Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767
14 illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 Fadal x'isir fis-sistem I lu għal dawn l-aħħar tliet snin President talMalta Union of Teachers (MUT) u issa li għadha kif tniedet sena skolastika ġdida tkellem dwar l-aspettazzjonijiet li hemm għassena li ġejja kemm dawk pożittivi u anke dawk negattivi. Iddeskriva din is-sena li ġejja bħala bħala kontinwazzjoni ta' qabilha, hekk kif mis-sena l-oħra ġiet fis-seħħ l-introduzzjoni talkurrikulu l-ġdid. Il-proġett ewlieni li qed iqajjem l-iktar entużjażmu jkun il-proġett pilota taledukazzjoni ko-ed, fejn il-kulleġġi jitħalltu b'subien u bniet. Mill-banda l-oħra jikkritika l-għażla li l-Institute of Tourism Studies (ITS), li hu jiddeskrivi wkoll bħala "istituzzjoni edukattiva li għandha studenti, mhux ħaddiema", li saret tagħmel parti mill-Ministeru tat-Turiżmu u mhux tal-Edukazzjoni. "Aħna la qbilna u qatt m'aħna se naqblu li din l-istituzzjoni titlaq mill-Ministeru tal-Edukazzjoni." Ikkritika wkoll il-fatt li hemm lecturers fl-ITS li qed jgħallmu suġġetti li mhumiex professjonisti fihom minħabba li m'hemmx biżżejjed għalliema li jgħallmu ċertu suġġetti. Dan qed ikun ta' detriment għall-għalliema li mhux qed jingħataw ċans jaħdmu fuq attivitajiet extra-kurrikulari. "Kull riċerka turi li l-edukazzjoni ma tkunx sħiħa, anzi, tkun imxekkla, jekk l-istudenti ma jkollhomx attivitajiet apparti l-kurrikulu mogħti lilhom. Jien inħossni nkwetat ħafna fuq l-ITS." Mistoqsi jekk is-sena skolastika li għaddiet ġietx imxekkla millelezzjoni ġenerali, qal li ra differenza fl-elezzjoni ta' din issena u seta' jinnota inqas effett fuq il-poplu mill-elezzjoni ta' qabel. Ma setgħetx ma ssirx referenza lejn il-famużi tablets li kienu fost il-proposti li qajmu l-iktar għagħa fil-poplu Malti. Bonello jisħaq li regolament li ma tantx jafu bih in-nies huwa li f 'entitajiet talGvern mhux permess li jkun hemm wireless internet, "kif tista' tuża t-tablet jekk m'għandekx wireless internet?" qal Bonello. Fil-kampanja elettorali tal-PL, dehru diversi proposti li jaffettwaw l-edukaturi Maltin. Mistoqsi dwar dan Bonello jgħid li huwa sodisfatt li l-PL ikkunsidra d-dokument bil-proposti li ħareġ l-MUT u tah prijorità u konoxxenza. Bħalissa jinsabu għaddejjin it-taħditiet dwar il-grad talgħalliem. Fis-sistema preżenti, jekk għalliem fi skola tal-gvern jibdel għal skola tal-Knisja, jew privata, jew viċiversa, l-għalliem jitlef kull esperjenza li kellu fl-iskola Kevin Bonello dwar il-ħidma tal-Gvern favur l-edukaturi, il-problemi li jiltaqgħu magħhom l-għalliema Maltin u r-realtajiet tal-istudenti Jean Pierre Cassar jpcassar@mediatoday.com.mt "Aħna qatt ma qbilna u qatt m'aħna se naqblu li l-ITS tkun fergħa mill-Ministeru għat-Turiżmu" preċedenti. Bonello jappella sabiex l-edukaturi jġorru l-esperjenza li mbagħad taffettwa l-paga. Bonello għarrafna li bħalissa Malta qed tiġi akkużata millUnjoni Ewropea bi ksur tal-liġi wara li għalliema barranija li qed tgħallem Malta tilfet kull grad li kienet laħqet kisbet meta kienet tgħallem għal tul ta' żmien fisservizz pubbliku Ingliż. Jidher li l-Union għadha kif ġiet avżata b'dan il-każ u ġiet mogħtija biss ftit ġranet biex tittieħed deċiżjoni fuq il-każ. Mistoqsi għal iktar informazzjoni dwar dan il-każ, Bonello qal li mhumiex mgħarrfin biżżejjed, "lilna ma tawna l-ebda dokumenti, ma nistax intik iktar dettalji għax ma nafx." Id-diskussjonijiet qegħdin fis-seħħ, biex permezz ta' Kunsill b'Emerġenza jittieħdu deċiżjoni dwar dan il-każ li ma nħariġx fil-media. Ħafna ġenituri jgergru li fl-iskejjel Maltin għandna sillabu kurrikulari diffiċli ħafna meta mqabbel ma' dak ta' pajjiżi oħra. Mistoqsi jekk hux minnu, Bonello, li hu wkoll kien għalliem tal-Primarja, jgħid li huwa minnu li għandna diversi suġġetti fl-iskejjel Maltin b'ċertu materjal li hu irrelevanti. Jagħmel referenza speċifika lejn is-suġġett tar-reliġjon, fejn