Illum previous editions

illum 6 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 | illum 11 u l-Buzu jzekzek Ron li ħietu din il-libsa f '51 siegħa li kienu magħluqa fleks-Stamperija biex inġabru żewġ salarji tal-ħaddiema. Jingħad li fuq il-libsa hemm is-salib ta' Malta … issa f 'idejkom to spot the cross ... Min jirnexxilu jagħmel dan jingħatalu s-salib .… u s-salib tagħżlu int… Kemm hawn min hu bravu Smajtuha din! Jeffrey Curmi laħaq Deputat Kmandant. Skont itTimes din kienet it-tielet promotion f 'xahar. Iż-żoċċ kemm hu bravu dan, mhux bħali li fi 43 sena bqajt ma ħadtx promotion! Kemm vera jien beżżul biex ma dħaltx suldat ... Għoġbuni ħafna tliet kummenti li kitbu fuq it-Times: 1. What phenomenal progress. His tailor would be better advised to wait a little before sewing on any new insignas. At this rate he should soon receive a Field Marshal's baton. Congratulations. 2. He must be a bright person to have three promotions in three weeks. Pity the Times did not publish his records. Not political I mean. 3. Unbelievable. Some guys are really high fliers. The emblems they should wear on their uniforms should depict the symbol of a kangaroo. U jekk mhux tajbin dawn allura ngħidilkom Tatà Il-Pulizija tikxef pjan għal serqa 'spettakolari' IL-PULIZIJA lbieraħ irnexxielha tikxef pjan makakk li kien se jwassal għal serqa spettakolari minn bank tal-HSBC fisSwieqi. Pulizija tas-CID flimkien ma' dawk tar-Rapid Intervention Unit għamlu tfittxija ġo garaxx li jinsab fis-Swieqi fejn hemm instabet mina taħt l-art twila madwar 15-il-metru u li kienet tagħti fid-direzzjoni ta' wieħed mill-vaults tal-bank fi Triq Sant'Andrija s-Swieqi. Dan wara ġimgħat ta' investigazzjoni intensiva li bdiet minn informazzjoni li xi persuni kienu qed jippreparaw biex iwettqu serqa minn ġol-Bank imsemmi. Kif jidher fir-ritratti meħudin mill-Pulizija, ittħaffir tal-mina kien wieħed professjonali u pulit. Minn aktar stħarriġ li sar fuq il-post, ġie stabbilit li din il-mina li hi wiesgħa bejn metru u kwart u metru u nofs għolja, bdiet titħaffer minn ġo garaxx li jinsab f 'kumpless ta' garaxxijiet b'entraturi fi Triq il-Qatta', is-Swieqi. Il-mina baqgħet għaddejja minn taħt Triq it-Tiben u kien baqa' biss ftit metri ta' tħaffir biex din setgħet tinfed ġewwa wieħed mill-vaults ta' dan il-Bank. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha sabiex tistabilixxi l-identità tal-persuni responsabbli. Dwar din is-sejba, ġiet infurmata l-Maġistrat talGħassa Dr. Audrey Demicoli fejn min-naħa tagħha ordnat li ssir inkjesta maġisterjali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 October 2013