Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/191655
8 illum | Il-Ħadd 13 ta' Ottubru 2013 Dwar il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni: Kollha riedu jivvu JEROME CARUANA CILIA ĦAMES deputati Nazzjonalisti ma kinux preżenti sabiex jivvutaw favur il-mozzjoni talOppożizzjoni. Għaldaqstant din il-gazzetta staqsiet lillWhip Nazzjonalista David Agius dwar din il-kwistjoni. Hu qalilna li ħafna minn dawn id-deputati li ma kinux preżenti kellhom raġuni valida u kienu qed jagħmlu xogħol relatat mal-Parlament. Hu semma' kif pereżempju d-deputat Frederick Azzopardi kien qiegħed jassisti lill-iSpeaker Anġlu Farrugia fi żjara fl-Azerbajġan. Id-deputati l-oħra kienu Charlò Bonnici, Jason Azzopardi, Michael Gonzi u Albert Fenech. Il-whip tal-PN sostna li dawn id-deputati kienu ppjanaw l-impenji tagħhom minn qabel u għaldastant ma kienx possibbli li jkunu preżenti għall-vot. David Agius qal li "ilmozzjoni sabiex jiġi rivedut ir-Ruling tal-iSpeaker kienet iffirmata middeputati kollha. Kulħadd kien favur din id-deċiżjoni u għaldaqstant kull insinwazzjoni li xi deputati kienu kontra din il-mozzjoni hija gidba," temm jgħid ilWhip tal-PN. Il-mozzjoni li ressqet l-Oppożizzjoni biex jiġi rivedut ir-Ruling tal-iSpeaker dwar il-każ ta' ksur ta' privileġġ imqajjem mill-Prim Ministru Muscat m'għaddietx b'35 vot kontra u 25 vot favur. Il-mozzjoni tressqet mill-Oppożizzjoni nhar l-Erbgħa 2 ta' Ottubru. Fis-seduta Parlamentari tat-Tlieta tal-ġimgħa li għaddiet l-iSpeaker kien ta r-ruling tiegħu wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għamel mistoqsija dwar indħil politiku lillKummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit filkaż tal-eks-Kummissarju Ewropew John Dalli. Dan ir-ruling wassal biex l-Oppożizzjoni, immexxija minn Simon Busuttil, ħarġet 'il barra mill-Parlament u sostniet li mhux se tħalli lill-Prim Ministru Joseph Muscat joħnoq il-vuċi tagħha u jagħmlilha sarima ma' ħalqha. Iżda wara l-vot tal-Ħamis li għadda kien hemm ħafna li qajmu numru ta' mistoqsijiet dwar dawk id-deputati li ma vvutawx f 'din il-mozzjoni. Minkejja li kien hemm erba' deputati min-naħa tal-Gvern li għal xi raġuni ma kinux preżenti, kien hemm ħames deputati tal-Oppożizzjoni li ma ħadux sehem f 'dan il-vot. Ħafna mill-kritika kienet Ħarsa lejn l-ewwel tliet films li nġibdu f'pajjiżna: L-influwenza tal-ammiraljat Ingliż JEAN PIERRE BORG ILLUM il-ġurnata huma bosta r-raġunijiet li jħajru kumpaniji tal-films jiġu jiġbdu xeni hawn Malta. Flimkien mal-pajsaġġ sabiħ Malti u t-tankijiet ta' fama internazzjonali li jinsabu l-Kalkara, żgur li l-inċentivi fiskali preżenti kif ukoll l-għadd kbir ta' Maltin b'esperjenza twila fil-qasam huma kollha fatturi li jagħmlu minn Malta post attraenti biex jinġibdu l-films. Tmenin sena ilu, madankollu, meta l-ivjaġġar ma kienx faċli daqs kemm hu llum, u meta t-tankijiet tal-Kalkara ma kinux għadhom inbnew, kienu raġunijiet ferm differenti li wasslu biex jinġibdu xeni għallewwel darba hawn Malta. Nafu b'diversi filmati qosra ta' natura amatorjali jew dokumentattiva li nġibdu fil-bidu tas-seklu għoxrin, madankollu kien għal nofs is-snin għoxrin li nġibdu l-ewwel films bl-iskop li jintwerew fis-swali taċ-ċinema. L-għoxrinijiet ma kinux snin tajbin għaċ-ċinema Ingliż hekk kif fis-snin ta' wara l-Gwerra, ma kienx hemm flus biżżejjed biex jinġibdu films tal-istess livell bħal dawk Amerikani. Kien propju f'dawk is-snin li Harry Bruce Woolfe waqqaf kumpanija bl-isem ta' British Instructional Films (BIF) u beda jipproduċi films għaċ-ċinema. B'għaqal kbir, Woolfe kien juża xeni miġbuda waqt l-Ewwel Gwerra Dinjija, u