jgħid li hu xettiku fuq il-materjal li qed jiġi mgħallem. U jsemmi li għalliema tal-ewwel sena u l-ħames sena tal-primarja, bdew din issena skolastika mingħajr il-kotba tar-reliġjon li minnhom kellhom jgħallmu l-istudenti tagħhom. Il-ħolma ta' Bonello hija li l-Unions Maltin jingħaqdu iktar bejniethom biex b'hekk ikun hemm koperazzjoni bejn il-unions kollha. "Min-naħa tagħna, iktar insibu koperazzjoni mill-GWU (General Workers' Union) milli mis-CMTU (Confederation of Malta Trade Unions)." Rigward id-dixxiplina fl-iskejjel, l-MUT tixtieq li ssir leġiżlazzjoni b'saħħitha kontra l-bullying u abbużi bejn l-istudenti bejniethom u anke fuq l-għalliema. Semma' każijiet ta' għalliem fl-MCAST li safa mhedded b'ħajtu minn student adult li kien jattendi għallezzjonijiet tiegħu. "Kien każ ta' persuna li ismu kien magħruf. Iżda d-Direttur talMCAST ta' dak iż-żmien għażel li jibqa' sieket." Bonello jgħid li fi żmien ilMinistru Dolores Cristina kien hemm intenzjoni li jitqabdu persuni responsabbli li jieħdu ħsieb ta' vjolenza u inċidenti fl-iskola, apparti li jkollu responsabbiltajiet oħra minimi fl-iskejjel. Dan ilftehim kellu jiġi fis-seħħ sal-bidu ta' din is-sena skolastika, iżda minn dan għadu ma seħħ xejn. "Is-segretarju permanenti, li għadu l-istess, nittama li jgħaddi dan il-ftehim lill-Ministeru preżenti biex naraw din l-idea tiġi fis-seħħ. "Iżda billi ninfurzaw liġijiet ma jfissirx li se nsolvu kollox. Irrid insibu koperazzjoni mill-iskejjel stess, mhux l-ewwel darba li kapijiet tal-iskola sfaw jaffaċċjaw problemi skolastiċi waħedhom mingħajr ebda għajnuna millkumplament tal-istaff." Bonello argumenta li l-kundizzjonijiet tas-social workers mhux qed iħajru biex ikun hemm iktar għajnuna fl-iskejjel. Jgħid ukoll li l-aħħar stħarriġ li sar dwar l-abbużi fl-iskejjel kien sitt snin ilu. "Nammetti li dawn juru ċifri li ma jfissru xejn għal preżent, iżda għalissa jidher li lanqas m'hemm biżżejjed nies biex jistħarrġu dan kollu." Bonello jgħid li l-quċċata talabbużi fl-iskejjel kienet madwar sitt jew seba' snin ilu, meta Louis Galea kien għadu Ministru talEdukazzjoni. Jisħaq iżda li llum l-intervent tal-Pulizija f 'attakki skolastiċi huwa wkoll bżonjuż f 'ċerti każi u li qed jgħinu ħafna lid-dixxiplina skolastika. L-isplużjoni tal-internet ikkontribwixxiet f 'żieda kbira ta' abbużi verbali fuq għalliema u studenti, b'mod speċjali fuq siti bħal Facebook u Ask.Fm. F'April li għadda, nħarġet statistika li turi li 22% tal-istudenti Maltin huma meqjusin bħala foqra. Mistoqsi x'qed isir biex kemm jista' jkun innaqsu l-faqar qalb l-istudenti Maltin, Bonello qal li primarjament ċerti skejjel jikkuntattjaw lill-familji biex jaraw eżatt x'qed jikkawża l-faqar. "Niltaqgħu ma' każijiet fejn l-ulied ma jkollhomx ikel għalliskola għax il-ġenituri tagħhom għandhom prijoritajiet oħra. Imbagħad niltaqgħu wkoll ma' każijiet ta' familji li huma ġenwinament foqra." Jgħid li għalkemm huwa sterjotipat li ħafna drabi l-faqar jiġi assoċjat mal-Kottonera, fejn Bonello stess kien jgħallem, dan inbidel, hekk kif il-faqar f 'Malta xtered ma' żoni differenti. "Waħda miż-żoni fejn bħalissa l-Gvern u aħna bħala union qed nippruvaw ngħinu l-iskola tallokal hija ta' San Pawl il-Baħar, li wieħed tajjeb iżomm f 'moħħu li hemm għadd ta' studenti li ġejjin mil-Lvant tal-Ewropa u li ma jafux Ingliż u wisq iktar Malti." Ftit tal-ġranet ilu nqalgħet ilpolemika dwar l-applikazzjonijiet għal-Learning Support Assistants (LSAs), bl-MEA (Malta Employer's Association) tgħid li hemm bżonn jiġi rregolat l-impjegar talLSAs waqt li l-MUT kienet qed tisħaq li hemm bżonn li jinfetħu l-applikazzjonijiet għal-LSAs hekk kif il-bżonnijiet tat-tfal iktar ma jmur qed jiżdied. Bonello jisħaq li ammont kbir ta' studenti li għamlu l-kors talLSAs kellhom ikunu regolarizzati u impjegati u kellhom jinfetħu ""L-MUT mhix union li toqgħod issabbat saqajha u tagħmel ħafna kummiedji u teatrini iżda aħna niddjalogaw"