Illum previous editions

illum 29 September 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

4 illum | Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 Diskrepanza sostanzjali filprezzijiet tal-LIDL IL-KUMPANIJA LIDL li ilha stabbilita f 'pajjiżna għal ħames snin hi magħrufa li toffri prodotti bi prezzijiet baxxi ħafna. Iżda f 'Lulju li għadda, madwar 200 prodott differenti nbiegħu bi prezz aktar għoli f 'Malta milli nbiegħu fl-istess stabbilimenti fl-Italja u Sqallija fost oħrajn. Kollox jindika li dan jiġri f 'kull xahar, bil-kumpannija tgħid li d-differenza filprezzijiet hi kkawżata minn bosta raġunijiet fosthom l-ispejjeż ta' trasport. Fost l-oħrajn, cordless telephone fl-Italja nbiegħ €19 u fl-aħħar jiem f 'Malta kien qed jinbiegħ €30. Skont informazzjoni li għandu dan il-ġurnal iddiskrepanza fil-prezzijiet tvarja minn 50 ċenteżmu għal aktar minn €30. Kien hemm mill-inqas erba' prodotti li nbiegħu €10 aktar, sitt prodotti bejn €5 u €3 aktar u seba' prodotti b'differenza ta' €2. Ftit inqas minn 90 prodott kienu €1 aktar minn swieq oħra internazzjonali. Għal xi raġuni l-kumpanija lanqas toffri customer care bit-telefon, b'kuntrast ma' pajjiżi oħra fejn il-kumpanija topera. Iżda f 'kummenti ma' din il-gazzetta l-kumpanija saħqet li hemm mezzi oħra kif il-konsumatur jista' jagħmel kuntatt. "Il-'customer care' hu importanti ħafna għalina u hemm diversi mezzi kif wieħed jagħmel kuntatt. Jista jibgħat email, jikkuntattjana permezz tas-sit elettroniku jew bil-paġna fuq facebook. Din tal-aħħar infetħet Malta għadha bla ambaxxatur Libjan JAMES J. PISCOPO speċifikament għal dan ilgħan." LIDL huma mferrxa ma' ftit inqas minn 30 pajjiż, fosthom ir-Renju Unit, l-Italja, il-Ġermanja, Spanja, l-Iskandinavja, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja u Franza. F'Malta l-kumpanija hi mferrxa f 'sitt lokalitajiet bil-parti l-kbira minnhom fin-naħa t'isfel. LIDL ieħor se jinfetaħ dalwaqt fix-Xewkija f 'Għawdex. L-INSTABBILTÀ politika li għadha tirrenja fil-Libja wassal biex Malta għadha mingħajr ambaxxatur Libjan għal aktar minn sena u nofs. Dan wara li l-aħħar ambaxxatur, Dr Saadun Suayeh, telaq minn Malta fi Frar 2012. Uffiċjalment hu kien irriżenja minħabba raġunijiet ta' saħħa. Wara r-rivoluzzjoni u l-waqgħa ta' Gaddafi, ilproblemi fil-Libja baqgħu jippersistu fosthom diversi riżenji regolari fil-gvern, problemi biex proġetti jitwettqu u strajks f 'postijiet ta' produzzjoni taż-żejt li staġna l-ekonomija Libjana. Fin-nuqqas ta' ambaxxatur, fil-preżent l-ambaxxata Libjana f 'Malta qed titmexxa minn Mohamed Elghirani fir-rwol ta' Charge d'Affaires. Dan ir-rwol jagħti l-istess poteri u privileġġji daqs L-eks-ambaxxatur Saadun Suayeh ambaxxatur. Madankollu f 'ċerti ċirkustanzi, pajjiż jista' jiddeċiedi li jneħħi ambaxxatur u minfloku jaħtar Charge d'Affaires bħala turija ta' diżappunt għal xi kwistjoni bejn iż-żewġ pajjiżi, iżda f 'din il-kwistjoni dan mhux il-każ, fil-kuntest tar-relazzjonijiet tajbin ferm li dejjem kien hemm bejn Malta u l-Libja. "Huwa veru li m'hawnx ambaxxatur Libjan wara li spiċċa Suajeh, però għandna charge d'affaires li jaħdem daqs