Illum previous editions

illum 6 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

6 illum | Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 L-isponsor tal-festival m'għandux rabta mal-kantanta "L-ISPONSOR ser iħallas l-ispejjeż kollha. M'hemm l-ebda relazzjoni bejn l-isponsor u l-kantanta." Hekk wieġeb il-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard għal mistoqsijiet li għamlet il-gazzetta ILLUM wara li l-kantanta Gaia Cauchi ntgħażlet biex tirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest. Attard qal li l-PBS ma baqgħetx torganizza l-Festival tal-Junior Eurovision Song Contest minħabba raġunijet finanzjarji. Ftit ġimgħat ilu l-PBS ġiet avviċinata minn sponsor u ddeċidiet li tieħu sehem fil-Junior Eurovision Song Contest. Ma kienx hemm żmien biżżejjed biex jiġi organizzat festival għax biex jiġi organizzat festival hemm bżonn ta' madwar sitt xhur. Attard qal li l-kantanta ntgħażlet għaliex rebħet l-International Achievement Award fil-Malta Music Awards 2013. Apparti minn hekk il-kantanta ġiet fl-ewwel post fil-festival Sanremo Junior. Il-kanzunetta hija miktuba mit-tifla stess, kompla l-Kap Eżekuttiv talPBS. F'kummenti mal-gazzetta ILLUM Attard qal li ma jaħsibx li dan l-aġir jista' joħloq preċedent għax ittifla ntgħażlet fuq il-merti partikolari f 'cirkostanzi fejn ma kienx hemm biżżejjed żmien biex jiġi organizzat festival lokali. L-ispiża biex jiġi organizzat dan il-festival f 'Malta hija ta' madwar €30,000. L-aħħar darba li Malta li ħadet sehem f 'dan il- festival kien fl-2010. Minn dak iż-żmien lil hawn Malta ma reġgħetx ħadet sehem minħabba raġunijiet finanzjarji, sostna Attard. Gaia Cauchi hija kantanta promettenti ħafna. Hi kienet ir-rebbieħa ta' Sanremo Junior fejn kellha l-opportunità li tkanta fit-Teatru Ariston. F'dan it-Teatru titella' l-edizzjoni ta' Sanremo tal-kbar. Hemmhekk kienet akkumpanjata mill-Maestro Paul Abela li wkoll kien ilkompożitur ta' tliet kanzunetti li rrappreżentaw lil Malta filEurovision Song Contest. Minbarra li rebħet bosta kompetizzjonijiet internazzjonali, Gaia Cauchi kienet ħadet sehem ukoll fil-programm Ti Lascia Una Canzone fuq l-istazzjon RAI. F'dan il-programm kantat ma' Attard qal li l-PBS ma baqgħetx torganizza l-Festival tal-Junior Eurovision Alessandra Amoroso. Song Contest minħabba raġunijet finanzjarji Għaxar kameras juru t-traffiku live JAMES J. PISCOPO IL-BIDU ta' sena skolastika ġdida flimkien ma' għadd ta' proġetti kbar li għaddejjin bħalissa fit-toroq, wassal għal traffiku kbir fl-aħħar jiem f 'diversi żoni ta' Malta. Iżda mhux kulħadd jaf li qabel wieħed jibda jsuq, jista' jidħol f 'sit elettroniku u jara l-andament tat-traffiku ta' madwar għaxar postijiet differenti, grazzi għallkameras live. Il-kameras tqiegħdu bilpermessi kollha meħtieġa u tħallsu minn but ħames voluntiera li jieħdu ħsieb ilpaġna ta' Facebook 'Maltese Laqgħat ta' Informazzjoni fuq Effiċjenza fl-Enerġija fis-Settur Domestiku L-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi se żżomm 2 laqgħat ta' informazzjoni fuq is-suġġett ghal publiku in