Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767
garantit mills tal-Air Malta" – Simon Busuttil tal-competitive advantage minflok fuq il-comparative advantage. Dan ikun ifisser li tibda tuża dak li hu tiegħek biss. Hu sostna li pajjiżna għandu jinvesti fuq dak li jiddistingwina minn ħaddieħor. Simon Busuttil qal li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern fetaħ interpretation centre fidDwejra fejn kienu qed igawdu minnu bosta individwi. Iżda sfortunatament, taħt Gvern Laburista dan ilu sitt xhur sħaħ mingħajr dawl. Fi stqarrija l-Ministeru għatTuriżmu għamel referenza għad-diskors tal-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil u saħaq li jkun aħjar li l-Partit Nazzjonalista jgħid hu x'kien il-pjan tiegħu dwar l-Air Malta meta kien fil-gvern. Dan meta kien l-istess Partit Nazzjonalista fil-gvern li nnegozja l-pjan ta' ristrutturar mal-EU. Bħalissa l-Gvern qed iħalli lill-persuni mħallsa mill-Gvern preċedenti biex iwettqu l-mandat li ngħata lilhom, li skont l-istess Partit Nazzjonalista kellu jsalva lill-Air Malta. Dan jassigura li tintrefa' r-responsabbiltà li hemm bżonn mingħajr ebda indħil tal-Gvern preżenti, sakemm dawn itemmu l-mandat li ngħata lilhom. żmien ta' ansjetà huma moħħhom mistrieħ minn uliedhom għax jafu li hemm min jieħu ħsiebhom." Caruana jitkellem dwar kif ġenituri li jafu li wliedhom kellhom xi esperjenza negattiva fl-iskola jkunu iktar imħassbin u anzjużi dwar x'jista' jiġri fis-sena li ġejja. Ansjetà ta' Separazzjoni Kull min kien preżenti fl-ewwel ġurnata tal-iskola ta' tfal ta' tlieta jew erba' snin jaf x'paniku u rebus jinqala' dakinhar. Caruana jitkellem dwar tfal li għandhom ħuthom ikbar li diġà jarawhom imorru l-iskola jħarsu lejha b'mod differenti minn dawk li huma l-ewwel wild fil-familja. Dawk li għandhom ħuthom iħossuhom importanti fiddinja ċkejkna tagħhom u kburin li qed joqorbu lejn id-dinja ta' min hu ikbar minnhom. L-oħrajn ikunu beżagħnin mill-firda għal ħin twil mill-ġenituri tagħhom. "Ilġenituri huma responsabbli li jitrasmettu sens ta' pożittiviżmu u kburija lejn il-fatt li wliedhom se jibdew l-iskola." "Tfal jistgħu jiżviluppaw dik li tissejjaħ separation anxiety, iħossuhom anzjużi meta mhux fil preżenza tal-ġenituri. Din ukoll jista' jkun tkun diġà hemm u allura l-bidu tal-iskola jkun perjodu diffiċli ħafna għalihom" qal Caruana. Meta wieħed jikkunsidra l-ispejjeż li ġġib magħha back to school, u forsi xi ġenituri ma jkunux jifilħu jixtru kollox mill-ewwel għal uliedhom, ittfal jistgħu jaffetwaw ruħhom. Caruana jispjega dan bħala frott ta' dinja materjalista fejn persuna tiġi evalwata fuq dak li għandha u mhux fuq dak li hi. Iħossuhom anqas fortunati "L-istudenti li ma jkollhomx basket tal-iskola sabiħ daqs ta' ħaddieħor se jħossuhom anqas fortunati minn ħaddieħor. Dan jinħass l-aktar meta sħabhom jippruvaw juru kemm għandhom affarijiet aħjar minn tagħhom. "Il-verità hi li persuna hi aktar minn dak li tippossedi jew minn dak li tilbes. Ilġenituri għandhom ikunu konxji ta' dan u jridu jrawmu u jtellgħu lill-uliedhom b'sens ta' kunfidenza fihom infushom u ma jħallux affarijiet anqas importanti jinfluenzawlhom il-fiduċja fihom infushom," temm jgħid il-psikoloġista Caruana. Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 | illum 3 Era diġitali ġdida għal gazzetti MaltaToday u Illum IL-KUMPANIJA MediaToday għadha kif nediet gazzetti diġitali għallpubblikazzjonijiet l-iktar popolari tagħha MaltaToday u Illum. L-edizzjonijiet d se jkunu disponibbli għall-abbonati fil-5am fil-jum tal-pubblikazzjoni fuq il-kompjuter, tablets jew smartphones tagħhom. MediaToday timmira li twassal l-aħbarijiet lillqarrejja tagħha bl-aħjar mod possibbli. L-iskop tal-gazzetta diġitali, e-paper, hija biex toħloq pont bejn il-verżjoni stampata u d-dinja diġitali, li toffri lill-qarrejja b'mod iktar interattiv iċ-ċans li jżommu ruħhom aġġornati bil-pubblikazzjonijiet ta' MediaToday. L-e-papers se jkunu mwassla permezz tal- Uberflip platform, sistema li tħalli lill-qarrejja jistampaw u jxerrdu l-artikli fuq il-media soċjali jew permezz tal-email. L-abbonati se jkunu qed igawdu minn tfaddil sa 50% tal-prezz li bih jinbiegħu l-gazzetti. Wieħed jista' jagħżel l-abbonament tiegħu. Edizzjoni waħda (€0.80), ta' tliet xhur (€15.00 MaltaToday, €10.50 Illum), ta' sitt xhur (€28 MaltaToday, €19 Illum) u ta' sena (€50 MaltaToday, €35 Illum). Dawk li jagħmlu l-abbonament tagħhom għal sena se jgawdu wkoll minn offerta speċjali u jirċievu kopja b'xejn jew Gourmet Today 100 Best Recipes jew il-ktieb ta' Saviour Balzan Saying It As It Is. Biex tabbona llum jew għal iktar informazzjoni, Żur http://maltatoday.com. mt/en/epaper Roħs fil-prezzijiet tal-petrol u diesel sal-aħħar tas-sena Konrad Mizzi waqt il-konferenza tal-ahbarijiet dwar il-prezz tal-petrol u d-diesel IL-PREZZIJIET talpetrol u tad-diesel se jkunu qed jorħsu b' sitt ċenteżmi u b'żewġ ċenteżmi rispettivament u dan se jibqa' hekk sal-aħħar tassena. Dan ifisser li l-petrol se jkun bl-irħas prezz fl-aħħar 19-il xahar u d-diesel bl-irħas prezz fl-aħħar sena. F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi ħabbar kif l-Enemalta irnexxielha tasal għal ftehim ma' banek lokali u internazzjonali biex tiffissa l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel sal-aħħar tas-sena, bi prezz favorevoli. Qal kif kienet xewqa talGvern li jkun hawn stabbilità fil-prezzijiet. B'hekk mill-1 ta' Ottubru, il-prezz tal-petrol se jkun ta' €1.43 u d-diesel ta' €1.36. Il-Ministru Mizzi qal li dan mhux biss ser jissarraf fi prezz orħos għall-familji u n-negozji iżda fi stabbilità fil-prezzijiet u stabbilità għall-ekonomija. "B'hekk għal dawn it-tliet xhur li ġejjin l-Enemalta se tkun taf kemm se tkun qed tonfoq f 'dawn ix-xhur minn qabel. Dan huwa mod kif l-Enemalta qed tipprova tnaqqas l-ispejjez għall-familji u n-negozji," temm jgħid Mizzi.