Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927
Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 | illum 15 Ritratt: Ray Attard armata dejjem qed tonqos" kurunelli, u dan vera. "Imma lill-Ministru ngħidlu li qed ngħixu f 'demokrazija mhux dittatorjat. L-affarijiet ma jsirux hekk. Il-brigadier induna li l-pożizzjoni tiegħu ma baqgħetx aktar tenibbli meta ra dan ilmanuvrar kollu," sostna Azzopardi. Hu jgħid ukoll li oriġinarjament qatt ma kien hemm bżonn ta' kurunelli ġodda, u biex joħolqu l-vojt, il-Ministeru tefa' lillkurunelli attwali jmexxu ċ-ċentri ta' detenzjoni. Jallega wkoll li Jeffrey Curmi, li nħatar deputat kmandant tal-armata jumejn ilu, kien ilu minn Ġunju jopera mill-Ministeru ta' Manuel Mallia. L-Intern taħt Gvernijiet Nazzjonalisti Azzopardi jsostni li t-tmexxija L-ambaxxati f'Malta diġà qed isaqsu x'qed jiġri b'dan l-indħil politiku fil-forzi tas-sigurtà, mhux sinjal tajjeb għar-reputazzjoni ta' Malta." tal-Ministeru tal-Intern kienet ħafna aħjar fl-aħħar leġiżlaturi taħt gvern Nazzjonalista minkejja li l-eks-Ministru Carm Mifsud Bonnici kien tilef vot ta' fiduċja filParlament. "Mifsud Bonnici kellu jħallas prezz qares għall-ilħna li issa lanqas għadhom jiftħu ħalqhom, li issa tilfu l-ħanxra taħt dan ilgvern ġdid. Għamlu li setgħu biex wieħed mill aktar ministri beżlin u b'integrità qatgħulu rasu. Gvern Nazzjonalista għadda bosta abbozzi ta' liġijiet u ħadem qatigħ fil-krizi ta' immigrazzjoni fost oħrajn. "Dwar l-immigrazzjoni,issa naraw kemm ġab għajnuniet mill-pajjiżi barranin wara l-laqgħat li kellu fi New York. Nittamaw li l-gvern ikollu suċċess konkret u mhux kliem fieragħ biss. Il-politika tiddependi fuq ir-riżultati li ġġib u mhux fuq kliem fieragħ li fihom jeċċella l-gvern ta' Muscat." Skont Azzopardi, waħda mirraġunijiet tat-telfa elettorali kienet li taħt Lawrence Gonzi l-gvernijiet Nazzjonalisti taw diversi promozzjonijiet lil persuni b'fehma Laburisti. "Konna niġu kkritikati għal dan, u minkejja li kburi li mxejna b'kompetenza, ikolli ngħid li ħallasna prezz politiku qares," temm jgħid l-eks-ministru.