ġenerali. Il-laqgħat ser isiru bil-Malti kif indikat hawn taħt: Effiċjenza fl-Enerġija fil-Bini It-Tnejn 7 ta' Ottubru: Victoria Hotel, Sliema mill-5.00pm sa 7.45 pm. Sorsi ta' Enerġija Rinovabli fid-Djar L-Erbgħa 30 ta' Ottubru: Victoria Hotel, Sliema mill-5.00pm sa 7.45pm. Min hu interessat li jattendi dawn il-laqgħat li se jsiru bla ħlas, huwa mitlub li jirriserva post billi jċempel fuq 22955121 jew jibgħat e-mail fuq events@mra.org.mt. Roads Traffic Updates' u s-sit Maltesetraffic.com. Il-kameras juru t-traffiku tal-Mosta (Vjal l-Indipendenza u qrib ir-Rotunda), il-bypass tal-Imrieħel, tliet kameras fl-Imsida, Ħal Qormi fiddirezzjoni ta' Ħal Luqa, u Vjal Pawlu Boffa f 'Raħal Ġdid. Kien Malcolm li ġietu l-idea wara li darba nqabad għal aktar minn tlett kwarti fit-traffiku minħabba ħabta żgħira. "Kont vera maħruq li minħabba naqra ta' bumperto-bumper għamilt 45 minuta fit-traffiku għalxejn. Dak il-ħin kont qed insuq waħdi u għidt, 'kieku kont naf li hawn dan it-traffiku kont nieħu rotta oħra.' Hemm rajt il-potenzjal, u kien għaddieli l-ħsieb li fejn kulħadd juża facebook għaċ-ċuċati, jien nista' nużah aħjar. Bdejt bejn erbat iħbieb. Ħbieb bdew idaħħlu l-ħbieb u llum l-paġna kibret għal kważi 20 elf ruħ." L-amministraturi tas-sit isostnu li l-aktar traffiku jinġema' fil-postijiet magħrufa, fosthom il-mini ta' Santa Venera, Triq Aldo Moro fil-Marsa, it-triq talBarrani u l-Fgura fost oħrajn. Din il-ħidma volontarja tidher li hi apprezzata wkoll kemm minn Transport Malta kif ukoll mill-Pulizija, li infatti talbu li jiltaqgħu 'Il-Mini ta' Santa Venera fost l-aktar postijiet li jinġema' traffiku' magħhom. Transport Malta tgħaddilhom avviżi għall-pubbliku u l-Pulizija tinfurmahom b'konġestjonijiet ta' traffiku, ħabtiet jew toroq magħluqa direttament mill-kamra talkontroll tagħhom. Malcolm jiddeskrivi s-sit tiegħu bħala "għodda importanti biex teħles minn konġestjoni li tiffrustrak jew taħlilek ħin prezzjuż blammont ta' traffiku li jkun hawn." Attwalment, il-paġna ta' Facebook għandha mal-20 elf segwaċi filwaqt li fuq is-sit elettroniku jidħlu mal-500 persuna kuljum, li jiżdied għal 4,000 kuljum fl-istaġun tax-xitwa. Mitlub minn din ilgazzetta biex jelenka x'kienu r-raġunijiet wara dan issuċċess, Malcolm isemmi l-parteċipazzjoni tal-pubbliku li jinfurmaw mal-ewwel dwar xi konġestjoni tat-traffiku. "Kruċjali li l-informazzjoni tkun utli, korretta u kemm jista' jkun fil-pront, għax inutli tavża n-nies siegħa wara. Nemmnu li vera konna ta' suċċess għax saħansitra nirċievu kummenti jgħidulna li l-unika raġuni li żammew Facebook hi minħabba l-paġna tagħna, jew li Transport Malta missha tħallasna tax-xogħol siewi li qed nagħmlu." Sa nofs din is-sena, f 'Malta u Għawdex kien hawn ftit inqas minn 320 elf karozza reġistrata fit-toroq. Tmienja minn kull għaxar vetturi li hawn fittoroq huma karozzi talpassiġġieri. 5% tal-vetturi reġistrati huma muturi, filwaqt li l-karozzi tal-linja u l-minibuses jammontaw għal anqas minn 1%. Il-bqija (madwar 15%) huma vetturi kummerċjali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 October 2013