħaddem. Fl-1997, l-laqgħa saret fi Kyoto u dis-sena f'Kopenhagen. Istituzzjoni internazzjonali ferm importanti hija l-Intergovernmental Panel on Climate Change (IPCC) li twaqqaf fl-1988 sabiex jivvaluta r-riskju ta' tibdil fil-klima minħabba l-attività tal-bniedem. Fl-2007, l-IPCC qasam il-Premju Nobel għal Paċi ma' Al Gore, l-eks-viċipresident Amerikan li sar attivist importanti ħafna dwar il-bidla tal-klima. L-IPCC joħroġ regolarment rapporti li għandhom x'jaqsmu mattwettieq tal-Konvenzjoni u t-ton ta' dawn ir-rapporti aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed isir allarmistiku. Dan il-panel ikkonkluda li ż-żieda ta' għarar, nixfa, sħana tremenda u urgani dejjem aktar qawwija li qed naraw f'bosta żoni tad-dinja huwa konsegwenza tal-ħidma talbniedem." L-IPCC jiddependi fuq ilkontribut voluntarju ta' eluf ta' xjenzati u l-isforzi tiegħu huma meqjusa bħala l-kelma definittiva fuq ix-xjenza talklima tal-bidla. Wara r-rapport li kien ħareġ fl-2007, l-IPCC issa beda jadotta r-rapport aġġornat li nieda l-ewwel parti tiegħu nhar il-Ġimgħa, rapport li eventwalment ser jiġi konkluż is-sena d-dieħla. Minkejja li r-rapport komplet fih fuq miljun anke jekk il-kritika tkun eċċessiva. Fi ftit kliem kull min jippretendi li hu u stonkuż bizzejjed għadu jkollu stonku nfurrat. JNippreferi li nkun kritikat ingustamament milli jkolli liġi li tagħlaq ħalq dawk li huma nġusti fil-kritika li jagħmluli. Wisq nibża' li liġi bhal din tista' tintuża biex twerwer il-kritika ġejja minn fejn ġejja u jagħmilha min jagħmilha. Il-preżunzjoni demokratika għandha tkun favur l-kritika u l-iskrutiju tal-politiku u mhux li nipprotegih millkritika. Fil-każ tal-politiku u nies pubbliċi biss, nippreferi nħalli lill-opinjoni pubblika tiddeċiedi milli xi qorti. Wara kollox, kif ser jirrealizzaw fl-Eġittu, b'ligi mhux dejjem tagħlaq ħalq dak li jkun. jiżdied bejn 45 u 82 cm sa l-aħħar ta' dan is-seklu jekk ma jsir xejn dwar l-emissjonijiet u għal 26 sa 55 cm jekk l-emissjonijiet tal-karbonju jitwaqqfu u jiġu riversjati. Fl-ewwel xenarju, dan ifisser li l-livell tal-baħar ikun għola b'98 ċm sal-aħħar tas-seklu u bliet kbar bħal Shanghai u New York imma anke bosta rħula tagħna bħal Marsaxlokk u x-Xlendi jiġu mhedda serjament. Iż-żieda fil-livell tal-baħar hija kkaġunata m'hux biss minħabba l-fatt li s-silġ f'bosta partijiet tad-dinja qed jinħall b'rata li dejjem qed tiżdied imma anke minħabba l-fatt li l-oċejani tad-dinja li qed jassorbu 90% taż-żieda fit-temperatura u bħala riżultat, qed jespandu. Nistieden lil kulħadd sabiex ifittex jaqra dan ir-rapport f'aktar dettall. Fuq kollox, nistieden lil kulħadd sabiex jara kif jista' jbiddel il-mod tal-għajxien tiegħu sabiex ikollu anqas impatt fuq l-ambjent. Imma anke l-istituzzjonijiet ma jistgħux jibqgħu passivi u l-Gvern u l-Parlament huma fid-dmir ill jwaqqfu strutturi li jibdew jieħdu ħsieb bis-serjetà dan il-fenomenu nkwetanti. Ma nistgħux ninjoraw irresponsabilitajiet tagħna u nistrieħu fuq ħaddieħor. Kif kont għidt erba' snin ilu, "sabiex niġġieldu l-bidla fil-klima, żġur għandna bżonn klima ta' bidla." ellisjoseph@gmail.com