Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655
Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 | illum 19 Editorjal I d-dehra ta' tfal mejta u tfal ħajjin fuq ixxatt kien messaġġ qawwi lil kulħadd - li jekk mhux ser nagħmlu xi ħaga malajr ser inkomplu nassistu għal mewt bla bżonn. F'dawn snin filMediterran huwa kalkolat li madwar 19,000 immigrant tilfu ħajjithom. Il-maġġoranza ta' dawn in-nies kienu nies li qed jaħarbu mill-problemi f'pajjiżhom. ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 EDITUR: SAVIOUR BALZAN Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Issa daqshekk Il-każ ta' dawn in-nies mis-Sirja forsi hija prova ta' kemm dawn l-episodji huma marbuta ma' kunflitti reġjonali. Ilbieraħ il-Prim Ministru Joseph Muscat kien espliċitu, ċar u dirett. Qatt ma kien daqstant ċar. Qal li daqshekk paroli millEwropa. Il-preżenza ta' tfal b'ġilda bajdanija u mhux kulur ieħor forsi kien il-mument propizju li wieħed jinduna li m'hemmx ħniena meta niġu għall-kosta Libjana għal dik Taljana jew Maltija. Dawn huma nies li jitilqu fuq dgħajjes żgħar jew dgħajjes perikolużi. Safrattant ħafna minnhom ma jafux jgħumu u jmutu minnufih hekk kif jinżlu fil-baħar. Illum urejna li minkejja r-retorika tagħna li nitkellmu fuq dawn ilpersuni bħallikieku kienu ġejjin minn xi pjaneta oħra, il-Maltin għandhom qalb kbira u jistgħu juru ħniena. Hemm bżonn li filwaqt li għandna nkomplu nagħmlu pressjoni fuq l-Ewropa hemm bżonn li nkunu hienja ma' dawn in-nies. Telqu minn kunflitt jew fis-Somalja jew inkella s-Sirja biex imbagħad jispiċċaw ġo ċentru ta' detenzjoni fejn wieħed irid verament jitlob li jingħataw id-dinjità li jixraq lil bniedem. Malta ma tistax tispera biss li l-Ewropa tagħmel il-parti tagħha, il-Prim Ministru jagħmel sew li jinsisti ma' Barroso u Malstrom li hemm bżonn bidla fid-direzzjoni. Issa wasal iż-żmien li ninsistu li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu. Meta l-Ingilterra u Franza bbumbardjaw il-Libja nefqu kważi ma' nofs biljun biex jarmaw l-armata tagħhom. Bi frazzjoni u ħeġġa iktar viżibbli ta' dawn il-pajjiżi, ikun possibli li episodji bħal dawn ma jirreptux ruħhom.