Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655
SPORTSillum 28 illum Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 L-ewwel Maltija li se tippar fil-kampjonat EHF tal-hand MATHILDE Friggieri hija l-ewwel plejer Maltija li se tipparteċipa fil-kampjonat EHF tal-handball li huwa kampjonat ferm importanti u rinomat fid-dinja talhandball. Bdiet tilgħab il-handball meta kellha12-il sena. Kien ħuha, Jacques, li ħeġġiġha biex tibda tilgħab il-handball. Bdiet tilgħab mal-Aloysians Handball Club. L-ewwel kowċ tagħha kien mis-Serbja, Milos Stanislavljevic. Kien hu li għallimha l-bażi talhandball. Meta kellha 20 sena marret l-Ingilterra biex tkompli tistudja. Sa dak iż-żmien kienet diġà rrappreżentat lil Malta f 'bosta kompetizzjonijiet Ewropej. Tliet snin ilu ngħaqdet mal-Olympia Handball Club. Hawnhekk Friggieri sabet ħafna affarijiet li kienu differenti minn dawk li kienet imdorrija bihom għaliex fit-tim hemm plejers minn ħafna pajjiżi, kulħadd bil-lingwa tiegħu u ħafna kulturi differenti fejn il-ħaġa li tgħaqqadhom flimkien hija l-handball. Wara l-ewwel sena tagħha mal-Olympia Handball Club ta' Londra, Friggieri flimkien ma' sħabha l-plejers tal- Illum il-finali tal-kampjonat tal-ħarifa Webber jikseb il-pole position ta' Suzuka filsponsorjat minn Cassar Fuels Ġappun ILLUM fil-korsa talMarsa se jsir it-38 programm tal-istaġun bl-aktar tiġrija importanti tkun il-finali talkampjonat tal-ħarifa sponsorjat minn Cassar Fuels. Din hija t-tielet sena li Cassar Fuels qed jisponsorja dan ilkampjonat li issa sar wieħed mill-attrazzjonijiet tal-istaġun tat-tiġrijiet lokali. Bħas-soltu din il-kompetizzjoni kienet miftuħa għal żwiemel talaqwa klassi u l-premjijiet ilaħħqu t-total ta' €3,400 li minnhom ir-rebbieħ jieħu €2,000 flimkien ma' trofew u għata. Il-finali ta' dan ilkampjonat dejjem saret matul ix-xahar ta' Ottubru bir-rebbieħa preċedenti jkunu Livi Cantona (2011) u Troy Boshoeve (2012) blaqwa medja tal-finali tkun dik reġistrata minn Livi Cantona ta' 1'14"7. Din is-sena b'kollox ħadu sehem 25 żiemel li minnhom intgħażlu d-disa' finalisti fi tliet tiġrijiet li taw spettaklu b'medji fost l-aqwa li kellna matul dan l-istaġun. Il-finali tkun it-tmien tiġrija fil-programm u tibda fl-4.05pm. Ilprogramm jibda fis-1.30pm u jinkludi 10 tiġrijiet oħra li huma kwalifikazzjoni għall-Condition Races sponsorjati mill-istess Cassar Fuels u li huma miftuħa għall-klassijiet Gold, Silver, Bronze u Copper. Iż-żwiemel li se jieħdu sehem fil-finali tal-lum huma dawn: 1. Okilaibo 2. Vanmaker Limburgia 3. Ygor of Pass 4. Orcas Bac 5. Nicos de Peneme 6. Absolut Spender 7. Label Chouan 8. Ohime Mag 9. Mark de Chamant IS-SEWWIEQ ta' Red Bull,Mark Webber rebaħ il-pole position fil-Grand Prix tal-Ġappun fejn għadda lill-favorit nett li jirbaħ ilkampjonat talFormula 1 matul dan l-istaġun, ilĠermaniż Sebastian Vettel għall-ewwwel darba matul dan l-istaġun. Vettel kellu xi problemi tekniċi f 'din il-fażi ta' kwalifikazzjoni li ċaħħduh milli jirbaħ din il-pole filĠappun. Webber irreġistra ħin ta' minuta u 30.915 sekonda fiċ-ċirkwit ta' Suzuka. Is-sewwieq ta' McLaren Lewis Hamilton kiseb it-tielet l-iktar ħin veloċi u kien segwit missewwieq ta' Lotus Romain Grosjean u s-sewwieq ta' Ferrari Felipe Massa li spiċċaw fir-raba' u fil-ħames post rispettivament. Is-sewwieq ta' Mercedes Nico Rosberg irreġistra is-sitt l-aħjar ħin waqt li s-sewwieq ta' Sauber Nico Hulkenberg se jkun qed jibda fis-seba' post. Vettel rebaħ tlieta millaħħar erba' tlielaq fil- Ġappun u llum jista' jikseb ir-raba' titlu konsekuttiv tiegħu jekk jirbaħ it-tellieqa u r-rivali li jinsab l-iktar viċin tiegħu, Fernando Alonso li llum se jkun qed jibda fit-tmien post, jispiċċa fid-disa' post jew f 'xi pożizzjoni inferjuri. Jekk jirnexxielu jagħmel dan Vettel jingħaqad mas-sewwieqa Michael Schumacher u Juan-Manuel Fangio bħala l-uniċi sewwieqa li rnexxilhom jirbħu erba' kampjonati konsekuttivi tal-Formula 1. Is-sewwieq Ġermaniż, li għandu xejn inqas minn 77 punt vantaġġ fuq Alonso, rebaħ l-aħħar erba' tlielaq fejn kien fil-quċċata millbidu sat-tmiem ta' dawn l-imsemmija tlielaq. Dan kollu huwa riflessjoni ċara tad-dominju assolut matul dan l-istaġun tal-Formula 1.