Illum previous editions

illum 29 September 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 | illum 17 Editorjal I d-deċiżjoni tal-kap ta' l-Oppożizzjoni Simon Busuttil li jitlob għarriżenja ta' Peter Paul Busuttil u jattakka l-eks-ministru Nazzjonalista John Dalli kien innutat millmedia. Busuttil, b'differenza millpredeċessur tiegħu, qed ikun aggressiv fl-istil tiegħu. F'konferenza stampa fejn kien akkumpanjat millavukati Mario Demarco, Beppe Fenech Adami u Chris Said, iddikjaraw li jemmnu lil John Rizzo għax ħa 'ġurament' meta tkellem. Hija tikka riskjuża. Bħallikieku min jieħu ġurament ikun dejjem qed igħid il-verità kollha. ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN S0GN 9016 EDITUR: SAVIOUR BALZAN Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Websajt: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Il-verità trid toħroġ Ejja naraw x'qal Rizzo. Rizzo qal li hu ried iressaq lil Dalli. Tajjeb. Mela għaliex m'għamilx hekk? Kellu kull ċans jagħmilha meta Dalli kien imsiefer u wisq aktar meta ġie lura. Tant hu hekk li kien hemm iktar minn xahar sakemm Pietru Pawl Zammit ġie appuntat. U fil-qorti Rizzo ma żvelax xi tagħrif ġdid għaliex kellu jressaq lil John Dalli. Jibqa' l-fatt li Rizzo ma kellu l-ebda prova ħlief konġetura li f'konversazzjoni telefonika Dalli u Zammit kienet fuq tixħim. Tant hu hekk li l-għaref Kessler insista li ma kellux provi iżda biss evidenza immaġinarja. Busuttil jekk ma jafux dan, missu forsi jieqaf u jaħseb ftit qabel ma jitkellem. Huwa straordinarju li t-tliet avukati sħabu li kienu miegħu ma tkellmux miegħu u qalulu li hemm ċerti prinċipji filprosekuzzjoni kriminali li wieħed ma jistax jinjora. Stamberija oħra hi li t-talba għar-riżenja talKummissarju tal-Pulizija qed issir għaliex skont ilKap tal-Oppożizzjoni, eksministru Nazzjonalista ta' kważi aktar minn 20 sena, ma ġiex imħarrek. Ovvjament Rizzo huwa persuna mweġġgħa. Mweġġa' għax tneħħa millkap tal-Pulizija. Kellu jitneħħa Rizzo? Ilmistoqsija tagħna għal din il-mistoqsija: kellu jinżamm Rizzo? Din il-gazzetta ma tistax tinsa l-mod kif kienet taġixxi l-Pulizija matul l-aħħar snin, u s-snin ta' qabel. Mhix kuntenta bilmod kif il-Pulizija tibqa' sa ċertu punt ballun politiku. U forsi wasal iż-żmien li jkun hemm konverżjoni konġunta biex tingħata fiduċja sħiħa fil-Pulizija. Hija stramba li l-Pulizija Maltija għadha f'dak l-istadju li ma tistax tiġi fdata. Ċertament ilKummissarju tal-Pulizija jrid juri bl-iktar b'mod ċar li f'dan il-każ partikolari mxew kif suppost. Pietru Pawl Zammit irid jispjega l-affarijiet, irid juri li bl-ebda mod l-allegazzjonijiet ta' Busuttil huma minnhom. Jekk kien hemm provi biex jitressaq Dalli li ma nafux li jeżistu u ma tressaqx mela hemm problema għallKummissarju. Jekk jidher li mhux ilkaż, Busuttil ser ikollu jagħmel irtirata. Jew kif nimmaġinaw meta nħarsu lejn l-klassi politiku jdur fuq temi oħra biex inessi dak li jkun qal.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 September 2013