Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655
SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 SPORTSillum Ir-rebbieħa nazzjonali tat-triathlon MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT HEKK kif bħalma jsir ta' kull sena fl-ewwel Ħadd ta' Ottubru, nhar il-Ħadd li għadda ġew miżmuma l-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon, iż-żewġ triatleti Keith Galea u Michelle Vella Wood ġew magħrufa bħala r-rebbieħa nazzjonali l-ġodda tattriathlon. ILLUM tkellmet ma' dawn iż-żewġ triatleti rebbieħa nazzjonali fejn talbithom rendikont dettaljat ta' dawn il-kampjonati nazzjonali li kienu kkaratterizzati minn xita kontinwa kif ukoll x'fisser ir-rebħ tal-istess kampjonati fil-karriera tagħhom bħala triatleti. Bdejna b'Keith Galea fejn qalilna li: "Il-Kampjonat li rbaħt il-Ħadd 6 ta' Ottubru kien wieħed vera diffiċli. Bdejt inkabbar il-vantaġġ ma' kull dawra, sakemm f 'nofs it-tellieqa bir-rota kelli nieqaf minħabba 'puncture'. Kien mument kruċjali fejn stajt nirbaħ jew nitlef it-tellieqa. Għamilt dawra sħiħa fuqu. Żammejt kalm. Biddilt ir-rota u komplejt. Tlift ħafna mill-vantaġġ li kelli għal minuta u 15-il Keith Galea sekonda. Domt ħafna biex erġajt inżomm il-pass li kelli l-ewwel għax peress li waqaft, ir-ritmu li qbadt tlifu. Imma xorta rnexxieli nżid naqra fl-ewwel żewġ dawriet tar-rota. "Fil-ġirja ridt li dak kollu li tliftu fir-rota nerġa' nġibu lura u nżid fuqu. Bdejt niġri tajjeb ħafna u kont naf li t-titlu kien f 'idejja imma komplejt nagħfas għax ridt nirbħu bis-saħħa. U rnexxieli għax irbaħt il-kampjonat f 'ħin ta' 2.03, b'vantaġġ ta' tliet minuti. Vera kuntent Michelle Vella Wood li rbaħt dan il-kampjonat għat-tielet darba fil-karriera tiegħi u l-mod kif irbaħtu, (għax kelli puncture u xorta rbaħt). Dan għamel dan il-kampjonat iktar memorabbli apparti li kienet prestazzjoni mill-aqwa. "Ma stajtx nikseb dan kollu mingħajr l-għajnuna ta' ħafna nies. Nixtieq nirringrazzja lill-Malta Triathlon Federation tassapport li dejjem tawni, lill-isponsors tiegħi Garmin Malta, il-ħanut Starbene tal-Mosta li jagħtini s-supplimenti, lil Noene Soles għaż-żraben tal-ġiri, BBB Bike Parts u lil Jaycee Malta, lill-ħija u kowċ tiegħi Dermot Galea, lill-kowċ tal-għawm tiegħi Catalin Stan, lill-ġenituri tiegħi u lill-ġenituri tal-mara tassapport li dejjem ituni, lillklabb Birkirkara St Joseph u fl-aħħar iżda mhux l-inqas lill-mara tiegħi Elizabeth tas-sapport enormi li ttini u tal-paċenzja li tieħu bija." Wara din l-esperjezna ta' Keith Galea, tkellimna wkoll mar-rebbieħ nazzjonali femminili tat-triathlon, Michelle Vella Wood fejn bħal Galea tlabnieha wkoll x'fisser għaliha r-rebħ ta' dawn il-kampjonati nazzjonali. Hija saħqet li: "Kelli għawma mill-aqwa li kienet tikkonsisti f 'żewg laps ta' 1.5 kilometri fejn wasalt mat-tieni grupp f 'ħin ta' 24:33 li jfisser minuta u 52 sekonda wara Danica Bonello Spiteri. L-għawma kienet pjuttost kalma, għalkemm diġà kienet bdiet ix-xita sa dak il-ħin. Id-distanza bir-rota kienet tikkonsisti f 'sitt laps ta' 40 kilometru fejn qgħadt attenta ħafna minħabba d-dawriet u t-toroq jiżolqu u rnexxieli nnaqqas iddistakk li kelli minn ma' Danica Bonello Spiteri b'ħin ta' madwar 10 sekondi kull lap u wasalt fit-T2, 30 sekonda biss warajha. "Il-ġirja li kienet tikkonsisti f 'żewġ laps ta' 10 kilometri kienet dik ix-xi ħaġa li ddeterminat ir-rebħa li rnexxieli nikseb f 'dawn il-kampjonati nazzjonali tat-Triathlon. Temmejt ittellieqa f 'ħin ta' sagħtejn, 11-il minuta u 44 sekonda fejn għalhekk urejt titjib sinjifikanti fuq il-ħin li rnexxieli nikseb matul issena li għaddiet li kien dak ta' sagħtejn, 18-il minuta u seba' sekondi." Rekord: iktar minn 100 jott għar-Rolex Mid MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT FL-1968 twieldet ilMiddle Sea Race fejn ħadu sehem tmien jottijiet li salpaw għallewwel darba mill-Port ta' Marsamxett għallkorsa ta' iktar minn 600 mil nawtiku. Dik kellha tkun l-ewwel tellieqa internazzjonali li ġiet organizzata mir-Royal Malta Yacht Club u li saret tant popolari, li din is-sena qed jiġi stabbilit rekord ta' iktar minn 100 jott li se jipparteċipaw firRolex Middle Sea Race. Din il-korsa dejjem saħħret lil kull min ħa sehem fiha peress li t-tluq tagħha jibda minn Malta, tgħaddi taħt żewġ vulkani ħajjin, dak tal-Etna u dak ta' Stromboli, iddur mal-gżejjer ta' Sqallija, Pantellerija u Lampedusa qabel ma titfaċċa ġol-fliegu ta' Għawdex u tidħol minn fejn ħarġet f 'Malta. F'dawn il-45 sena ta' storja l-Middle Sea Race kellha żewġ sponsors ta' fama mondjali: l-ewwel kienet dik tal-Martini u issa u s'issa dik tar-Rolex, li huma magħrufin maddinja marittima għax jissapportjaw lill-aqwa tlielaq internazzjonali talibburdjar. Fil-fatt illum huwa magħruf li l-aqwa tliet tlielaq huma l-Fastnet, is-Sydney to Hobart,u l-Middle Sea Race f 'liema tellieqa dejjem ħadu sehem l-aqwa jottijiet tal-mument u din is-sena mhix eċċezzjoni. Il-maxijott Esimit Ewropa li huwa jott mis- Slovenja, reġa' ġej biex jipprova jakkwista r-raba' rebħa konsekuttiva ta' min jidħol l-ewwel. Dan ma jfissirx li għax daħal l-ewwel jiġi ddikjarat rebbieħ minħabba li hemm formula kkumplikata imma bżonjuża biex, wara li jingħata 'handicap