Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655
4 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 Minn paġna 1 Sfiduċja fil-Parlament… u qisu ma ġara xejn L-UFFIĊĊJU tal-Prim Ministru ntrabat ukoll li jħallas l-ispejjeż kollha tas-safar ta' Richard Cachia Caruana, li ngħata d-dritt li jsiefer dejjem fi club class u li jitħallas allowance waqt li jkun imsiefer barra l-pajjiż. Richard Cachia Caruana ingħata wkoll karozza uffiċjali bl-ispejjeż kollha relatati mħallsa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru waqt li ngħata d-dritt li jkollu spazju tal-parkeġġ ħdejn Kastilja. Ingħata wkoll uffiċċju f 'Kastilja u anki ħaddiema biex jagħtuh assistenza klerikali. RCC kellu wkoll id-dritt li jitħallas lura l-ispejjeż kollha marbuta mal-ospitalità li kien se jkun qed jagħmel bħala l-konsulent ta' Gonzi. Bil-ftehim ta' Lulju 2012, minkejja l-isfiduċja talParlament, RCC baqa' jitqies mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bħala uffiċjal fi skala 1 tal-Gvern, jiġifieri flistess livell tal-kap taċ-Ċivil. Il-ftehim kien iffirmat minn Godwin Grima, is-Segretarju Permanenti Ewlieni u kien approvat minn Lawrence Gonzi personalment bil-firma tiegħu fl-24 ta' Settembru 2012. ILLUM hija infurmata li l-ispejjeż li l-Uffiċċju talPrim Ministru ħallas f 'isem RCC fuq mobile, telefon tarresidenza, karozza u internet laħqu viċin l-€2,000 fuq medda ta' sitt xhur biss wara li RCC kien sfiduċjat millParlament. F'dak li huwa safar li RCC għamel wara li kien sfiduċjat Richard Cachia Caruana baqa' stmat u mħallas sew mill-Parlament, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ħallas sfiduċjat mill-Parlament, li nħatar kap tal-PN, fuq madwar €30,000. F'ħames huwa se jibqa' jitħallas €5,900 Radju Malta, Busuttil kien okkażjonijiet RCC kien fix-xahar f 'salarju għasħareġ ifaħħar lil RCC meta anki jagħmel parti minn sentejn li ġejjin. ddikjara li RCC waħdu ġab delegazzjonijiet uffiċjali Minkejja li qed tingħata żewġ biljuni u nofs ewro għal mmexxija mill-Prim l-impressjoni li RCC pajjiżna mingħand l-UE. Ministru. m'għadux jidher fiċ-ċrieki Kien ukoll RCC li filF'April li għadda l-Ministru tal-PN, huwa sigriet kampanja tas-sħubija ta' tal-Affarijiet Barranin magħruf li teżisti ħbiberija Malta fl-UE għażel lil George Vella kien żvela filmill-qrib ħafna bejn il-Kap Busuttil, mingħajr ebda sejħa Parlament li skont il-kuntratt Nazzjonalista tal-lum Simon għall-applikazzjonijiet, biex li Cachia Caruana kellu Busuttil u hu. Tant hu hekk ikun hu li jmexxi l-Uffiċċju bħala ambaxxatur, qabel kien li f 'Mejju li għadda wara tal-Gvern, l-MIC. Minn paġna 1 Il-PN jevalwa l-kandidatura tiegħu KELLIEM għall-Partit Nazzjonalista qal li l-Kummissjoni dwar l-Għażla tal-Kandidati tal-Partit Nazzjonalista mistennija tkompli bl-evalwazzjoni tagħha rigward ix-xewqa BSL Britannia Tours … your holiday starts here! BLACK FOREST ROMANTIC ROAD CHRISTMAS MARKETS BELGIAN Visiting Schwenningen, Dorothenhutte, Stasbourg, Triberg, Furtwangen, Titisee, Hamburg, Colmar, Uberlingen, Birnau, Petersburg, Constance, Stuttgart, Europa Theme Park Visiting Neu Ulm, Ulm, Blauberen, Fussen, Munich, Lindau, Neuschwanstein Castle, Bregenz, Augsburg, Landsberg am Lech, Nordlingen, Rothenburg ob der Touber and Dinkelsbuhl PLUS A TOUCH OF FRANCE Visiting Ostende, Bruges, Ghent, Lille, Antwerp & Brussels WHITE CHRISTMAS MAGIC 7-14 December (8/13 Dec. Public Holidays) FROM ¢539 8-14 December (8/13 Dec. Public Holidays) FROM ¢569 WINTER WONDERLAND CHRISTMAS MARKETS 8-14 December (8/13 Dec. Public Holidays) FROM ¢529 All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, Services of Tour Leader and all Taxes (Terms and Conditions apply) Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 ta' Jean Claude Micallef li jkun kandidat f 'isem ilPartit Nazzjonalista għallelezzjonijiet tal-Parlament Ewropew bl-istess mod li sar għall-kandidati l-oħra kollha. Jean Claude Micallef ta' 26 sena minn Marsaxlokk, l-Erbgħa li għadda kien illiberat minn akkużi ta' frodi, bil-Maġistrat Ian Farrugia jgħid li fl-ewwel lok qatt ma kellu jiffaċċja proċeduri kriminali. F'intervista ma' din il-gazzetta, il-Kap talKummissjoni għallEvalwazzjoni tal-Kandidati Joe Borg kien ta x'jifhem li l-unika problema fil-konfront ta' Jean Claude Micallef kienet din il-kawża kriminali." Filkaż ta' Jean Claude Micallef, hu stess ammetta li kellu kawża kriminali l-Qorti u l-Kummissjoni ħasset li kellha temporanjament tissospendi l-kandidatura tiegħu" qal Joe Borg f 'intervista mal-ILLUM. Il-Kwistjoni d JEROME CARUANA CILIA DIN il-ġimgħa aħbar li ddominat il-ġurnali tagħna kienet dwar inizjattiva li permezz tagħha tkun tista' tinxtara ċ-ċittadinanza Maltija għal €650,000. Min qabel ma' din l-iskema u qal li ser trendilna ħafna flus u min qal li ċ-ċittadinanza tagħna m'għandhiex prezz. Iżda awtomatikament tqajmu numru ta' mistoqsijiet. Kif ilGvern wasal għal din is-somma? Din il-mossa tista' tiġi interpretata li wieħed issa jista 'jixtri' l-ażil f'Malta permezz ta' dan? Ħafna qed jgħidu li din l-inizjattiva tal-Gvern tista' twassal għal bosta perikli. Per eżempju l-fatt li anke persuni b'rekords kriminali jistgħu jixtru din iċ-ċittadinanza. Bosta persuni kkumentaw li permezz ta' din l-inizjattiva, il-Gvern qed iwassal il-messaġġ li lis-Sinjur lest li jilqgħu b'idejh miftuħa, filwaqt li lil min hu vulnerabbli u fil-bżonn irid jeħles minnu. Persuni li tkellmu magħna xtaqu spjegazzjoni teknika u dettaljata ta' dan il-proċess. Għaldaqstant, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Joe Vella Bonnici, iċ-Chairperson ta' Identity Malta. Barra minn hekk, tkellimna wkoll malopinjonista Andrew Azzopardi u malo-Avukata Audrey McCormick dwar x'jaħsbu fuq kwistjoni delikata bħal din. "Malta qed iżżomm id-dritt li persuna li tkun akkwistat iċ-ċittadinanza b'qerq, din tiddeħdilha lura" – Joe Vella Bonnici, Chairperson ta' Identity Malta. Vella Bonnici ta spjegazzjoni teknika ta' dan il-proċess. Hu qal li din is-somma ġiet determinata wara analiżi ta' mudelli li diġà qed jirnexxu f'pajjiżi barranin. Fuq rakkomandazzjoni talConcessionaire li għandu esperjenza vasta f'dan il-qasam, ġie aċċettat li, peress li f'pajjiżna dan il-programm għadu jrid jibda (waqt li f'diversi pajjiżi oħra, fosthom numru ta' membri tal-Unjoni Ewropea, programmi simili ilhom għaddejjin), din is-somma inizjali hija raġonevoli biex Malta tidħol b'mod kompetittiv fis-suq. Ta' min jgħid li jekk persuna tieħu ċittadinanza simili minn pajjiż tal-UE, din ikollha d-dritt li tiġi tgħix Malta mingħajr ma pajjiżna jkun ibbenefika xejn. Vella Bonnici spjega kif dan l-investiment se jwassal għal opportunitajiet enormi fejn pajjiżna jiżviluppa proġetti ambizzjużi mhux billi jitfa' t-taxxi fuq il-familji u n-negozji iżda billi jidħol f'oqsma innovattivi li jħallu l-frott. Mhux il-ħsieb li kull mingħandu l-flus jingħata ċ-ċittadinanza Maltija imma biss dawk li jagħmlu kontribuzzjoni sinifikanti lis-soċjetà u jgħaddu