Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927
Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 | illum 13 eġġi parlamentari u hekk kellu jkun. Ir-regoli huma regoli u kulħadd irid joqgħod għalihom. Iżda l-mossa li għamel Simon hija waħda li tindika infantiliżmu politiku. Din ix-xorta ta' attitudni wriha anke waqt il-kampanja elettorali meta għal kull ħaġa ta' xejn kien jakkuża lill-Oppożizzjoni li kienet qiegħda "tikkopja" lillGvern. Qatt ma fehem li filpolitika hemm mumenti ta' konverġenza bejn partiti li mhux neċessarjament jaqblu f 'kollox. Simon kien jaf li l-iSpeaker ser jagħti ruling. Għalhekk jekk per prinċipju ma kienx jaqbel messu millewwel oppona li jingħata r-ruling. Li kieku r-ruling tal-ispeaker kien differenti x'kien jagħmel? Ċertament kien jgħid li l-Prim Ministru ħareg ta' mażetta u m'għandniex xi ngħidu kien kollu ħalqu mimli tħaffir għall-mod kif taħdem iddemokrazija. Fir-realtà r-ruling taliSpeaker ma sabux ħati ta' disprezz. Dak huwa ġudizzju riservat għall-Kumitat Permanenti dwar ilPrevileġġi Tal-Kamra. Imqar kellu s-sabar imur quddiem dan il-Kumitat. Fl-1992 Karmenu Mifsud Bonnici bis-sabar kollu stenna l-mument meta ngħata raġun skont ilproċeduri tal-Parlament. Simon ma jridx li regoli li kienu applikati kontra ħaddieħor ma jkunux applikabbli għalih. Simon għaġġel tant li ma setax jibqa' barra l-Parlament għax kien se jdaħħal lillpartit tiegħu f 'ħajt. Biex jiġbor ġieħu issa ħass li għandu jagħmel mozzjoni biex ikun revokat ir-ruling li jgħid li prima facie hemm disprezz. Kemm hu u kemm min issuġġerihulu jafu li dan ma jistax isir. Iżda jridu li jtawlu l-istorja inutilment sempliċement biex joħolqu kontroversja fejn kontroversja m'hemmx. Jekk din hija l-attititudni li se tieħu l-Oppożizzjoni f 'din il-legiżlatura allura għandna l-istorja bil-maqlub tal-Partit Laburista wara l-1987. Simon jidher li ser jimxi fuq id- diskors ta' Lawrence Gonzi fl-inawgurazzjoni tal-ftuħ tal-Parlament. Dakinhar Lawrence Gonzi għamilha ċara li l-Oppożizzjoni ma kenitx se tikkopera malGvern. Fir-realtà jiena ninsab sorpriż b'Simon Busuttil. Meta nħatar Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista kulħadd ħaseb li se jġib kultura politika ġdida millParlament Ewropew. Taqbel jew ma taqbilx miegħu Joseph Muscat ħoloq stil għal kollox differenti minn dawk kollha li ġew qablu bħalha mexxejja tal-Partit Laburista. Fil-każ ta' Simon dan ma ġarax. Pjuttost ikolli ngħid li l-possibbiltà li naraw xi tip ta' bidla aktar tidher fil-viċi fis li tista', u, meta jista' jkun, flimkien mal-imputat, ilprovi kollha li tkun ġabret fuq ir-reat." Sal-1990, il-Qorti talMaġistrati kienet magħrufa bħala l-Qorti tal-Pulizija Ġudizzjarja. U anke f 'bosta pajjiżi kontinentali wieħed għadu jirreferi għallPulizija Ġudizzjarja. U dan bi skop għaliex il-Pulizija hija meqjusa li trid topera taħt dik il-fergħa talġudikatura li xogħolha hu li tinvestiga r-reati li jkunu