Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655
Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 | illum 7 10,000 rapport fuq emissjonijiet ta' karozzi fl-2013 JAMES J. PISCOPO BEJN Jannar u Settembru ta' din is-sena ntbagħtu ftit inqas minn 10,000 messaġġ bħala rapport dwar l-emissjonijiet eċċessivi ta' vetturi. Filwaqt li f 'Jannar kien hemm 766 rapport biss, f 'April in-numru laħaq l-1,251 rapport. Wieħed jista' jara dan bħala numru konsiderevoli meta tqis li l-maġġoranza talpubbliku ma kinitx taf li din is-sistema għadha teżisti. Madankollu n-numru hu żgħir ħafna meta mqabbel mas-snin ta' qabel. Infatti fl-2008 biss, kien hemm reġistrati ftit inqas minn 55,000 rapport. Il-kampanja 'Emission Alert Campaign' kienet tnediet minn Transport Malta f 'Awwissu 2005 bilgħan li tkabbar il-kuxjenza dwar l-impatt negattiv tal-emissjonijiet tal-vetturi. Il-kampanja kienet tat l-opportunità lill-pubbliku biex isemma' leħnu, billi jibgħat messaġġ (SMS) bin- Rapporti kull xahar 2013 Jannar - 766 Frar - 908 Marzu - 1,224 April - 1,251 Mejju - 1,061 Ġunju - 955 Lulju - 1,196 Awwissu- 1,099 Settembru - 1,204 Total: 9,664 numru tar-reġistrazzjoni tal-karozza li viżibbilment qed iddaħħan aktar milli suppost. Sal-2011, in-numru ta' rapporti kienu qabżu l-kwart ta' miljun (257,451 messaġġ). Taħt din l-iskema Transport Malta tibgħat għal karozzi li jkunu rċevew tliet rapporti jew aktar fi żmien tliet xhur. Is-sid tal-vettura jirċievi appuntament għal test u jekk il-vettura tonqos milli tgħaddi minn dan it-test tingħata multa lis-sid u data għal test ieħor. Ilproċess jirrepeti ruħu jekk jiġri l-istess fit-tieni test. Il-kampanja sofriet daqqa ta' ħarta meta rapport talAwditur Ġenerali fl-2009 kien sab li aktar minn 70,000 messaġġ li kien intbagħat mill-bidu tal-2008 kien baqa' mhux proċessat. Minn dakinhar 'il quddiem is-sistema baqgħet sejra lura. Infatti mill-2008 għall-2011 kien hemm tnaqqis drastiku ta' 74% finnumru ta' rapporti. F'rapport separat li nħareġ is-sena l-oħra l-Awditur Ġenerali sostna li raġunijiet oħrajn għalfejn naqsu daqstant innumru ta' rapporti huma n-nuqqas ta' reklamar kontinwu li din il-kampanja għadha teżisti, titjib fil-kwalità tal-arja u l-introduzzjoni ta' karozzi tal-linja ġodda li ma jniġġsux. Iżda fir-rapport hu jsemmi wkoll li Transport Malta ma kellhiex l-infrastruttura teknoloġika addattata biex tmexxi b'mod effiċjenti din ilkampanja. Għalkemm Transport Malta kienet ħarġet sejħa għall-interess għal din is-sistema, in-nuqqas ta' fondi wasslu biex ma jkunx hemm progress. L-Awditur Ġenerali kien qal ukoll li għalkemm kien hemm xi titjib fuq ir-rakkomandazzjonijiet li hu kien għamel fl- 2009, xorta kien hemm "dewmien sostanzjali" biex l-informazzjoni u r-rapporti jiġu analizzati.