Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767
16 illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Assigurazzjoni Taljana investigata S. DEBONO ĦAL KIRKOP MINKEJJA li kien hawn l-idea li t-Taljani għandhom it-taħwid f 'pajjiżhom, minn dak li naqra jidher li l-ġustizzja fl-Italja għandha nejbiet li jigdmu sew! Sena wara l-oħra qed naraw lill-Puliżija Taljani jaqbdu iżjed nies tal-Mafja u dawk li jagħmlu frodi u jtellfu l-flus lill-investituri, azzjonisti u nies komuni. Anke wara xi 11-il sena maħrub, dan l-aħħar boss tal-Mafja ta' Palermo li kien qed jistaħba Londra, ukoll inqabad! Fix-xahar ta' Awwissu rega' deher ukoll li l-forzi tal-ordni Taljani, bħal Agustu Cesari, huma supremi anke fuq dawk li jikkmandaw il-miljuni ta' ewro. Il-Guardi di Finanza Taljani qed jinvestigaw kumpanija tal-assigurazzjoni Taljana il-Fondiaria SA. Din kienet imexxija minn Salvatore Ligresti, bniedem mgħobbi bil-għomor li milli jidher jaħseb li ser jgħix għal dejjem. S'issa l-Pulizija Taljana qegħdin jaraw kif jaqbdulu xi €250 miljun f 'lukandi, proprjetà u assi oħra wara li mill-investigar tagħhom irriżulta li dan l-insurer Taljan ipprova jiffroda fil-kontijiet u jimmanipula s-suq għal gwadann personali u talfamilja tiegħu. Qed nikteb dan għax dawk li għandhom ishma fil-Middle Sea Insurance ukoll m'ilux raw kif din il-kumpanija nġabet fuq għarkupptejha meta kellha sussidjara tbigħ poloz tal-assigurazzjoni fi Sqallija u fin-Nofsinhar tal-Italja. Tant saru claims lis-sussidjara, il-Progress SA, li minkejja l-kapital li l-Middle Sea Insurance bagħtet f 'Palermo għand din is-sussidjara b'binja mdaqqsa, għal naqra ma għerqitx il-Middle Sea Insurance u l-azzjonisti magħha. Żvintura li wasslet biex il-Middle Sea Insurance minn maġġoranza ta' sidien Maltin tgħaddi għand sidien Spanjoli li kienu webblu lill-Middle Sea Insurance biex tixtri mingħandhom ilProgress SA. Issa nerga' ngħid fin-nofs ma kienx hemm €250miljun, iżda l-miljuni li kien hemm intilfu minn bwiet il-Maltin. Tgħid għad naslu li naraw jekk dawk il-claims kollha kinux veri jew ħafna minnhom frodi biex gabu lil Progress SA f 'tant diffikultà li l-Middle Sea Insurance dehrilha li jaqbel li ċċediha lill-amministrattur u ma tiġbor xejn tagħha? Għalija mhux argument li ladarba l-Middle Sea Insurance għamlet il-Progress ta' Palermo write off ma jibqax jiġi segwit il-każ għax l-azzjonisti Maltin jekk jirriżulta li kien hemm il-frodi għandhom dritt għal kumpens u mhux tilfu l-qaleb u l-ġbejna. Jiġifieru tilfu l-miljuni fi Sqallija u l-kontroll tal-Middle Sea Insurance biex l-Ispanjoli rebħu darbtejn: ġabru l-flus mill-bejgħ talProgress ftit qabel ma din falliet u ħadu l-kontroll talMiddle Sea Insurance. Dawk xortihom tajba! Min qed jipperpetwa u jintensifika l-ġlied? U x'armi qed jintużaw u minn min? Ma nistgħux naslu għall-verità b'ċertezza minn fuq l-aħbarijiet konflinġenti li jaslulna miżżewg naħat tal-konflitt u millagenziji barranin li qegħdin jirrappurtaw verżjonijiet differenti tal-istess episodji tal-ġlied. Anke l-potenzi l-kbar mhumiex jaqblu fl-analiżi tagħhom ta' din it-traġedja umana. Min segwa t-taqlib politiku li seħħ fl-aħħar snin filpajjiżi Għarab