Illum previous editions

illum 6 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 Ħarsa lejn il-ksur ta' privileġġ Eks-Prim Ministri involuti JEROME CARUANA CILIA FL-AĦĦAR jiem issitwazzjoni tal-politika f 'pajjiżna kienet waħda movimentata ħafna wara li nhar it-Tlieta li għadda, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista telqet 'il barra mill-Parlament bi protesta għal ruling li ngħata mill-Ispeaker talKamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia dwar opinjoni politika li esprima l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fis-seduta tal-ġurnata ta' qabel wara stqarrija tal-Prim Ministru. Iżda din ma kenitx l-ewwel darba li Prim Ministru jitlob li jingħata ruling dwar xi diskors li ntqal mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Fl-1992, meta Lawrence Gonzi kien Speaker tal-Kamra tarRappreżentanti, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien ressaq każ kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni Karmenu Mifsud Bonnici għal diskors li allegatament intqal f 'konferenza stampa li saret l-Erbgħa, 7 ta' Ottubru ta' dik is-sena. Madanakollu f 'dan il-każ is-Sedja kienet iddikjarat li l-mozzjoni ta' privileġġ ma tistax titressaq. Każ ieħor ta' ksur ta' privileġġ kien ir-ruling li ta l-ispeaker Anton Tabone dwar il-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mid- Deputat Marie-Louise Coleiro Preca waqt is-seduta ta' nhar it-Tnejn, 13 ta' Ottubru 2003. Fir-Ruling kien deċiż li filwaqt li s-Sedja tirriafferma d-dritt li għandu kull Membru Parlamentari li bl-ebda mod ma jiġi mfixkel waqt il-qadi ta' dmirijietu. Iżda wara li semgħet il-każ kif preżentat minn MarieLouise Coleiro Preca, is-Sedja ddeċidiet li ċ-ċirkostanzi indikaw prima facie ksur ta' privileġġ. Però wieħed mill-aktar każi riċenti kien ir-ruling li ngħata mill-ispeaker Louis Galea. Dakinhar is-Sedja sabet li xi kliem li uża Austin Gatt u li għalih kien oġġezzjona Alfred Sant jikkostitwixxi prima facie ksur ta' privileġġ. Fil-fatt is-Sedja rreferiet il-kwistjoni għallkonsiderazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Privileġġi sabiex dan jisma' lill-Membri Parlamentari involuti, jeżamina dak li jidhirlu xieraq u jieħu dawk iddeċiżjonijiet u jagħmel dawk ir-rakkomandazzjonijiet kif provdut fl-Ordnijiet Permanenti u fl-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra. Fir-Ruling ta' nhar it-Tnejn li għadda s-Sedja kkwotat lill-iSpeaker Ġużè Flores fis-seduta tat-3 ta' Ġunju, 1955 fejn fuq referenza dwar responsabbiltà ta' min ikun Fl-1992, meta Lawrence Gonzi kien Speaker, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami kien ressaq każ kontra l-Kap talOppożizzjoni Karmenu Mifsud Bonnici qed jagħmel allegazzjoni, aktar u aktar dwar akkuża diretta, l-iSpeaker Flores kien iddeċieda hekk: "Dak li jkun irid jassumi r-responsabbiltà tal-allegazzjoni, jiġifieri jrid ikun lest biex jikkollaboraha, biex jassumiha." Fil-konsiderazzjoni tagħha biex tasal għal deċiżjoni dwar il-każ, is-Sedja bdiet billi l-ewwel ikkunsidrat dak li dejjem sostniet, jiġifieri li l-libertà tal-espressjoni hija fundamentali għaddemokrazija tagħna u allura trid tkun kawta ħafna qabel tiddeċiedi li kumment ikun jikkostitwixxi prima facie ksur ta' privileġġ. Is-Sedja ħadet inkonsiderazzjoni wkoll il-fatt li bil-liġi mhijiex kompetenti la li tagħmel xi investigazzjoni preliminari u wisq anqas li tidħol fil- merti tal-fatti li ssemmew u li tiġġudika dwarhom. Kif ġie deċiż diversi drabi mis-Sedja diversament preseduta, is-Sedja m'għandha l-ebda poter la li tinvestiga l-fatti tal-każ imressaq u wisq anqas li tesprimi ruħha fuq il-ħtija jew in-nuqqas ta' ħtija talindividwu li kontra tiegħu jkun tressaq il-każ ta' ksur ta' privileġġ. Dawn huma poteri u drittijiet li l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna, l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra u l-Ordnijiet Permanenti, jagħtu esklussivament lill-Kamra u mhux lill-iSpeaker. L-espressjoni "prima facie" tfisser li l-ilment li jkun sar ikun jallega ksur ta' xi regola stabbilità bl-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra jew fl-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra tad-Deputati u ma għandha f 'ebda każ tkun tfisser jew timplika xi stqarrija ta' ħtija jew ta' innoċenza. Dawn huma l-fatti ta' kif intalab ir-Ruling. Fis-seduta tat-Tnejn 30 ta' Settembru l-Prim Ministru Joseph Muscat qajjem point of order fejn talab lill-Kap talOppożizzjoni jissostanzja jew jirtira l-kliem: "li jien indħalt lill-Kummissarju tal-Pulizija". Dan il-punt tqajjem b'reazzjoni għar-rimarki talKap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għall-istqarrija Ministerjali li kien għadu kif ta l-istess Prim Ministru. Id-diskors li kien qed joġġezzjona għalih ilPrim Ministru huwa dan li ġej: "Qalulekx, Sur Prim Minsitru, dawn il-mexxejja li ħadd minnhom ma qallek li Malta hija l-agħar fl-Ewropa, li f 'pajjiżhom jindaħlu politikament malKummissarju tal-Pulizija sabiex ma jiħux azzjoni kontra nies wara ndħil politiku kif għamiltu intom bil-Kummissarju tal-Pulizija fuq il-każ ta' John Dalli." B'risposta għall-punt imqajjem mill-Prim Ministru il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla jgħid: "Sur President, issostanzjajtha diversi drabi fit-taħditiet tiegħi, nista' nkompli imma mhuwiex is-suġġett tal-lum. Nista' nkompli ngħidhielu imma lbieraħ, kieku qagħad attent dwar dak li għedt jien, u kieku qagħad attent dwar dak li qal l-eks-Kummissarju John Rizzo fil-Qorti taħt ġurament, il-Prim Ministru bħali kien jasal għallunika konklużjoni loġika li għandna Kummissarju tal-Pulizija li l-lealtà tiegħu mhijiex lejn il-pajjiż imma lejn il-Prim Ministru li ħatru." Il-Prim Ministru hawnhekk saħaq li "il-Kap

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 October 2013