ambaxxatur. Minkejja dan kollu, hu magħruf li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Libja f 'dawn l-aħħar xhur ħadu xejra li saħħet ħafna r-relazzjonijiet bejn dawn iż-żewġ pajjiżi," qal kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Hu jissokta jgħid li xhieda tar-relazzjonijiet eċċellenti huma ż-żjarat bilaterali talPrim Ministri u numru kbir ta' ministri miż-żewġ naħat. Waqt iż–żjara statali tal-PM Libjan f 'Malta fil-bidu ta' Settembru, iż-żewġ pajjiżi iffirmaw memorandum of understanding biex Malta tixtri b'rati preferenzjali ż-żejt mil-Libja. Dakinhar, il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva dan il-qbil bħala wieħed storiku, iżda għadu mhux ċert meta dan il-ftehim se jidħol fis-seħħ minħabba l-instabbiltà fil-Libja. Mistoqsijiet li ntbagħtu minn din il-gazzetta lillAmbaxxata Libjana f 'Malta diversi ġimgħat ilu baqgħu mhux imwieġba. Investigati żewġ każi biss ta' użura JAMES J. PISCOPO MILL-BIDU ta' din is-sena s'issa kienu rrappurtati biss żewġ każi ta' użura lillPulizija. Dan minkejja li fir-realtà hemm ħafna aktar każi ta' din ix-xorta. ILLUM tinsab infurmata li l-każi għadhom qed jiġu investigati u s'issa ma tressaq ħadd quddiem il-Qorti. Waqt li kienet qed tirrispondi għall-mistoqsijiet minn dan ilġurnal, il-Pulizija kkonfermat li "ġeneralment il-vittmi jiġu għand il-Pulizija meta s-sitwazzjoni ssir gravi ħafna." Esperti f 'dan il-qasam sostnew ma' din il-gazzetta li permezz ta' theddid konkret, fosthom li l-bieb tad-dar jingħata n-nar, l-użuraj ibeżżgħu lill-vittmi milli jmorru għand il-Pulizija. Raġuni oħra għalfejn innumru ta' kawżi fil-Qorti jkun inqas hu minħabba l-fatt li l-vittmi ma jaċċettawx li jitilgħu jixhdu, u konsegwenza ta' dan il-Pulizija ma jkollhiex biżżejjed provi biex ittella' akkużat il-Qorti. Waqt seminar li ttella flaħħar jiem, Fr Saviour Grima mill-Millennium Chapel qal li minn stħarriġ li sar millistess kappella ma' 300 familja jirriżulta li ftit inqas minn 50 minnhom għandhom il-problema tal-użura. Aktar inkwetanti hu l-fatt li d-dejn ta' dawn il-familji jvarja minn €500 għal nofs miljun ewro minħabba l-użura. Sadanittant, fl-aħħar ġimgħat dehru diversi avviżi fuq facebook u emails, miktuba b'Malti imkisser, li jħeġġu n-nies jibdew jissellfu l-flus mingħandhom. Iżda l-Pulizija mhix qed tieħu bis-serjetà dawn l-avviżi u temmen fl-intelliġenza tan-nies li ma jaqgħux għal nases ovvji bħal dawn. "Minn kif inhuma miktuba dawn l-emails, jidher li ntuza l-Google Translate jew xi servizz ieħor simili. Għaldaqstant aktar hemm suspett ta' każ ta' scam milli każ ta' użura. Il-Pulizija mhux qed tinvestiga dawn it-tip ta' emails għax m'għandha l-ebda tip ta' rapport f 'dan ir-rigward," sostna kelliem għall-Pulizija. F'waħda minn dawn l-emails jingħad kif dan is-servizz "huwa għal dawk li bżonn ta' self. Il-kumpanija tiegħi tagħti self b'rata ta' imgħax baxx ta' 3% u jisimni Chris Rayben. Jekk int interessat fil din l-offerta għandek timla formola self u jiksbu lilna biex pproċessati transazzjoni tiegħek." Avżajnikom li l-Malti kien imkisser!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 September 2013