Illum previous editions

illum 13 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

SPORTSillum rteċipa dball istess klabb, ġew magħżulin biex imorru jilagħbu flEHF (European Handball Federation) Challenge Cup li kienet saret fil-Portugall. Dik kienet esperjenza importanti ħafna kemm għal Mathilde Friggieri personali kif ukoll għall-klabb. Fl-aħħar staġun, 2012/2013, Olympia Handball Club kellhom kowċ ġdid, Aurelian Gug, li huwa kowċ professjonali fejn rebħu l-kampjonat nazzjonali Ingliż tal-handball. Barra li tilgħab, Mathilde Friggieri hi wkoll ilmanager tat-tim fejn ikollha torganizza ħafna affarijiet. Peress li ġew l-ewwel fil-kampjonat, Olympia Handball Club kienu nominati mill-EHA biex jirrappreżentaw lill-Gran Britannja fit-Tazza talEHF fejn din hija livell taħt iċ-Champions League tal-Federazzjoni Ewropea tal-Handball. Dan huwa livell għoli ħafna u kważi l-plejers kollha tat-tim qatt ma lagħbu f 'dan il-livell. Nhar il-Ġimgħa li għadda Olympia Handball Club marru Rejkjavik, fl-Iżlanda, fejn hemmhekk lagħbu żewġ logħbiet kontra t-tim qawwi tal-Iżlanda, pajjiż fejn ilhandball għandu tradizzjoni twila. Msida SJ jikkonfermaw lil Carmine Ferrara president MSIDA St Joseph FC ikkonferma li l-president il-ġdid tal-klabb huwa Carmine Ferrara. Ferrara, li hu ġej minn Rimini fl-Italja, tkellem fid-dettal dwar il-pjanijiet tiegħu għal futur tal-Msida St. Joseph FC. Ferrara spjega li l-viżjoni tal-futbol tiegħu hija bbażata fuq dik li hu dejjem għex fiha flItalja, fejn il-klabbs kollha huma mmexxija f 'ambjent professjonali. Ferrara jrid idaħħal sens ta' professjonalità li hija ġdida fi xtutna. Hu se jkun qiegħed idawwar lilu nnifsu b'nies żgħażagħ, enerġetiċi u li ġejjin kollha mid-dinja tan-negozju li se jkunu qegħdin jaħdmu flimkien għal għan komuni. Carmine ma daħalx fid-dettal ta' x'inhuma l-għanijiet imminenti tiegħu però spjega li millum 'il quddiem, kollox se jibda jsir b'mod aħjar. Ferrara ntroduċa plejer ġdid tal-klabb Misidjan, Pellegrino Albanese, plejer li ħareġ mill-iskola famuża tal-Inter fejn hu anki lagħab fis-Serie B u Serie C. Il-kowċ Todor Raykov spjega li huwa kuntent li jifforma parti min dan il-proġett u rringrazzja lil Ferrara talli kkonfermah bħala kowċ. Fl-aħħar Keith Abela-Wadge, segretarju ġenerali talklabb, ippreżenta l-akkwisti l-ġodda tal-klabb Misidjan li huma John Agius, Ian Schembri, Lydon Micallef, Dino Cachia, Shawn Magro, Gaetano Gesualdi, Othniel Carrion Bouagba, Ariel Laudisi, Jose Luiz Nogueira Lopes Junior, Daniele De Luca u Pellegrino Albanese. Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 | illum 29 Sa fejn se jaslu Roma dan l-istaġun? M'HEMMX dubju li fost l-iktar timijiet li impressjonaw s'issa kemm fil-Kampjonat Taljan kif ukoll madwar l-Ewropa, insibu lit-tim Roma. S'issa huma rebħu l-logħbiet kollha li kienu involuti fihom u jinsabu jokkupaw il-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat Serie A TIM fl-Italja b'punti massimi fejn sofrew gowl wieħed biss. Għalihom qed jimpressjonaw ferm ilplejers Totti, li għat-tim ta' Roma huwa meqjus bħala leġġenda ħajja u li bħallinbid donnu iktar ma jikber iktar jitjieb; is-solitu Daniele De Rossi, il-plejer minn Ruma; Florenzi, Ljajic li ngħaqad magħhom fil-bidu ta' dan l-istaġun mingħand Fiorentina wara