Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/181767
Il-Ħadd 29 ta' Settembru 2013 | illum 5 L-aħħar ħarġa ta' In-Nazzjon stampata fl-Istamperija Tingħalaq parti mill-Istorja tal-PN JEROME CARUANA CILIA IL-KITBA hija arma, iżda mhux biss. Il-kitba hija mod mill-aqwa kif tikkomunika ma' ħaddieħor u twassal il-messaġġ tiegħek. Għaldaqstant huwa ovvju li partit politiku għandu jinvesti fi strutturi adegwati sabiex ikun kapaċi jgħaddi l-messaġġ politiku lillelettorat. Il-Ġimgħa l-oħra l-Istamperija Indipendenza – l-istamperija uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista – intużat għallaħħar darba. Bosta ħaddiema wrew id-dispjaċir tagħhom għall-fatt li wara snin ta' ħidma din l-istamperija kellha tingħalaq. Dan sar bħala parti mir-ristutturar fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u l-kumpaniji tiegħu minħabba l-problemi finanzjarji li għaddej minnhom il-partit. Il-moħħ wara dan il-bini Il-moħħ wara l-bini tal-Istamperija tal-Partit Nazzjonalista hu l-mibki l-Avukat Carmel Caruana li fil-karriera tiegħu fil-politika kien ukoll membru talKabinett ta' Gvern immexxi mill-Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier. Il-bini talistamperija f 'nofs is-snin 70 issokta jinbena biex il-kumpless kollu mbagħad sar jinkorpora fih id-Dar ċentrali tal-Partit kif ukoll l-Istamperija minfejn salġimgħa l-oħra kienu jiġu stampati l-ġurnal In-Nazzjon u l-gazzetta Il-Mument, L-Avukat Carmel Caruana flimkien ma' xi deputati oħrajn, mill-ewwel intebħu li l-post preżenti huwa ideali għax kien ċentrali u seta' jintlaħaq faċilment kemm mill-karrozzi tal-linja li jkunu deħlin jew ħerġin mill-Belt lejn it-tramuntana kif ukoll minn dawk li jkunu sejrin jew ġejjin min-nofsinhar. Ma kienx żmien faċli għall-PN. Fil-fatt, l- Caruana kien qal li l-Partit Nazzjonalista kellu problema ta' flus. Barra minn hekk, kien hemm problem fittmexxija u l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Il-bidu tal-Istamperija F'artiklu li kiteb George Maggi, impjegat ta' Media. Link Communications u li ħadem għal bosta snin malmedia tal-Partit Nazzjonalista, intqal li Carmelo Caruana kien ħerqan li jara jibda ħiereġ minn dan il-bini l-messaġġ Nazzjonalista. Għaldaqstant bdew jinġiebu l-makni u jkunu ssettjati fil-kantina biex ikunu lesti għax-xogħol. Tħejjew ukoll xi uffiċċini għall-edituri u kittieba oħrajn. Fil-bidu l-makkinarju Id-daħla l-antika tad-Dar Ċentrali kien magħmul minn tliet Intertypes, Ludlow, makna Duplex għall-istampar talġurnal, żewġ Heidelberg platen u Heidelberg cylinder, block making machine, giljottina u makkinarju ieħor li nsibu fi stamperija bħal folding machines, stitching machines u embossing. Eddie Fenech Adami editur tal-gazzetta Il-Poplu. L-ewwel maniġer talIstamperija Indipendenza, jew kif kienet magħrufa National Press, kien Duminku. Fi ftit żmien bdiet tkun stampata l-gazzetta Il-Poplu li dak iż-żmien kien editur tagħha Eddie Fenech Adami. Ilgazzetta kienet toħroġ kull nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ġimgħa. Aktar tard editur ta' din il-gazzetta kien nħatar Ugo Mifsud Bonnici. Biex jieħu ħsieb il-produzzjoni tagħha kien hemm Frank Spiteri li kien jiġbor ilmaterjal għaliha. Fost il-kontributuri għallgazzetta kien hemm Erin Serracino Inglott li bl-artikli tiegħu dwar l-ortografija talMalti qajjem kuxjenza dwar il-mod kif għandu jinkiteb ilMalti billi kien jagħti eżempji ta' kitba miktuba ħażin u kif kellha tinkiteb. In-Nazzjon Tagħna u l-Mument Kien fl-1 ta' Lulju tal-1970 meta ħareġ għall-ewwel darba l-ġurnal In-Nazzjon Tagħna. Sadattant il-Partit millIstamperija tiegħu beda jaħseb biex jippubblika gazzetta ta' nhar ta' Ħadd. Fil-fatt kien nhar il-Ħadd, 9 ta' Jannar tal-1972 li millIstamperija ħarġet għallewwel darba l-gazzetta Il-Mument. The Democrat - gazzetta ġdida bl-ingliż Mill-Istamperija tal-Partit fis-6 ta' Diċembru 1975 bdiet tkun pubblikata gazzetta oħra, din id-darba kull nhar ta' Ġimgħa u bl-Ingliż, The Democrat. Mis-snin 90 lil hawn Minn dak iż-żmien 'l hawn l-Istamperija u d-Dar Ċentrali tal-PN baqgħu jkunu modernizzati u aġġornati għall-bżonnijiet taż-żminijiet, aktar u aktar meta fil-bidu tas-snin 90 il-media talPartit Nazzjonalista kibret bit-tnedija ta' Radio 101 u eventwalment bl-istazzjon tat-televiżjoni Net TV li din is-sena għalaq 15-il sena mittwaqqif tiegħu. F'dan il-kwadru l-bini tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista beda jinħass li ċkien sew u l-ħidma talPartit ma setgħetx tibqa' ssir bl-aħjar mod possibbli minkejja li kien diġà sar żvilupp infrastrutturali biex akkomoda l-istazzjon Net TV. Għalhekk fil-bidu tassnin 90 Joe Saliba, li kien Segretarju Ġenerali, wara konsultazzjonijiet malogħla awtoritajiet talPartit, imbarka fuq proġett ambizzjuż għall-bini mill-ġdid tad-Dar Ċentrali –jitwaqqa' f 'żewġ fażijiet il-bini eżistenti u tinbena Dar Ċentrali ġdida . Il-proġett kien wieħed qawwi ħafna iżda l-Partit irnexxielu jwettaq b'suċċess dan ix-xogħol, anki jekk fin-nofs tiegħu l-Partit kellu jipprepara għal elezzjoni ġenerali u referendum dwar id-dħul ta' Malta flUnjoni Ewropea li rnexxielu jirbaħhom it-tnejn. L-Istamperija Indipendenza ikkontribwixxiet ħafna filġurnaliżmu Malti minkejja li l-mod ta' kif wieħed iwassal il-messaġġ tiegħu qiegħed dejjem jinbidel u qed issir ħafna iktar enfasi fuq l-online. Fil-fatt il-Partit Nazzjonalista għandu wkoll is-sit tiegħu online, il-maltarightnow.com.