jinnota li l-qawmien kontra dittaturi ma jkunx motivat biss mir- rieda għad-demokrażija, imma ġeneralment jibda mill-fanatiżmu religjuż, li miegħu aktarx li jkollu doża ta' mibegħda etnika/tribali. Żewg ingredjenti anti-demokratiċi li ġabu diżastri kull fejn daħlu fir-riċetta tat-tmexxija tal-pajjiż. Tajjeb li nistaqsu min jiffinanzja u jsostni dan il-qawmien kontra l-militar tad-dittaturi, armat sa snienu bl-appoġġ tal-miljuni kbar ta' dollari? L-istorja riċenti turi li l-qawmien ikun finanzjat u armat minn għaqdiet klandestini u/jew antigovernattivi sigrieti barranin. L-attakk finali aktarx li jkun konkluż mill-armati ta' stati barranin bħalma ġara fl-lraq u fil-Libja. X'se jiġri fl-Eġittu u fis-Sirja għad irridu naraw. Żgur li dan jiddependi ħafna fuq l-interessi ekonomiċi u politiċi li l-potenzi l-kbar għandhom f 'dawn l-istati, u fuq l-influwenza tagħhom mas-settur ribelluż talpopolazzjoni. Bħalma rajna fi stati Għarab oħra, wieħed jistenna li sakemm ir-reġim ma jinbidilx b'xi mod miċċittadini tiegħu, se tikber ilprobabbiltà li s-Sirja tgħaddi mill-istess fażijiet ta' attakki militari barranin kif rajna fl-lraq. L-attakki fl-lraq kienu ġustifikati minn xi wħud fuq l-assigurazzjoni AngloAmerikana li d-dittatur Iraqin kellu armi tal-qerda tal-massa. Il-falsità ta' dik l-allegazzjoni nkixfet wara li b'riħitha saret straġi strutturali u umana mmensa. Min jiggarantilna li l-allegazzjoni preżenti tal-użu tal-armi kimiċi mill-Gvern Sirjan mhix falza wkoll? Ċittadini indipendenti Sirjani jgħidu li 90% tar-ribelli huma merċenarji barranin, u jisħqu li armi kimiċi Amerikani twasslu lir-ribelli fis-Sirja mis-Sawdi Arabja u mill-Qatar. Il-Gvern Russu ħareġ stqarrija taqbel ma' din il-verżjoni, waqt li xi stati talPunent isostnu li armi kimiċi ntużaw mill-Gvern Sirjan. F'din l-inċertezza dwar il-verità, il-Parlament Ingliż ukoll ma qabilx ma' attakki barranin waqt li l-gvern tarRussja wissa li tinkiser il-ligi internazzjonali jekk xi stati jattakkaw militarment lis-Sirja mingħajr l-approvazzjoni talĠnus Magħquda. Kulħadd jaf li ma tistax tinkiseb il-barka tal-ĠM għal dik l-aggressjoni għax potenzi kbar fil-kunsill tas-sigurtà huma kontra l-intervent militari barrani. Daqstant hi delikata f 'dan l-istadju l-gwerra ċivili fis-Sirja. Titfa' dawl fuq l-hekk imsejħa 'ir-Rebbiegħa Għarbija', li fil-Libja, fl-Eġittu u anke fit-Tuneżija baqgħet ma ħarġitx mill-kesħa xitwija. Il-blanżuni tar-rebbiegħa jibdew jiftħu f 'kull stat minnhom bis-solidarjetà li tgħaqqad lill-poplu fl-interess komuni, irrispettivament mill-ġibdiet settorjali, mittwemmin reliġjuż, politiku u mill-qagħda soċjali individwali. It-traġedja umana tas-Sirja MICHAEL CAMILLERI BIRKIRKARA NAQBEL mal-pożizzjoni tal-Gvern Malti li ma jappoġġax interventi militari barranin fis-Sirja li ma jsirux bl-approvazzjoni tal-Ġnus Magħquda. Deċiżjoni konformi mattwemmin Laburista fil-paċi u kontra l-użu tal-armi. Hija wkoll sensibbli fiċ-ċirkustanzi taddubji li jdawru dak il-konfront. Aħna 'l bogħod mill-azzjoni tal-gwerra u ma narawx u ma nistgħux nanalizzaw u nkunu konvinti x'inhu jiġri eżattament f'dan il-konflitt imdemmi. Ingram t, Valletta Republic Stree urts next to the Co