Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/186927
8 illum | Il-Ħadd 06 ta' Ottubru 2013 Ħames Minuti ma' Mark Azzopardi MARK Azzopardi twieled fl-4 ta' Lulju 1981. Preżentament qed jagħmel Masters Degree malUniversità ta' Leicester. Għalliem fl-iskola Primarja Ta' San Pawl il-Baħar li jiddeskrivi bħala t-tieni dar tiegħu. Ilu viċi sindku tal-Għargħur sa minn meta kellu 19-il sena. Hu reżentatur u producer ta' programmi televiżivi fejn beda ma' Education 22 bil-programm tat-tfal Luna Park u Ħu Ħsiebi fuq E22, U30 fuq TVM, parti mitTim Ta' Xarabank għal 4 snin,u Netube, Networks u Indifest fuq NET TV. Għal diversi snin ippreżenta wkoll programmi fuq ir-radju. Hu r-rebbieħ talMicrosoft Innovative School Programme f 'isem l-iskola ta' San Pawl ilBaħar li fl-2012 ġiet magħżula bħala Mentor School Internazzjonali talMicrosoft. Idoqq il-kitarra. Ma jgħix minghajr mużika u mingħajr ma joħloq affarijiet ġodda. Kelma waħda li tispjega ħajtek? Qawsalla. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Għix u ħalli lil min jgħix. Kemm hi importanti għalik il-politika? Il-politika għalija hi importanti biss meta permezz tagħha tkun qed tgħin linnies. Skont int x'taffettwa bidla fit-tmexxija tal-pajjiż? Bidla fit-tmexxija ta' pajjiż tista' tgħin biex tinbidel ilmentalità tan-nies. Hemm bżonn li l-politiċi ma jibqgħux jiġu mhedda bil-vot. Il-vot hu dritt u mhux arma. Jekk il-partiti ma jiħdux pożizzjoni komuni fuq ċerti affarijiet din mhix se tinqata'. X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? Il-flus bla valur, itiru bħalma l-weraq itir mar-riħ. L-importanti li jkolli flus biex naqdi l-bżonnijiet tiegħi u ngħix komdu, mingħajr xinxilli żejda. Definizzjoni ta' kuntentizza għalik? Li tieħu gost b'affarijiet sempliċi u li tkun kapaċi tħossok ferħan u tieħu pjaċir mingħajr ma' tisker jew tuża droga. Mark Azzopardi, għalliem, preżentatur u producer X'taħseb dwar il-kaċċa f 'Malta? Naħseb li biż-żmien il-kaċċa se jkollha mewta naturali. Wara l-introduzzjoni tal-gay marriage f 'diversi pajjiżi li qed tiżdied iktar ma jgħaddi ż-żmien, taħseb li wasal iż-żmien li pajjiżna jieħu l-istess pass? Ma nara xejn ħażin. Ma nistax nifhem kif xi ħadd jista' jwaqqaf xi ħaġa li qed tiċċelebra l-imħabba. X'inhi d-differenza bejn nies li l-lingwa li jitkellmu biha ta' kuljum hi l-Malti u oħrajn bl-Ingliż? Għalija kulħadd jista' jitkellem biex irid. Jien nuża l-Malti l-aktar, u kburi li naf ilMalti sew bħalma naf l-Ingliż u lingwi oħra. Jiddispjaċini nara min hu Malti u jħossu 'cool' għax ma jafx il-Malti. Min hu Malti u ma jafx ilMalti għandu xi ħaġa inqas u mhux iktar. Min jaf il-Malti u anke d-djalett hu kulturalment sinjurun. X'ibikkik? Tbikkini l-aħħar ġurnata tas-sena skolastika u jbikkuni l-messaġġi tat-tfal u talġenituri tagħhom. Matul is-sena jbikkini bil-ferħ il-ferħ tat-tfal tal-iskola tiegħi. X'jiffrustrak? Tiffrustrani l-għira u l-ħdura li nara f 'ċerti nies li jkunu jixtiqulek id-deni mingħajr ma tkun għamiltilhom xejn. Illum tgħallimt li dawn in-nies mhux lilek ikunu jobogħdu imma lilhom infushom għax fik jaraw dak li dejjem xtaqu jkunu huma u ma rnexxilhomx. X'ibeżżgħek? L-injoranza u l-intolleranza li għadhom jirrenjaw f 'pajjiżna. Temmen f 'Alla? Għaliex? Ġieli nemmen u ġieli le. Naħseb li l-importanti temmen jew ma temminx f 'Alla hu li tħobb u li tkun onest. Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Jekk b'moda tifhem li kulħadd jagħmel u jilbes l-istess affarijiet ngħidlek dik mhix moda. Il-moda hi li tħalli lil kulħadd jilbes kif iħossu komdu u skont l-immaġinazzjoni tiegħu. Naħseb s'issa iktar għadna filmoda tan-nagħaġ ta' Bendu. Kemm tħobb il-pajjiżek? Ħafna. L-hena tiegħi nitkellem dwar Malta tagħna. Nieħu gost nara l-bini storiku jiġi restawrat, l-ispazji għal beraħ ġodda, il-baħar nadif u dak kollu li huwa Malti jiġi apprezzat. Insofri għal fatt li rħula bħal Għargħur, fejn twelidt u fejn nixtieq nibqa' sakemm immut, qed jiġu mbiċċra mill-iżviluppaturi bil-MEPA u l-partit politiċi jibqgħu siekta u jippermettu dan kollu. L-isbaħ esperjenza ta' ħajtek? Naħseb li l-mument li wara tani l-isbaħ espejenzi f 'ħajti u għadu jagħtihomli sal-lum kien meta lħaqt għalliem. Proġett li tixtieq tagħmel fil-futur? Nikteb ktieb. Kieku jkollok tagħżel pajjiż li jirrapreżentak liema pajjiż tagħżel? Naħseb ma nagħżilx pajjiż, imma nagħżel il-gżira ta' Kemmuna. Bini kważi xejn, baħar mill-isbaħ u nadif u natura. Gżira sempliċi imma unika. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Is-suċċess hu li tagħmel dak li tħobb u li tagħmel differenza għall-aħjar filħajja tal-oħrajn. L-iktar darba li stħajt? Kont waqajt waqgħa tajba quddiem ħafna nies Temmen fid-destin? Iva. Nemmen li xejn ma jiġri b'kumbinazzjoni. Ħolma li għadek ma wettaqtx f 'ħajtek? Nippreżenta programm mal-Mediaset. Gladj minn John Busuttil Minn tf artist b'ħ MARK Mallia twieled fl-20 ta' April fl-1965 fil-Marsa, il-kbir fost tliet ulied, u iben Leli u Mary mill-Imqabba. Missier Nigel ta' 10 snin u Zoe ta' 8 snin li isimhom hu mnaqqax f'tattoo ma' sidru biex iżommhom dejjem qrib qalbu. Mark kellu trobbija kwieta u indottrinata, iżda l-arti biddlitlu ħajtu. Issuċċess li kellu fl-arti wasslu biex jgħix ħajja frivola fl-istil tas-sex, drugs & rock & roll, għalkemm skont Mark flok droga, il-kelma li tgħodd għalih kienet 'alkoħol'. Mort niltaqa' ma' Mark fil-gallerija li għandu Ħ'Attard. Ippretendejt li nsibu jistennieni pulit, pulit għarritratt iżda xejn minn dan. Ġie fetaħli b'żaqqu barra bil-qalziet kważi nieżel minn wara. Intefa' għarkupptejh ikompli jpitter biċċa arti li kellhom jiġu għaliha ftit tas-sigħat wara (u fil-fatt dawn il-klijenti ġew waqt l-intervista u xtraw seba' biċċiet arti minn tiegħu). Waqt li beda jpitter mal-art beda jirrakkontali l-istorja ta' ħajtu, ħajja mimlija avventuri u esperjenzi li ħafna millartisti jgħaddu minnhom. Beda biex qalli li hu kien tfajjel ġwejjed u ubbidjenti ħafna fejn kien iħobb ħafna l-iskola. "Missieri kien jinkwieta jarani dejjem maqtugħ għalija u nħażżeż bil-lapes u npinġi wċuh koroh. Għalhekk daħħalni fl-iScouts fejn ta' seba' snin tgħallimt insajjar u tgħallimt ħafna nkun indipendenti u niffaċċja l-isfidi ta' quddiemi billi nikkonfronta kollox jien. Bnejt karattru sod u mhux biex nogħġob lil ħaddieħor. "Lil ibni hekk ngħallmu, 'Do not please people but please yourself ' u hekk għextha ħajti," qal Mark bejn sigarett u ieħor. Mark fil-fatt qatt ma żżewweġ fuq għażla tiegħu. "Niribella meta xi ħadd jorbotni b'ħin jew b'xi lifestyle. Inħossni maħnuq u nħoss li tispiċċa l-identità tiegħi. Kelli relazzjoni ta' 10 snin u minnha kelli ż-żewġ uliedi. Spiċċajna fuq nota ta' ħbieb u fil-fatt qatt ma ġġelidna u llum ngawdi kustodja maqsuma ta' wliedi u nħossni viċin ħafna