Illum previous editions

illum 6 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Deċiżjoni tajba li ħ 4 illum | Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 Din il-ġimgħa smajna b'opinjonijiet u interpretazzjonijiet varji dwar dak li ġara nhar it-Tnejn, meta l-Oppożizzjoni mmexxija mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil telqet 'il barra mill-Parlament. Il-gazzetta ILLUM staqsiet numru ta' personalitajiet x'jaħsbu dwar din il-kwistjoni. Min ikkritika d-deċiżjoni li ħa l-PN u min qabel magħha. LEWWEL MISTOQSIJA KIENET: "Taqbel mad-deċiżjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li ħareġ mill-Parlament wara r-Ruling tal-Ispeaker u għaliex?" ITTIENI MISTOQSIJA: "Taħseb li d-deċiżjoni tal-Ispeaker qed ipoġġi "sarima" ma' ħalq l-oppożizzjoni?" Alex Muscat – Kunsiller PL 1. Kienet possibilment l-agħar deċizjoni li seta' jieħu Simon Busuttil. Irridu nifhmu li Ruling li jagħti l-Ispeaker huwa parti mas-sistema demokratika tagħna fil-Parlament. Dan ir-Ruling ingħata wara allegazzjonijiet li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni iżda li naqas li jissostanzjahom. Għaldaqstant il-Prim Ministru ħass li fuq dan it-tip ta' diskors infondat, l-Ispeaker għandu jagħti Ruling. Wara li eżamina l-fatti l-Ispeaker ta r-Ruling tiegħu fejn sab lil Simon Busuttil ħati ta' ksur ta' privileġġ, u rrefera l-każ lill-Kumitat Parlamentari għal privileġġi. Il-Kap talOppożizzjoni għandu kull dritt ma jaqbilx mar-Ruling, però hemm sistemi demokratiċi li wieħed jista' juża biex jisfida din id-deċiżjoni. Però Simon Busuttil fis-saħna tal-mument ħalla r-rabja tal-mument tiġri bih, u bħal min ikun qed jistħi għax inqabad jagħmel xi ħaġa ħażina, ddeċieda li jitlaq 'il barra mill-kamra. Fiċċirkostanza partikolari l-Kap ta' l-Oppożizzjoni ħa deċiżjoni Alex Muscat – Kunsiller PL "Possibilment l-agħar deċizjoni li seta' jieħu Simon Busuttil" żbaljata. 2. Ma naħsibx li r-Ruling tal-Ispeaker qed jipprova jagħlaq ħalq l-Oppożizzjoni. Anzi huwa kellu d-dmir li jieħu deċiżjoni wara li ntalab jagħti Ruling. Naqblu li filkamra tar-rappreżentanti kull membru parlamentari, inkluz il-Kap ta' l-Oppożizzjoni, jista' jagħmel l-argumenti kollha li jrid b'mod ħieles, sakemm ma jiksirx privileġġ ta' membru ieħor. Il-Prim Ministru, talab li l-allegazzjoni serja ta' indħil politiku mal-Kummissarju tal- Jean Pierre Debono – Assistant Segretarju Ġenerali PN - "Hija l-azzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat li tinstiga ksur ta' privileġġ mill-Ispeaker" Pulizija tiġi ssostanzjata, però Simon Busuttil dan m'għamlux. L-ebda membru ma jista' jagħmel allegazzjonijiet bħal dawn mingħajr bażi. Anzi ikun ħażin jekk nippermettu li dan isir. Il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid jifhem li hu ġie ċċensurat mill-Ispeaker peress li fi kliem sempliċi, huwa gideb filParlament. Jean Pierre Debono – Assistant Segretarju Ġenerali PN 1. Iva naqbel għaliex ma jistax Invitation to TENDER MITA NOTIFIES THAT OFFERS WILL BE RECEIVED FOR: - Provision of F5 Technical Support Services – T083/13 Issued on: 27 September 2013 / Closing on: 25 October2013 Economic operators interested in participating in this call for tenders are to note that a workshop is being organised by MITA on 11th October 2013 at 10.00am (CET) at Gattard House, National Road, Blata l-Bajda. During this workshop, economic operators will have the opportunity to familiarise themselves with compiling and submitting a tender online. More information is available in the tender document. - Provision of Endpoint Protection Solution – T068/13 Issued on: 30 September 2013 / Closing on: 11 November2013 Economic operators interested in