Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655
SPORTSillum 30 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 Essenzjali u fundamentali g CRISTIAN ANTONY MUSCAT Clayton Failla – pedina indispensabbli ta' Hibernians u tat-tim nazzjonali u li fil-ftuħ ta' dan l-istaġun impressjona bis-sħiħ u wera biċ-ċar li se jkollu staġun ieħor mill-aqwa fejn diġà skorja erba' gowls, tlieta minnhom minn penalty. Kif nibtet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Kont nilgħab fit-triq mal-ħbieb. Bdejt il-karriera tiegħek ma' St Patrick li jirrapreżenta l-lokalità li fiha twelidt, Ħaż-Żabbar. X'tikkummenta fuq din l-esperjenza? Dak kien żmien sabiħ ħafna . Imma jien ftit lgħabt ma' St Patrick. Fl-ewwel staġun lgħabt fl-Ewwel Diviżjoni u mbagħad għamilt sa Jannar nilgħab fil-Premier magħhom. Bejn l-2004 u l-2009 lgħabt ma' Hibs. X'fissru għalik dawk il-ħames snin ma' dan il-klabb? Kien żmien sabiħ u ta' sfida għax kien hemm plejers tajbin ħafna. Imma f 'dawk il-ħames snin irbaħt żewġ FA Trophies u darba l-kampjonat. Fl-2009 irbaħt ukoll l-unur tal-MFA Plejer ta' Sena għalkemm kont għadek relattivament żgħir. X'fisser għalik dan l-unur ta' dik is-sena? Naħseb dik kienet sena sabiħa ħafna. Li tirbaħ l-unur tal-MFA Plejer tasSena hija l-ħolma ta' kull plejer Malti. Bejn l-2009 u l-2011 lgħabt ma' Sliema Wanderers fejn hemmhekk ma rnexxilekx tissetilja sew u ma rajniex il-logħob li nafu li jaf jagħti Failla. X'mar ħazin hemmhekk? X'mar ħażin ma nafx. Imma ma kontx qbadt art magħhom. Li huwa żgur huwa li dejjem tajt il-mija fil-mija tiegħi imma xorta kelli prestazzjoni ħażina fil-verità. Fil-fatt skorjat biss "Jien naħseb li l-livell tal-futbol Malti żdied u bissistema li ġiet introdotta matul dan l-istaġun mill-MFA li jistgħu jiġu nklużi ħames plejers barranin f'kull tim, ikolli ngħid li żdied iktar!" żewġ gowls f 'sentejn! Fil-fatt fid-9 ta' Awwissu tal-2011 erġajt irritornajt ma' Hibernains fejn hemmhekk qed tikseb suċċess. X'tikkummenta? Dik kienet il-ħolma tiegħi li nerga' ningħaqad mal-Hibernians. Qabel mort mal-Hibernians kelli proposti oħra imma jien ridt immur magħhom għax hemm kont naf x'se nsib u naħseb li għamilt l-għażla t-tajba. F'din l-ewwel sena li erġajt irritornajt ma' Hibs irnexxielek tikseb l-unur tal-MFA Plejer tas-sena li kien it-tieni wieħed fil-karriera tiegħek ta' futboler li hija xi ħaġa li ma tiġrix spiss f'karriera ta' futboler. X'fisser għalik dan it-tieni unur tal-MFA plejer tas-Sena? Vera u dik kienet sena iebsa ħafna għax kont għadni ġej minn sentejn diżastrużi u mhux faċli li jerġa' jkollok prestazzjoni tajba, imma l-fatt li tirbaħ l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena għal darbtejn hija esperjenza sabiħa ħafna li ma tistax tiddeskriviha. F'Settembru tal-2012 ġejt sospiż għal erba' xhur mill-Kummisjoni tal-AntiDoping tal-MFA. Naf li int ma kontx qbilt ma' din id-deċiżjoni. Għaliex? Dak kien l-iktar żmien ikrah ta' ħajti. Jien kont ġejt akkużat fuq negliġenza għax jien ma ħadt xejn biex intejjeb il-prestazzjoni tiegħi. Jien kont ma niflaħx ftit qabel il-logħba li kienet logħba mill-Euro Challenge Cup li hija bla interess. Ġejt sospiż għax qalu li hija 'in competition' u li dawk il-logħob huma importanti daqs il-logħob talkampjonat. Jien ġejt sospiż f 'logħba li kienet 'out of competition' u għalhekk ma kelli neħel xejn. Però għalkemm domt xejn inqas minn erba' xhur nieqes mill-azzjoni, xorta waħda meta rritornajt flazzjoni kellek kampjonat mill-aqwa fejn saħansitra rnexxielek tispiċċa mal-ħames finalisti għall-unur tal-MFA Plejer tas-Sena fejn kien hemm bosta segwaċi li kienu talopinjoni li int kellek tirbaħ dan l-unur. X'tikkummenta? Jien xorta kont ninżel għat-taħriġ kuljum mal-klabb u meta kont naf li ġejt nominat għall-Plejer tas-Sena kont sorpriż għax jien kont tlift 10 logħbiet mill-kampjonat. U naħseb meta kien hemm il-votazzjoni ġejt affettwat b'mod negattiv għall-fatt li kont sospiż rigward doping imma xorta min rebaħ l-unur tal-MFA Plejer tas-Sena kien "Il-fatt li tirbaħ l-unur prestigjuż tal-MFA Plejer tas-Sena għal darbtejn hija esperjenza sabiħa ħafna li ma tistax tiddeskriviha!" ħaqqu ħafna għax kellu staġun tajjeb ħafna . Din is-sena reġa' kellek bidu eċċezzjonli fil-kampjonat u jidher li Hibs se terġgħu tkunu l-isfidanti ewlenin għar-rebħ tal-kampjonat. Però jkolli ngħid li flimkien ma' Valletta u Birkirkara matul din is-sena ngħaqdu wkoll Sliema Wanderers. Taqbel ma' dan? Iva iżda baqa' ħafna logħob u t-tiġrija sat-tmiem tal-kampjonat hija twila ħafna. Niġu issa għan-nazzjonal fejn hawnhekk ukoll qed ikollok wirjiet mill-aqwa speċjalment fil-wirjiet ta' ftit ġimgħat ilu kontra d-Danimarka u l-Bulgarija ġewwa darna. Nibdew bid-Danimarka fejn hemmhekk skorjajt gowl tal-istampi permezz ta' freekick mill-isbaħ. Rajtek emozzjonat ħafna tiċċelebra dan ilgowl. X'emozzjoni ħassejt dak il-ħin? Lanqas ridt nemmen għax li tiskorja mat-tim nazzjonali hija xi ħaġa ta' barra minn hawn! Erbat ijiem wara din il-logħba ġiet il-logħba kontra l-Bulgarija fejn hemmhekk kont se terġa' tirrepeti dan il-gowl minn freekick però kont sfortunat meta t-tentattiv tiegħek ġie milqugħ mill-goalkeeper avversarju qabel ma l-ballun ħabat mal-lasta. X'tikkummenta? Naħseb li kont naqra sfortunat. X'inhi r-relazzjoni tiegħek malkowċ Pietro Ghedin u l-plejers sħabek tan-nazzjonal? Ir-relazzjoni hija tajba ħafna kemm mal-kowċ kif ukoll mal-plejers. X'differenzi rajt fis-sistema talkowċing tat-tim nazzjonali minn dik addottata minn Buttigieg u Busuttil għal ta' Ghedin? Naħseb li fit-tim nazzjonali qed nilagħbu b'dan il-mod bis-saħħa tal-kowċ Buttigieg għax kien hu li daħħal mentalità biex kemm jista' jkun inżommu l-pussess tal-ballun imma naħseb li Ghedin bena fuq dak li kien hemm. Hekk kif qed insemmu lit-tim nazzjonali ma nistgħux ma nsemmux ir-rebħa 'away' ta' 1-0 kontra l-Armenja. X'fissret għalik personali dik il-logħba? Li tirbaħ mat-tim nazzjonali diġà hija xi ħaġa sabiħa aħseb u ara meta tirbaħ barra minn darek. Hija emozzjoni sabiħa ħafna. Nerġgħu lura għal Hibernians fejn fil-bidu ta' dan l-istaġun kellkom bidla fil-kowċ meta ħa t-tmexxija tat-tim Branko Nisevic mingħand Michael Woods. Bħala plejers ġejtu affettwati b'xi mod jew ieħor minn din it-tranżizzjoni forsi minħabba sistemi ta' kowċing diversi addottati miż-żewġ kowċis? Le, lanqas xejn għax il-kowċ Branko Nisevic kompla fuq dak li ħalla l-kowċ Michael Woods. X'inhi r-relazzjoni malkowċ Nisevic kif ukoll malamministrazzjoni ta' Hibs, fosthom il-President Tony Bezzina? Tajba ħafna. U r-relazzjoni tiegħek mal-plejers sħabek? Tajba ħafna wkoll. X'tikkummenta fuq l-amministrazzjoni tal-MFA mmexxija minn Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo? Naħseb li qed jagħmlu xogħol tajjeb. X'inhu l-futur ta' Clayton Failla? Għad naraw lil Failla jilgħab barra minn Malta? Li nilgħab barra minn Malta hija l-ħolma li għad baqagħli fil-karriera tiegħi tal-futbol. Ġieli kien hemm xi interess fik minn klabbs barranin? Iva, imma dejjem waqa' kollox wara ftit! Minn kemm ilek tilgħab int illivell tal-futbol Malti żdied jew naqas?