twettqu. Dan narawh b'mod spettakolari fl-Italja fejn il-maġistratura għandha poteri wiesgħa ħafna, tant li hemm min jakkużaha li hija stat fi stat, bit-tmexxija ta' investigazzjonijiet minn jeddha bl-għajnuna talPulizija Ġudizzjarja jew ta' xi korp ieħor bħall-Carabinieri jew il-Guardia di Finanza. Hawn Malta imma qegħdin fuq in-naħa l-oħra tal-ispectrum u l-poteri investigattivi tal-maġistratura huma ferm limitati. Ilmaġistrati ma jistgħux jibdew investigazzjonijiet minn jeddhom u ħlief filkażi ta' omiċidiju, mhuwiex awtomatiku li l-Pulizija jitolbu li ssir inkjesta. Sabiex issir inkjesta, ir-reat ipotezzat irid iġorr miegħu piena li taqbeż tliet snin ħabs u jrid ikun hemm denunzja, rapport jew kwerela. Din ġeneralment issir millPulizija stess għalkemm kwalunkwe ċittadin għandu d-dritt li jitlob li ssir inkjesta, f 'liema każ il-maġistrat inkwirenti jittella' bix-xorti. Meta titlesta l-inkjesta, il-maġistrat inkwirenti jiġbor il-konklużjonijiet tiegħu fi proċess verbali u jekk min hu ssuspettat li wettaq ir-reat ikun magħruf, jirrakkomanda li jittieħdu passi kontrih. Ħlief fil-każi biss ta' mewt sobtu jew vjolenti, il-Pulizija għandhom diskrezzjoni jekk jitolbux lill-maġistrat jiftaħx inkjesta jew le għalkemm f 'każijiet ta' serq jew ta' inċidenti ta' traffiku spiss issir inkjesta. U allura wieħed irid isaqsi għala l-Pulizija ma ħassewx il-ħtieġa li jitolbu l-ftuħ ta' inkjesta maġisterjali fil-każ ta' Dalli meta jsiru inkjesti fuq serq ta' ammont żgħir ta' flus, u sa ftit ilu, anke fuq il-ksur ta' ċomba ta' meter tad-dawl. Ovvjament, il-Pulizija jippreferu li jaħdmu mingħajr indħil ta' ħadd u speċjalment xi maġistrat. Imma nuqqas ieħor fissistema tagħna hu l-fatt li l-Pulizija spiss jieħdu pariri mingħand l-Avukat-Ġenerali kif għandhom jipproċedu fi proċeduri kriminali. Dan joħloq kunflitt istituzzjonali għaliex meta wieħed jitressaq il-qorti fir-rigward ta' reati li għandhom piena li taqbeż sitt xhur ħabs u jgħaddi kumpilazzjoni, wara li l-maġistrat jiddikjara li prima facie hemm biżżejjed provi sabiex l-imputat jitpoġġa taħt att ta' akkuża, huwa l-istess Avukat-Ġenerali li jiddefinixxi l-att ta' akkuża. L-Avukat-Ġenerali għandu ukoll il-poter li jwaqqaf il-proċeduri kriminali billi joħroġ ordni ta' nolle prosequi. Għaldaqstant, il-koinvolġiment tal-AvukatĠenerali qabel ma persuna titressaq il-qorti mhuma xejn konsiljabbli. Meta l-Kummissarju talPulizija attwali ddikjara li m'hemmx provi biżżejjed sabiex qorti b'ċertezza morali ssib lil Dalli ħati, fil-prattika eżerċita l-poteri tal-Avukat-Ġenerali u sa ċertu punt, anke tal-qorti stess li trid tillibera l-akkużat fin-nuqqas ta' provi ta' ħtija b'ċertezza morali. Jidher li l-Kummissarju ma tantx għandu idea ċara ta' x'inhuma r-responsabbilitajiet tiegħu fil-Liġi. Kieku l-Pulizija tressaq ilqorti dawk biss li fil-konfront tagħhom għandhom provi assoluti dwar il-ħtija tagħhom, kieku niddubita jkunx hemm għaxra