participating in this call for tenders are to note that a workshop is being organised by MITA on 10th October 2013 at 10.00am (CET) at Gattard House, National Road, Blata l-Bajda. During this workshop, economic operators will have the opportunity to familiarise themselves with compiling and submitting a tender online. More information is available in the tender document. The above tenders are obtainable from the Electronic Public Procurement System (www.etenders.gov.mt) For further information, contact the Contracts Management Department 2123 4710 www.mita.gov.mt Kevin Plumpton – Kandidat għallElezzjoni tal-Parlament Ewropew f'isem il-PN – "Id-demokrazija tiġi qabel il-promozzjonijiet fl-Armata..." ikun li dikjarazzjonijiet li jsiru barra mill-Parlament aktar minn darba mbagħad ikunu ċċensurati fil-Parlament u meta jkunu saru barra ma jintqal xejn. 2. Hija l-azzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat li tinstiga ksur ta' privileġġ mill-Ispeaker li jpoġġi sarima ma' ħalq l-Oppożizzjoni. Jekk il-Prim Ministru ħass li l-kummenti tal-Kap talOppożizzjoni qabżu l-limitu kellu jieħu l-azzjoni meta saru barra mill-Parlament mhux jipprova jagħmel sarima ma' ħalq l-Oppożizzjoni meta jkunu qed isiru kummenti leġittimi dwar konklużjonijiet politiċi u loġiċi ċari dwar indħil politiku fil-każ tal-Eks-Kummissarju John Dalli kif indika l-eksKummissarju tal-Pulizija, John Rizzo fix-xhieda tiegħu fil-qorti l-ġimgħa li għaddiet. Kevin Plumpton – Kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew f'isem il-PN 1. Iva naqbel, għaliex iddemokrazija titlob li l-Kap tal-Oppożizzjoni jkollu l-libertà assoluta tal-espressjoni, filParlament u lil hinn. Mhux talli dan il-fatt huwa protett bil-liġi iżda saħansitra jiġi promoss mill-privileġġ Parlamentari. Però nifhem ukoll li frott l-eċitament li qed iħoss il-Prim Ministru eżatt malli wasal minn tlett ijiem jikkollezzjona r-ritratti għall-album tal-Kapijiet tad-dinja, is-sens ta' poter ġera bih, tant li niskanta li rnexxielu jinduna li l-Oppożizzjoni ħarġet mill-Kamra tad-Deputati. Nhar it-Tlieta, Simon Busuttil wera kif hu u l-Oppożizzjoni, Veronique Dalli – Avukata - "Ix-xenarju kien ikun differenti li kieku l-oppożizzjoni ssostanzjat l-allegazzjoni tagħha." bl-iktar mod matur, qegħdin filParlament biex jitkellmu, jieħdu pożizzjonijiet u jiddiskutu d-deċiżjonijiet li jkun qed jieħu l-Gvern. 2. Il-Prim Ministru qed jippretendi li l-Oppożizzjoni tagħlaq ħalqha u ma tagħmel l-ebda konklużjoni politika. Il-pariri jixtieq jeħodhom biss mingħand Manuel Mallia li kien talab għall-arrest tas-Segretarju Ġenerali tal-PN minħabba artiklu li nkiteb minn ġurnalist, u li llum jiftaħar li bhala Ministru jista' jagħmel li jrid. Id-demokrazija tiġi qabel il-promozzjonijiet fl-Armata, qabel ix-xogħlijiet tan-nisa tal-Ministri, qabel id-deċiżjoni li Ministru jċempel biex jiġi għalih il-Gozo Channel iżda Joseph Muscat jidher li għandu prijoritajiet differenti. Veronique Dalli – Avukata 1. L-isfond illi fih ingħata ir-ruling tal-ispeaker kwantu l-ksur ta' privileġġ illi qajjem il-Prim Ministru kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni, u qed nikkwota verbatim mir-ruling tal-iSpeaker, kien is-segwenti "li jien indħalt lill-Kummissarju tal-Pulizija." Dan il-punt tqajjem b'reazzjoni għar-rimarki tal-Kap talOppożizzjoni, l-Onor. Simon Busuttil, għall-istqarrija Ministerjali li kien għadu kif ta l-istess Prim Ministru. Id-diskors li kien qed joġġezzjona għalih il-Prim Ministru, huwa dan li ġej: "Qalulekx, Sur Prim Ministru, dawn il-mexxejja li ħadd minnhom ma qallek li Malta hija l-agħar fl-Ewropa,

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 October 2013