Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927
16 illum | Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt 'Fadal x'isir fis-sistema edukattiva Maltija' WILLIAM PORTELLI PRESIDENT — CMTU VALLETTA NIRREFERI għall-artiklu bl-isem 'Fadal x'isir fis-sistema edukattiva Maltija' li ġie ppubblikat fil-gazzetta Illum tad-29 ta' Settembru miktub minn Jean Pierre Cassar u jitkellem dwar intervista li saret lil Kevin Bonello, President tal-Malta Union of Teachers (MUT). L-ewwel ħaġa li għandu jingħad huwa li l-MUT irriżenjat mis-CMTU (Confederation of Malta Trade Unions) fl-2008 u għalhekk ilkumment fieragħ tal-President fejn qed jallega li ma jsibx kooperazzjoni mis-CMTU hu infondat u inkorrett għall-aħħar u ma jirriflettix il-ħolma tiegħu li jara iktar għaqda fost l-unions lokali. Pjuttost jikkonferma b'liema mod Bonello jmexxi l-MUT. Is-CMTU dejjem imxiet b'mod għaqli u offriet l-għajnuna u l-kooperazzjoni sħiħa lil kull min kellu bżonnha anki lil dawk l-entitajiet li m'humiex missieħba malKonfedarazzjoni. Opinjonijiet infondati u skorretti fil-konfront talKonfederazzjoni li sa ftit snin ilu l-MUT kienu jagħmlu parti minnha ma jagħmlux ġid iżda jnaqqsu mill-kredibbiltà ta' min jagħmilhom u joħolqu nċertezzi u mhux għaqda fost il-membri fil-kamp trade unjonistiku lokali. L-għan ewlieni tas-CMTU hu li tikber l-għaqda u ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn it-trade unions u dan urietu diġà bil-provi meta ppreżenatat iddokument ta' azzjoni lill-GWU biex it-trade unions jirregolaw ir-relazzjonijiet bejniethom u jaħdmu bil-għaqal u b'mod strutturat għall-ġid tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom. Is-CMTU tikkonferma li Bonello qatt ma kien jifforma parti mid-delegazzjoni tal-FOR. UM waqt dawn it-taħditiet ta' bejn il-Konfederazzjonijiet u għalhekk ma nistgħu qatt naċċettaw dawn il-kummenti dispreġġjattivi kontra s-CMTU li wara kollox miexja 'l quddiem u qed tirristruttura l-organizzazzjoni tagħha. Bonello jrid joqgħod attent li ma jkomplix b'din l-attitudni negattiva fejn qiegħed biċ-ċar jipprova jaljena l-membri tal-MUT u l-pubbliku ġenerali mill-verità tal-fatti fuq ittmexxija passata u preżenti tal-MUT. Ringrazzjament mill-Isqof ta' Bengażi SYLVESTER MAGRO ISQOF TA' BENGĦAZI NIXTIEQ infisser ir-radd ta' ħajr tiegħi lill-Mission Fund u lil dawk kollha li jagħtu l-appoġġ tagħhom, għad-donazzjoni ġeneruża ta' €4,000 b'risq il-fqar tal-Knisja f'Bengażi. Bħalma diġà għamilna b'donazzjonijiet ta' qabel, dik ta' din id-darba se tmur biex ngħinu lil dawn l-imsejkna meta jkunu jeħtieġu trattament mediku, jew xiri ta' mediċina, donazzjonijiet ta' ikel kull gimgħa; għotjiet żgħar biex itaffu l-ispejjeż meta jmorru l-isptar; appoġġ fil-miżata tal-iskola lil dawk it-tfal minn familji numerużi jew iltima u bżonnijiet oħra ta' kuljum li l-fqar ikollhom iħabbtu wiċċhom magħhom. Il-Mission Fund hija għalhekk strumentali fil-għajnuna lejn ilfoqra tagħna li huma grati ħafna lejn il-benefatturi. Nappella għalhekk lill-qarrejja tal-gazzetta magħrufa tiegħek biex ikomplu jkunu generużi fl-għajnuna li jagħtu lill-fqar f 'Isem Sidna Gesù Kristu: "meta ngħinu lilhom, inkunu tassew ngħinu lilu". Tista' tibgħat bolli użati u offerti lill-Mission Fund. Iddonazzjonijiet jistgħu jsiru online jew bi transfer dirett lejn wieħed mill-kontijiet: HSBC (Acc. No 061 197 448 050; BOV (Acc. No 163 007 980 19); APS (Acc. No 200 008207 62); jew BANIF (Acc. No 000879 631 01). Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok żur is-sit www.missionfund.org.mt Ingram t, Valletta Republic Stree urts next to the Co