Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655
SPORTSillum Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 | illum 27 Atleti Maltin jieħdu sehem fil-Kampjonat Dinji tal-Kickboxing fl-Italja FL-EWWEL tmiem ilġimgħa ta' Ottubru il'World Martial Kombat Federation' (WMKF) għattielet sena konsekutivva reġgħet organizzat ilkampjonat dinji tal-Arti Marzjali. Din is-sena saret fil-villaġġ ta' Alcamo fejn l-atleti Maltin bħala Malta Squad ġew trattati tajjeb ħafna u kienu qed joqogħdu ġewwa 'Citta del Mare'. Din is-sena l-WMKF fl-ewwel laqgħa li kellha ma' kull rappreżentant ta' kull pajjiż ġie diskuss fejn se tiġi organizzata s-sena li jmiss fejn tajjeb ngħidu li Malta qiegħda fil-quċċata biex tiġi magħżula. Jekk jiġri hekk, fl-aħħar millaħħar jibbenefika s-settur turistiku sportiv, għalkemm s'issa għad m'hemm xejn konfermat għax kemm Spanja kif ukoll Tuneż iridu li din issir f 'pajjiżhom. Il-kontinġent Malti li jaqa' taħt it-tmexxija ta' Master Silvio Camilleri, li huwa l-president attwali f 'pajjiżna, bl-għajnuna tal-kowċ Alan Borg tellgħu lit-tim Malti b'seba' atleti biex jikkompetu. Sfortunatament, din issena naqsu ħafna atleti milli jitilgħu u jieħdu sehem però l-problema finanzjarja qiegħda dejjem hemm taħdem kontra. L-għajnuna li tingħata lillatleta biex jirrapreżenta lil pajjiżu hija minima ħafna. Sfortunatament lanqas l-inċentiv tal-'ispecial leave' ma jiġi applikat. Għall-ewwel darba Christian Schembri daħal fil-kategorija K1 u ħareġ bl-unuri fejn fit-tieni rawnd b' 'technical knockout' irnexxielu jegħleb lillavversarju Taljan. Illum Christian għandu 10 fights fil-karriera tiegħu fejn rebaħ sebgħa minn dawn il-ġlidiet. Darren Scerri u Keith Micallef ħadu l-ewwel post fil-kategorija tagħhom ('full contact kickboxing') filwaqt li Matthew Borg kiseb it-tieni post b'telfa ta' ftit punti. Il-Federazjoni Maltija ferħitlu għall-wirja stupenda u għad-dedikazzjoni li wera fil-ġlieda tiegħu. Kienet ukoll ta' sfida għalih li għeleb l-istil tiegħu mil'light contact' għall-'full contact'. Rebħa oħra li kisbu l-Maltin waslet minn Christine Scerri li rebħet il-finali tagħha filwaqt li Matthias Cristiano rebaħ is-semi finali u tilef il-finali ma' atleta Ingliż, fejn bħal Kenneth Scerri u l-istess Matthias kisbu l-unuri u t-tieni post. Il-kumitat tal-Federazzjoni Maltija jawgura lit-tim Malti li għal darb'oħra reġa' poġġa lil pajjiżna fil-media speċjalment dik Taljana. Dan l-avveniment se jiġi mxandar fuq Rai Sport flaħħar ġimgħa ta' Ottubru. Min jixtieq iktar informazzjoni dwar din id-dixxiplina sportiva, faċilment jista' jibgħat email fuq kickboxingmalta@ hotmail.com jew jikkuntattja dirett lillPresident Silvio Camilleri fuq 79729500. Go & Fun sponsors ġodda ta' Birkirkara Badminton Club WAQT l-ikla annwali ta' Birkirkara Badminton Club li saret riċentament f 'Cargo Restaurant fil-Waterfront tal-Birgu, Joe Seychell, il-viċi-president tal-klabb, kien ippreżentat biċ-ċekk ta' sponsorship ta' Go & Fun minn Nicky Scerri, Manager Ġenerali ta' S Trek Logistics & Distributions, li kien preżenti għall-okkażjoni. Go & Fun, l-unika xarba naturali ta' enerġija fis-suq, kienet introdotta fis-suq lokali dan l-aħħar. Waqt li kien qiegħed jindirizza lil dawk preżenti Scerri qal li kien il-pjaċir tal-kumpanija li tassoċja ruħha ma' Birkirkara, wieħed mill-klabbs ewlenin lokali tal-badminton u rebbieħa għal dawn l-aħħar ħames snin. Żid li l-klabb isostni l-istess valuri ta' Go & Fun, mimli enerġija, dejjem għaddej u l-ewwel fix-xena lokali tal-badminton. Huwa wera tama li l-għajnuna tagħhom tgħin biex il-klabb jikseb aktar unuri fil-futur. Min-naħa tiegħu Joe Seychell irringrazzja ddle Sea Race 2013 rating' lil kull jott, skont id-daqs, it-tul u l-kwalità tal-qlugħ fost oħrajn, dan iservi biex jiġi kkalkulat bi preċiżjoni l-ħin ikkoreġut u korret ta' kemm jott ikun dam biex spiċċa t-tellieqa. Minħabba din ir-raguni l-Esimit Ewropa għadu qatt ma rebaħ dan it-trofew. Sfida qawwija se tiġi minn żewġ jottijiet ta' fama mondjali li huma l-jott Ġermaniż li diġà rebaħ fl2006 u l-jott Ingliż li kien rebaħ il-Middle Sea Race fl-2009. Għalkemm l-ikbar flotta se tkun dik tat-Taljani, b'iktar minn 30 jott, hemm ukoll sinifikanti l-flotta Ingliża bi 18-il jott u dik Russa b'14. Mhux inqas minn 20 pajjiż mill-Ewropa u lil hinn minnha se jieħdu sehem din is-sena. Il-Flotta Maltija se terġa' tkun b'saħħitha meta mhux inqas minn 10 jottijiet ta' esperjenza profonda dwar din il-korsa se jerġgħu jippruvaw jirbħu r-Rolex Middle Sea Race għasseba' darba minn mindu bdiet, fosthom insibu bħala favoriti l-Artie li rebaħha fl-2011, OtraVez, Commanche Raider u X Pact. Għal darb'oħra t-tluq tarRolex Middle Sea Race se jsir mill-Port il-Kbir nhar is-Sibt 19 ta' Ottubru fejn se jkun hemm spettaklu mill-aqwa meta fil-11am jiġu sparati l-kanuni talBarrakka ta' Fuq fejn se jkunu qed jagħtu sinjal tattluq ta' din l-34 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Ringrazzjament speċjali għall-informazzjoni li deher f 'dan l-artiklu jmur għal Teddie Borg. lil S Trek Logistics & Distributions li għażlet lil Birkirkara Badminton Club biex jgħin fl-introduzzjoni tax-xarba lokalment. Qal li dan l-isponsorship ikun ta' għajnuna kbira għall-klabb u wiegħed li l-klabb jagħmel dak kollu li jista', bħal dejjem, biex jikseb aktar suċċessi. Go & Fun jista' jkun il- motto tal-klabb - Go (Mur ilgħab) and (u) have Fun (ħu gost). Il-viċi-president tal-klabb għalaq id-diskors tiegħu billi rringrazzja lil Sergio Sciberras (Direttur ta' S Trek Logistics & Distributions) u lil Karen Ferrante li mingħajr l-għajnuna tagħhom dan ilftehim ma kienx jintlaħaq.