b'sengħa liema bħalha, kien jgħaqqad dawn ix-xeni flimkien ma' mapep animati biex joħloq dokumentarji fuq battalji li seħħew biss ftit snin qabel. Fi ftit snin, il-kumpanija ħadet fama kbira speċjalment fil-qasam ta' dawn il-films dokumentattivi. Woolfe kien isib ħafna kooperazzjoni mis-servizzi armati Ingliżi, però mhux l-istess kien jista' jingħad għall- Xena oħra mill-ewwel film, miġbuda qrib il-bajja tal-Ġnejna Xena mill-ewwel film li qatt inġibed Malta, miġbuda fil-Minżel tal-Majjiesa, Mellieħa Ammiraljat Ingliż, li kien iħares lejn iċ-ċinema b'ċerta stmerrija hekk kif kien jara s-swali taċċinema bħala post il-popolin u n-nies ta' edukazzjoni fqira. Minkejja li fiż-żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija xi bastimenti tal-Ammiraljat tħallew jintużaw biex jinġibdu xi filmati ta' propaganda, eżatt kif spiċċat ilgwerra, il-kbarat fl-Ammiraljat reġgħu għalqu l-bibien għal kull tip ta' ġbid fuq il-bastimenti Ingliżi. Ġara madankollu li meta fl-1923 l-Ammiraljat ġie bżonn kumpanija biex tiddokumenta l-Empire Cruise tal-iSpecial Service Squadron, ma kien hemm ħadd li offra s-servizzi tiegħu ħlief Woolfe li wara appell tal-aħħar minuta aċċetta li jiġbed dan id-dokumentarju. Meta l-film li ssemma' 'Britain's Birthright' tlesta, xejn ma għamel suċċess però Woolfe akkwista żgur l-apprezzament u l-gratitudni tal-Ammiraljat. Kien probabbilment għalhekk li meta fl-1925 Woolfe talab l-Ammiraljat biex jgħinuh fuq film ma sabx il-bibien magħluqin. F'artiklu li kien deher filgazzetta New York Times f'Marzu 1925, kien ġie rrapportat li Woolfe kien propju f'Malta, qiegħed jiġbed xeni għal film fuq il-bastiment HMS Malaya. L-artikolista ma qagħadx jomgħod kliemu hekk kif wera ruħu sorpriż kif tħalla jinġibed film ibbażat fuq storja fittizja fuq bastiment tal-Ammiraljat. Woolfe stess kien kwotat fl-istess artiklu li minkejja l-eċitament kbir li kellu għax-xeni spettakolari li kien qed jirnexxielu jiġbed, kien ħosbien jekk fil-fatt dawk l-istess xeni kinux ser jispiċċaw fil-film li kien ser jintwera fil-pubbliku. Parti mill-ftehim li kien laħaq mal-Ammiraljat kien jitlob li apparti li l-iskritt kellu jkun approvat minn qabel, kull xena miġbuda kellha tiġi murija lil uffiċjali għolja fl-Ammiraljat, u f'każ ta' bżonn iċċensurata ma jmurx dawn ix-xeni setgħu kienu ta' riskju għas-sigurtà tal-flotta. Kundizzjoni oħra li Woolfe kellu josserva kienet li l-ebda attriċi professjonali ma setgħet titħalla titla' fuq il-bastimenti. Kien għalhekk li l-atturi rġiel kienu kollha uffiċjali navali filwaqt li l-attriċi prinċipali kienet bint uffiċjal għoli li saħansitra ngħatat l-isem Dorothy Barclay biex tinżamm mistura l-identità vera tagħha. Filwaqt li l-kumpanija tal-films ġiet fi gżiritna għax il-bastiment HMS Malaya kien stazzjonat hawn Malta, dan wassal biex numru ta' xeni li kellhom jinġibdu fuq l-art inġibdu wkoll fl-inħawi tal-Minżel tal-Majjiesa. Il-film kien ħareġ għall-wiri bl-isem 'Sons of the Sea' u s'issa huwa kkunsidrat bħalha l-ewwel film li qatt inġibed fuq xtutna. Madankollu xejn ma jżomm li iktar riċerka fil-futur tikxef films oħra li setgħu nġibdu qabel. L-unika kopja oriġinali li għadha teżisti llum tinsab fl-arkivju nazzjonali tal-British Film Institute flIngilterra però sfortunatament tnejn mis-sitt bubini li fuqhom kien il-film intilfu biex illum għandna biss il-bidu u t-tmiem tal-film bil-parti ċentrali nieqsa. B'hekk sakemm ma tinstabx xi kopja oħra f'xi arkivju ieħor, jibqa' misteru jekk barra mixxeni fil-Minżel tal-Majjiesa nġibdux xeni oħra f'xi bnadi oħra ta' Malta. Ġurnalisti li kkummentaw fuq il-film, unanimament qablu