Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927
Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 | illum 3 f'talbiet għal ruling tal-Oppożizzjoni għamel allegazzjoni ċara u gravi ħafna li jien ndħalt lillKummissarju tal-Pulizija. Nitolbu jissostanzjaha issa jew jirtiraha." Meta s-Sedja staqsiet lill-Kap talOppożizzjoni jekk kienx se jissostanzja l-allegazzjoni li kien għamel jew kienx se jirranġa l-kumment tiegħu, huwa wieġeb: "Le, ma nirranġa xejn għax naf x'qed ngħid u rrepetejtu darba, tnejn. Għandna Kummissarju tal-Pulizija li waqqaf għar-raġunijiet politiċi minħabba l-lealtà politika li għandu lejn min ħatru, u ħatru l-Ministru għall-Intern, u ħatru l-Prim Ministru." Is-Sedja hawnhekk ġibdet l-attenzjoni tal-Kap talOppożizzjoni li b'dan iddiskors ma kienx qed jgħid li l-Prim Ministru interfera mal-Kummissarju tal-Pulizija u staqsa lil Simon Busuttil biex jikkonferma dan u ċoè: "Jiġifieri m'intix qed tgħid lill-Prim Ministru interfera mal-Kummissarju." Għal dan il-Kap talOppożizzjoni wieġeb hekk: "Sur President, jien għedt il-kliem li għedt. Għedt li kien hemm indħil politiku f 'dan il-każ u nerfa' r-responsabbiltà politika għaliha." Fir-Ruling is-Sedja qalet li fin-nuqqas li jikkollabora l-akkuża, fi kliem ieħor jissostanzja dak li qed jallega, il-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed allura jassumiha u jagħmilha tiegħu, u għalhekk bilfors irid jerfa' r-respsonsabbiltà bħalma effettivament għamel. Il-Prim Ministru hawnhekk irrimarka lis-Sedja: "Sur President, jien segwejt dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni barra din il-Kamra. Dak li qal illum huwa – u l-Kap tal-Oppożizzjoni jaf sewwa – differenti ħafna minn dak li qal barra din il-Kamra. Qed jgħid li min-naħa jew tiegħi jew ta' xi ħaddieħor min-naħa tal-Gvern, minnaħa tal-eżekuttiv, intervjena mal-Kummissarju fuq deċiżjoni li għandu jieħu dwar investigazzjoni. Jien m'għandi l-ebda intenzjoni li ntellef il-flow tal-Kap talOppożizzjoni imma nitlob li jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jirtirax dak li għadu kemm qal, jissostanzja anke f 'ħin ieħor imma mbagħad inti, f 'seduta oħra, tagħti ruling." Għall-mistoqsija tas-Sedja dwar jekk hux qed jitressaq każ ta' ksur ta' privileġġ ilPrim Ministru wieġeb: "Sur President, naħseb li tista' teħodha minn diversi lati. Jien naraha li huwa ksur ta' privileġġ anke għax jien qrajt it-testimonjanza li ta s-Sur Rizzo. Illum, implika bl-iktar mod ċar, li jien jew xi ħadd imqabbad minni, qabbad lillKummissarju biex jagħmel xi ħaġa u mhux oħra fil-qadi ta' dmirijietu. Għalhekk, nerġa' ngħid, mingħajr ma ntellef dan id-dibattitu, nitolbok biex f 'seduta oħra, meta tħoss li huwa xieraq, tagħti ruling." Intant, wara li ngħata r-ruling, il-Viċi Kap tal-PN għall-ħidma Parlamentari Mario de Marco tkellem dwar l-importanza li ssir distinzjoni bejn ksur ta' privileġġ fejn wieħed jgħid kliem offensiv kontra membru ieħor u kliem li fih membru tal-Kamra jesprimi opinjoni politika. De Marco qal li hi ħasra li ntuża l-mezz ta' ksur ta' privileġġ biex iżomm lil xi membru milli jesprimi opinjoni politika. L-Erbgħa 2 ta' Ottubru, l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni biex jiġi rivedut dan ir-Ruling tal-Ispeaker dwar il-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem millPrim Ministru Muscat u li jsir rapport fuqu mill-Kamra u li dak ir-rapport jitniżżel fil-minuti tal-proċeduri talKamra. jccilia@mediatoday.com.mt Muscat lil Farrugia dwar Busuttil: "Sur President, naħseb li tista' teħodha minn diversi lati. Jien naraha li huwa ksur ta' privileġġ anke għax jien qrajt it-testimonjanza li ta s-Sur Rizzo. Illum, implika bl-iktar mod ċar, li jien jew xi ħadd imqabbad minni, qabbad lill-Kummissarju biex jagħmel xi ħaġa u mhux oħra fil-qadi ta' dmirijietu. Għalhekk, nerġa' ngħid, mingħajr ma ntellef dan id-dibattitu, nitolbok biex f'seduta oħra, meta tħoss li huwa xieraq, tagħti ruling." 'Aktar importanza għal dawk neqsin mis-smigħ' – Coleiro Preca TIM ATTARD MONTALTO IL-MINISTRU tal-Familja u Solidarjetà Soċjali, Marie Louise Coleiro Preca qalet li sar iż-żmien biex jittieħdu passi sabiex ilmembri ta' din l-istess komunità jkunu jistgħu jħossuhom iktar integrati fis-soċjetà. "Irridu nagħtu l-attenzjoni u l-importanza li ħaqqhom lil dawn in-nies. Aħna lesti naħdmu id f'id ma' din il-komunità biex nassiguraw li s-soċjetà tagħna tkun aċċessibli għal kulħadd, mhux l-inqas għal dawn in-nies," qalet Coleiro Preca waqt konferenza organizzata mill-Assoċjazzjoni ta' Nies Neqsin mis-Smiegħ ilbieraħ filgħodu. Għalkemm il-Kap talOppożizzjoni Simon Busutill ma setax jattendi l-konferenza bagħat messaġġ permezz ta' video fejn qal li kemm hu u l-Partit Nazzjonalista minn dejjem ammiraw "il-kuraġġ u l-ambizzjoni" tan-nies neqsin mis-smigħ. Qal ukoll li l-partit tiegħu se jkompli juri l-appoġġ lejn il-komunità. L-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola, qalet li hija ħasra li f'Malta hemm biss tliet interpreti impjegati fuq bażi 'full time'. "Fl-opinjoni tiegħi, għandna ta' l-inqas naraw kif dan in-numru nirduppjawh." Bl-għajnuna ta' interpretu, ilPresident tal-Assoċjazzjoni għal Nies Neqsin mis-Smiegħ Steven Mulvaney spjega li għalkemm matul is-snin saru ħafna passi pożittivi biex il-pubbliku jkun iktar konxju tad-diffikultajiet li t-torox jgħaddu minnhom, qal li għad hemm ħafna xogħol x'tagħmel f'dan ir-rigward. "Ħafna nies, pereżempju, ma jindunawx li peress li nitkellmu bil-lingwa tas-sinjali jkollna bżonn aktar spazju biex nesprimu ruħna," temm jgħid Mulvaney. Għada fuq Reporter Saviour Balzan ser jintervista lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Every Monday at 18:55 on 22:15 on