fil-mija tal-kawżi preżenti. Imma mgħammda għandna sistema garantita li tissalvagwardja d-drittijiet tal-akkużat waqt li fl-istess ħin tipproteġi lis-soċjetà mit-tħarbit tal-attività kriminali. U għaldaqstant, il-punt tat-tluq hu li Dalli huwa innoċenti sakemm ma jinstabx b'ċertezza morali ("beyond reasonable doubt") li huwa ħati. Din is-sistema ta' ġustizzja penali għandha bosta atturi li jridu jaħdmu fil-qafas tagħha. Fuq naħa għandek iċ-ċittadin li huwa fid-dmir li jirrapporta każi ta' ksur tal-liġi lill-organu tal-istat responsabbli għat-tħaris talbon ordni, jiġifieri l-Pulizija. Id-dmirijiet tal-Pulizija huma stabbiliti bil-liġi: L-artiklu 346. (1) tal-Kodiċi Kriminali jgħid ċar u tond li "Huwa dmir tal-Pulizija li żżomm l-ordni u l-kwiet pubbliku, li ma tħallix isiru reati, li tikxef u tinvestiga r-reati li jsiru, li tiġbor ilprovi, sew kontra sew favur il-persuna suspettata li tkun għamlet dak ir-reat, u li ġġib il-ħatjin, kemm l-awturi kemm il-kompliċi, quddiem l-awtorità ġudizzjarja." Forsi l-verżjoni tal-liġi bl-Ingliż hija aktar preċiża u feliċi għaliex flok il-kelma "ħatjin" insibu l-kelma "offenders", dawk li kisru l-liġi. L-artiklu 356 (1) talKap. 12 mill-banda l-oħra jgħid: "Huwa dmir talPulizija Eżekuttiva li ġġib quddiem il-qorti mill-aktar kap tiegħu Mario de Marco. Simon ideluda lil ħafna nies. Anke lil dawk li għażluh. Ma ġab xejn miegħu li huwa ġdid mill-Parlament. Qiegħed iġib ruħu ta' politiku provinċjali li qisu qatt ma ħareġ minn Malta. Kulħadd ħaseb li bħala kap se jġib ruħu differenti minn meta kien viċi kap. Dan ma ġarax. Hija sfortuna għall-Partit Nazzjonalista u għaddemokrazija li Simon mhu xejn ħlief kontinwazzjoni u replika ta' dawk li ġew qablu. Jidher ċar li Simon Busuttill se jkun "more of the same". Provinċjali u santimonjuż. Mhux qiegħed jaqra l-kitba fuq il-ħajt. Għandu bżonn interpretu bħal Mosè li kellu lil Aronne. kif rajna kemm il-Qorti Istruttorja kif ukoll l-AvukatĠenerali jridu jikkonfermaw li l-imputat għandu każ x'jirrispondi abbażi talprovi li jiġu prodotti waqt il-kumpilazzjoni. Ġaladarba, il-Kummissarju Zammit stess ikkonferma li kien hemm nuqqas ta' qbil maluffiċjali investigattivi jekk għandhomx jiġu imputati reati jew le fil-konfront ta' Dalli, id-deċiżjoni ta' Zammit hija ferm anomala u ma tiftihemx fiċ-ċirkostanzi normali. Dan il-każ qed juri aktar minn qatt qabel id-dgħufija tas-sistema ta' ġustizzja penali ta' pajjiżna. Kien ikun aħjar kieku teżisti sistema federali Ewropea ta' ġustizzja penali għax kieku dan il-każ ma kienx jaqa' fil-kompetenza tal-qrati tagħna. Imma ġaladarba dan mhuwiex il-każ, issitwazzjoni li mmaterjalizzat wara d-deċiżjoni talKummissarju Zammit feriet is-sistema ta' ġustizzja penali li għandha tkun oġġettiva u ma tħares lejn wiċċ ħadd. Anke jekk kulħadd huwa preżunt innoċenti sakemm ma jinstabx ħati mill-qorti. ellisjoseph@gmail.com YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt