Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655
Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 | illum 5 dwar iċ-ċittadinanza: Tħallas €650,000 u ssir Malti? minn proċess qawwi ta' verifika, b'sistema li se tkun fost l-aktar rigorużi fid-dinja. L-applikant irid jimla' numru ta' formoli relatati mal-persuna tiegħu, il-familji, l-assi personali u l-intrapriżi li hu involut fihom, ċertifikati mediċi eċċ. Se jkun hemm diversi stadji li fihom isir screening tal-applikanti. Dawn iridu jgħaddu mid-'due diligence' u jkun ippruvat li hu jew hi persuna ta' integrità b'kondotta nadifa. Se jkun ix-xogħol ta' Identity Malta li ġaladarba din il-persuna tiġi Malta biex tieħu l-ġurament ta' lealtà lejn pajjiżna, tittieħed l-opportunità biex hu jew hi tiġi mħajra tiftaħ intrapriża f'pajjiżna biex b'hekk inkomplu nsaħħu l-investiment u jinħolqu impjiegi ġodda għall-Maltin. Anke wara li jkun inħareġ iċ-ċertifikat ta' ċittadinanza, jekk jinstab li l-informazzjoni mogħtija ma kinitx korretta jew kompluta, din il-persuna tista' tiġi deprivata miċċittadinanza mingħajr ma tieħu lura l-kontribuzzjoni li tkun saret lis-soċjetà Maltija. Dan jgħodd ukoll jekk persuna li tkun ħadet iċ-ċittandinanza taħt dan il-programm twettaq reat kriminali jew jkun ta' xi periklu għas-sigurtà nazzjonali. Kif diġà spjegajna dan mhux proċess ta' bejgħ ta' ċittadinanza. "Dan hu proċess li joħloq il-possibbilità li persuna li qed tfittex li jkollha ċittadinanza ta' pajjiż ieħor u li tilħaq l-aspettazzjonijiet u l-kundizzjonjiet kollha ta' pajjiżna tiġi kkunsidrata għal dan bid-deċiżjoni aħħarija tkun tal-awtoritajiet lokali. Dan il-programm ta' investiment ġie żviluppat f'diversi pajjiżi Ewropej minn Spanja u l-Portugal, sal-Bulgarija u l-Latvja u mill-Kanada sa Singapore. Malta m'għandhiex tibqa' lura" qal Joe Vella Bonnici. Hu tkellem ukoll dwar ilperiklu u sostna li l-ikbar periklu Audrey McCormick Andrew Azzopardi "Is-suċċess jiddependi mit-tip u l-ammont ta' skrutinju li jsir fuq kull applikant" - Audrey McCormick hu li jistgħu japplikaw persuni li mhumiex ta' integrità sħiħa. Iżda l-proċess serju ta' due diligence li huwa l-iktar sofistikat fiddinja huwa l-aqwa garanzija li dawn il-persuni jinqabdu qabel ma jintemm il-proċess tal-applikazzjoni. "Jekk xi ħadd jiżgiċċa xorta Malta qed iżżomm id-dritt li dik il-persuna tkun deprivata miċ-ċittadinanza li tkun akkwistat b'qerq," enfasizza Vella Bonnici. B'dan il-programm il-gvern qed ifittex l-aħjar interess tassoċjetà Maltija f'dinja li qiegħda dejjem tinbidel. "Pajjiżna diġà għandu numru ta' programmi (bħal global residence scheme, high net worth individuals eċċ.) biex iħajjar lill-barranin jiġu jinvestu f'pajjiżna. Dan għax pajjiżna fehem li dawn l-individwi għandhom kontribut qawwi x'jagħtu fl-iżvilupp ekonomiku ta' Malta u biex jiġi żgurat li l-Maltin jibqgħu jgawdu livell ta' għixien diċenti. Malta se tinvesti l-kontribuzzjonijiet li se jidħlu minn dan il-programm f'fond speċjali li se jitwaqqaf fil-futur qarib. Dawn il-flejjes ma jistgħux jitmissu ħalli b'hekk uliedna, fuq livell nazzjonali, ma jsibux biss dejn" temm jgħid Vella Bonnici. Andrew Azzopardi – Opinjonista "Għalfejn xi ħadd għandu jħallas dawk il-flus kollha biex 'isir' ċittadin Malti?" "Ma nafx biżżejjed fuq ilkwistjoni biex nieħu pożizzjoni. L-unika ħaġa li nista' ngħid f'dan il-punt hija li din tidher li hija prassi li qed iseħħ f'pajjiżi oħra, li mhux neċċessarjament tagħmilha moralment leġittima għal pajjiżna" qal Andrew Azzopardi. "Naturlament a prima face tidher li tħalli l-flus lill-pajjiż, li nerġa' ngħid mhix raġuni biżżejjed biex wieħed jiġġustifika d-dħul tagħha, għax fil-ħajja (anke ta' pajjiż) kif dejjem ngħidu mhux kollox għandu prezz. L-aktar mistoqsija li qed tħabbilli moħħi madankollu hija għalfejn xi ħadd għandu jħallas dawk il-flus kollha biex 'isir' ċittadin Malti - f'dan is-sens jiġuni xi ftit ħsibijiet ħżiena jew kif ngħidu bl-Ingliż, 'shady'" kompla Azzopardi. Hu qal li jemmen li kwistjoni bħal din, bħal ħafna kwistjonijiet oħra li jkollu jiffaċċja ċittadin, għandhom ikollhom l-approvazzjoni ta' kulħadd, forsi anke permezz ta' referendum. "Il-messaġġ politiku wkoll ifixkilni hekk kif qed nitkellmu kif ħa 'nipproteġu' lil Malta minn wisq emigranti (fejn l-argument taċ-ċittadinanza jkun tant qawwi) imbagħad ngħidu li min ser iħallas sew nagħtuh id-drittijiet u l-privileġġi kollha taħt is-sema. Irrid nisma' aktar biex niġi persważ" qal Azzopardi. Audrey McCormick – Avukata "Naħseb li għadu ftit kmieni biex wieħed jgħid jekk jaqbel u ma jaqbilx mar-regolamenti l-ġodda li ġew proposti mill-Gvern dwar xiri ta' ċittadinanza. Jekk wieħed jieħu bħala eżempju pajjiżi oħra, kemm fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll barra mill-Unjoni Ewropea, fejn joperaw regolamenti simili ta' xiri ta' ċittadinanza bħala parti mil-liġijiet ta' dak il-pajjiż, jara li f 'uħud, dawn ir-regolamenti joperaw b'suċċess u f 'oħrajn inqas. Dan jiddependi maġġorment mittip u l-ammont ta' skrutinju li jsir fuq kull applikant, kif ukoll screening tajjeb talfinanzi u l-investimenti li dawn l-applikanti jkunu ser jagħmlu fil-pajjiż in kwistjoni" qalet Dr. McCormick. Jidher illi dawn ir-regolamenti ġodda fil-fatt jagħmlu enfasi fuq dan id-"due diligence exercise" li jrid isir ma' kull applikazzjoni li, fid-dinja tallum, saru kważi kważi ħaġa ta' kuljum f 'kull settur finanzjarju. Hi sostniet li wieħed ma jistax jiċħad illi dan jista' jkun mezz ta' dħul u investiment finanzjarju ġdid għal Malta u għall-ekonomija. Dan narawh fis-settur marittimu u fisservizzi finanzjarji. "Is-suċċess jew le ta' din l-inizjattiva ġdida għal Malta tiddipendi kważi esklussivament mill-kwalità ta' due diligence exercise li jseħħ għax dak huwa l-filtru ewlieni li jiddistingwi bejn id-desiderati u l-bqija talapplikanti" temmet tgħid Audrey McCormick.