Illum previous editions

illum 6 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 | illum 7 Żieda fin-numru ta' studenti Musulmani f'Malta JAMES J. PISCOPO AKTAR minn 350 tifel u tifla bdew din is-sena skolastika fl-iskola Mariam al-Batool, l-unika skola Musulmana hawn Malta li taqa' taħt id-direttorat taledukazzjoni. Dan in-numru kompla jikber fl-aħħar snin hekk kif il-komunità Musulmana f 'Malta kompliet tikber ukoll. "Bħalma għamilna flimgħoddi din is-sena wkoll kellna nżidu xi klassijiet minħabba li n-numru ta' tfal li qed jattendu f 'din l-iskola qed jikber. L-ispazju fiżiku ċkien ħafna u l-binja preżenti saret żgħira biex tissodisfa l-bżonnijiet tagħna," qal Kenneth Busuttil, il-viċi kap taliskola. Kien f 'dan il-kuntest li l-iskola u l-komunità Musulmana f 'Malta applikat għall-estensjoni mal-binja preżenti, applikazzjoni li kienet aċċettata f 'Lulju li għadda. F'kummenti li ta lil din ilgazzetta, Busuttil spjega kif iż-żieda fil-popolazzjoni taliskola ġejja mill-avvenimenti li qed jiġru fl-Afrika ta' Fuq u ż-żieda fil-Musulmani hawn Malta. "Il-maġġoranza tat-tfal li jattendu l-iskola Mariam Al Batool huma tfal Maltin Musulmani għax proprju twieldu hawn Malta, f 'familji fejn il-missier huwa barrani L-iskola Mariam al-Batool qrib il-Moskea ta' Raħal Ġdid (ħafna drabi jkun ġej minn pajjiż Għarbi) u l-omm hija Maltija. Illum għandna wkoll missirijiet Maltin li jipprattikaw ir-reliġjon Islamika u li qed jagħżlu li jibagħtu lit-tfal tagħhom f 'din l-iskola." Minbarra dawn ilfamilji mbagħad hemm sitwazzjonijiet fejn iż-żewġ ġenituri huma barranin u Musulmani u għalhekk jagħżlu li jibagħtu lit-tfal tagħhom ġo din l-unika skola privata MaltijaIslamika. L-istudenti barranin ġejjin minn diversi pajjiżi, iżda l-maġġoranza huma ta' nazzjonalità Libjana u Sirjana. Dawn iż-żewġ pajjiżi jistgħu jitqiesu fost l-aktar politikament instabbli flaħħar snin. L-iskola għandha wkoll numru konsiderevoli ta' studenti mill-Palestina, mill-Ġordan, mit-Tuneżija, mill-Eġittu u mil-Lebanon fost oħrajn. "Din il-lista ma tkoprix ilpajjiżi kollha għax għandek sitwazzjonijiet fejn il-missier ikun ġej minn xi pajjiż ieħor, imma peress li t-tfal tiegħu jkunu mwielda Malta, allura dawk jitniżżlu bħala Maltin," sostna Busuttil. Il-kap tal-iskola hija Maria Camilleri, eks-deputat Laburista. Dan jagħmel din l-iskola l-unika waħda fiddinja fejn skola Musulmana hija mmexxija minn persuni nsara. Prospetti tajbin għal Malta – l-aġenzija Moody's L-AĠENZIJA Moody's tbiddel il-prospett ekonomiku ta' Malta minn wieħed negattiv għal dak stabbli. Moody's ikkonfermat ukoll ir-rata talbonds tal-Gvern għal Malta bħala A3. Kien hemm bosta fatturi li waslu biex l-aġenzija Moody's tbiddel il-prospetti ekonomiċi ta' pajjiżna. Fost dawn hemm l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2013, li beda jitwettaq qabel mal-Gvern qabad ir-ritmu u beda jopera b'mod sħiħ. Ir-rapport tal-Moody's jgħid li l-bidla f'pajjiżna ġejja millfatt li d-dejn tal-pajjiż mistenni jistabilizza ruħu fl-2014. Dan hekk kif l-ekonomija qed terġa' tqum fuq saqajha anke wara l-impenn tal-gvern ġdid dwar il-konsolidament fiskali. Moody's enfasizzat li t-tkabbir ekonomiku kompla jitjieb hekk kif is-sena l-oħra waqa' għal 0.8% minn 1.6% fl-2011. Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li L-Aġenzija ta' Kreditu Internazzjonali Moody's ikkonfermat li pajjiżna jinsab miexi fid-direzzjoni t-tajba u dan wara biss 6 xhur ta' Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Moody's ikkonsolidat ir-rating ta' A3 f'dak li għandu x'jaqsam f'bonds filwaqt li bidlet l-outlook tal-ekonomija minn waħda negattiva għal waħda stabbli. Dan huwa frott ta' ħidma responsabbli u għaqlija mill-Gvern, jgħid il-Partit Laburista. Ta' min ifakkar li taħt Gvernijiet Nazzjonalisti preċedenti l-outlook talekonomija kien wieħed negattiv għalkemm sena wara sena konna nisimgħu kif il-Finanzi kienu fis-sod, tkompli tgħid l-istqarrija. Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista jilqa' d-deċiżjoni tal-aġenzija Moody's li filwaqt li ma tbiddilx ir-rating ta' pajjiżna, ittejjeb il-mod ta' kif tħares lejn l-ekonomija ta' pajjiżna għal wieħed stabbli. Din l-aħbar hi importanti għallprospetti ta' pajjiżna li tattira l-investiment u toħloq aktar postijiet tax-xogħol sabiex ipatti għaż-żieda mhux żgħira filqgħad li kien reġistrat fl-aħħar ftit xhur. Fl-istqarrija tagħha Moody's tagħti tliet raġunijiet ewlenin għad-deċiżjoni tagħha. Dawn huma s-saħħa tal-qagħda ekonomika ta' pajjiżna, ittisħiħ taż-żona ewro, kif ukoll is-saħħa tas-settur finanzjarju u bankarju ta' pajjiżna, ilkoll wirt lill-pajjiżna frott il-ħidma ekonomika u finanzjarja ta' Gvern Nazzjonalista preċedenti, tgħid l-istqarrija tal-PN.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 October 2013