li kien imsemmi li seta' jingħaqad ma' AC Milan, il-goalkeeper Morgan De Sanctis li wkoll huwa akkwist ġdid għal Roma hekk kif ingħaqad magħhom mingħand Napoli, Maicon li xi wħud ħasbu li kien fit-tmiem tal-karriera tiegħu iżda li kemm ilu ma' Roma jidher li ttrasforma ruħu, kif ukoll Gervinho li ngħaqad magħhom matul dan l-istaġun mingħand it-tim Ingliż, Arsenal. Jidher ukoll li t-tim dara sew is-sistemi talkowċ Franċiż li ngħaqad magħhom fil-bidu ta' dan l-istagun, Rudi Garcia. Biex ikollna stampa aħjar ta' x'qed iwassal għal dan is-suċċess uniku min-naħa ta' dan it-tim u x'inhu s-sigriet tas-suċċess talistess tim, ILLUM tkellmet mal-President tar-Roma Club Malta 1973, Ray Sant li barra li huwa president tal-istess klabb, huwa wkoll espert fuq dan it-tim, fejn tana iktar dettalji rigward dan kollu. "Aħna l-partitarji tat-tim tar-Roma ninsabu ngħixu ħolma u nixtiequ ma nqumu qatt minnha! Onestament qatt ma bsart li se jkollhom bidu daqshekk tajjeb u li ma jistax ikun aħjar! L-aħjar akkwist kien mingħajr dubju Rudi Garcia. "Il-kowċ Franċiż żgur li ma kienx l-ewwel għażla għad-diriġenti Romanisti. Illum il-ġurnata ninsab kuntent li Allegri rrifjuta li jingħaqad mar-Roma. Garcia rnexxielu f 'mument tant qasir jgħaqqad lit-tim mill-ġdid. Roma huma fost l-aqwa tliet timijiet fis-Serie A. Il-kowċ bravu qiegħed ikun attent għal kollox. Irid ikun viċin il-partitarji u dejjem żamm profil baxx. Irnexxielu jivvalorizza dak it-tajjeb li għandu kull plejer fir-Rosa attwali tat-tim. "Ir-rendiment tal-plejers bħal Balzaretti, Castan, De Rossi u Pjanic huwa ferm differenti minn dak tal-istaġun li għadda. Dan kollu huwa mertu tal-kowċ Franċiż,li filpassat irnexxielu jirbaħ il-Kampjonat Franċiż mal-Lille. It-tim tar-Roma qiegħed tajjeb f 'kull dipartiment. Il-goalkeeper Morgan De Sanctis huwa affidabbli immens. Hemm ukoll difiża kumpatta b'Balzaretti, Benatia, Castan u Maicon li lkoll huma ta' livell internazzjonali. "Nofs il-grawnd iqajjem ċerta biża' lill-avversarji. Pjanic, De Rossi u Strootman huma fost l-aħjar fl-Ewropa! U fl-attakk xejn inqas! Totti huwa leġġenda ħajja, Gervinho jagħmel affarijiet inkreddibli u Florenzi huwa l-mutur tat-tim. Barra minn hekk, ma rridux ninsew li hemm ir-riservi ta' valur bħalma huma Jedvaj, Torosidis, Dodo, Bradley, Marquinho, Ljajic, Destro u Borriello. Nemmen ukoll li jekk ikun hemm bżonn f 'Jannar, il-President Pallotta jerġa' jdaħħal idejh fil-but biex jagħmel iktar akkwisti importanti! "Bħalissa r-rebħ u l-kontinwità huma l-iktar affarijiet sbieħ. Ħaġ'oħra li għoġbitni huwa l-fatt li kważi jiskorja kulħadd u d-difiża sofriet gowl wieħed biss. Il-plejers huma lkoll konxji li huma b'saħħithom,u qegħdin jinżlu fil-grawnd b'dik ilkattiverja sportiva u jibqgħu jissieltu sal-aħħar minuta. Jixhed dan il-karta safra li qala' Daniele De Rossi fl-aħħar minuta f 'waħda mil-logħbiet li fiha r-riżultat kien diġà arkivjat! "L-importanti huwa li l-plejers jibqgħu jżommu saqajhom mal-art għax it-triq hija twila ħafna u mimlija diffikultajiet. Ovvjament ma jistgħux jibqgħu għaddejjin hekk u jirbħu kull logħba, iżda ninsab ċert li wara l-ewwel telfa, it-tim jirreaġixxi millewwel tant kemm huwa magħqud u kumpatt,'' temm jgħid Ray Sant.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 October 2013