Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528
20 illum | Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 Ħames Minutima' Miss Malta JADE Cini, mudella, kantanta, attriċi u studenta Universitarja, tfajla ta' 18il sena mill-Belt Valletta. Għadha kif bdiet l-ewwel sena fl-Università ta' Malta u qed tagħmel il-Baċċellerat fl-Edukazzjoni tal-Primarja blUnuri sabiex issegwi l-ħolma tagħha bħala għalliema talprimarja. Jade bdiet timmudella ta' 3 snin u trawmet fiha mħabba lejn il-palk. Għamlet seba' snin tiżfen imbagħad bdiet ukoll tkanta. F'dawn l-aħħar sentejn kienet ukoll waħda mill-atturi prinċipali fuq isserje televiżiva D.R.E.A.M.S. Ftit jiem ilu wettqet dik li hi tiddeskrivi bħala "waħda mill-akbar xewqat li kelli", u ġiet inkurunata MISS MALTA 2013. id-daqsxejn ta' gżira li ngħixu fiha għandna storja ta' ħakma passata inkredibbli, għandna ħafna postijiet u affarijiet li ma naprezzawx, u l-fatt li għandna lingwa tagħna tagħmilni aktar u aktar kburija. Jiena studjajt il-Malti f'livell avvanzat u dan għeni ħafna nasal naprezza jien ukoll dak li mhux kuljum naħsbu fuqu. L-isbaħ esperjenza ta' ħajtek? L-isbaħ esperjenza ta' ħajti qed ngħixha bħalissa. Miss Malta kienet minn dejjem xewqa tiegħi, ħdimt ħafna għal dak li għandi llum, u ma ħallejt lil xejn u lil ħadd iwaqqafni milli nistinka biex nasal fejn irrid. Dakinhar tal-inkurunazzjoni ta' Miss Malta, nhar is-Sibt 28 ta' Settembru kienet ġurnata li żgur qatt ma nista' ninsa. Lanqas nista' niddeskrivi x'ħassejt x'ħin smajt ismi u rajt is-sala ċċapċap bilwieqfa, kull darba li nsemmi jerġa' jaqbadni l-bard! Kelma waħda li tispjega ħajtek? Vasta - għax f'ħajti nagħmel ħafna affarijiet differenti f'qasir żmien. X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Jien persuna pożittiva ħafna, inħares lejn il-ħajja bħala vjaġġ kontinwu li ma nafux meta jispiċċa, u għaldaqstant għandna ftit żmien wisq biex ma nwettqux il-ħolm tagħna, nagħmlu dak li nixtiequ u jkollna relazzjonijiet tajbin mal-kumplament tas-soċjetà li ngħixu fiha. Kemm hi importanti għalik il-politika? Għalija personali ma tantx hi importanti, insegwi b'mod ġenerali imma miniex xi waħda ffissata fuq partit jew għaqda. Però nħobb inżomm ruħi aġġornata ma' dak li jkun għaddej fil-pajjiż. Skontok x'taffetwa bidla fittmexxija tal-pajjiż? Nemmen li l-awtorità ta' pajjiż għandu jkollha għan ewlieni: il-poplu. Irrelevanti liem partit jkun hemm fit-tmexxija tal-pajjiż, għandu jkun żgur li l-ewwel priorità tkun l-umanità, għaldaqstant naħseb li dik hija waħda mill-affarijiet li tista' taffetwa bidla minn oħra fittmexxija ta' pajjiż. X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? Għalkemm inħobb nixtri (speċjalment ħwejjeġ u żraben) u dejjem nara x'se nivvinta, miniex persuna li l-flus jagħmlu bija jew jgħamuni, fil-verità jien ma nikkuntentax bl-aktar rigali għoljin jew bl-aktar ħwejjeġ ta' ditta famuża, naprezza ħafna Proġett li tixtieq tagħmel filfutur? Nixiteq li nidħol għal Eurovision Song Contest, ili nkanta aktar minn 9 snin u nista' ngħid li, sa minn età żgħira, dakinhar tal-Eurovision, dejjem imweħħla quddiem it-televixin kont issibni. Illum il-ġurnata li kbirt u kelli wkoll tliet esperjenzi fil-Eurovision bħala backing vocalist (2011, 2012, 2013) naf aktar fiċ-ċert li rrid din il-ħolma sseħħ. Miss Malta, mudella, attriċi, kantanta u studenta Universitarja. affarijiet żgħar u ta' ħsieb speċjalment dawk magħmulin bl-idejn allura ma nqisx ruħi bħala materjalista. Definizzjoni ta' kuntentizza għalik? Li tkun kuntent għalija tfisser li tkun qed tgħix fil-paċi miegħek innifsek u ma ta' madwarek, u kull filgħodu tqum b'attitudni pożittiva mhux bħal ħafna jagħlu għax jisbaħ u jkollhom xi ġurnata xogħol quddiemhom! Li taprezza l-aktar affarijiet sempliċi tagħmlek kuntent. Importanti li dak kollu li tagħmel, tagħmlu għax veru trid u tagħmlu mill-qalb. X'taħseb fuq dawk il-Maltin li jitkellmu bl-Ingliż? Jien ma nagħmilx distinzjoni, kulħadd għandu r-raġuni tiegħu, sa la darba persuna hija Maltija u mal-familjari, l-iskola eċċ dejjem tkellmet bil-Malti ma narax għalfejn għandha tabbanduna l-lingwa nazzjonali. Min-naħa l-oħra jekk persuna titrabba f'familja fejn jiġi mitkellem biss l-Ingliż u tattendi ġo hekk imsejħa 'English speaking School' dik storja oħra, mhijiex l-għażla tal-individvu li jitkellem bl-Ingliż imma huma ċ-ċirkostanzi li jippermettu lil dak li jkun jitkellem b'dik il-lingwa. X'ibikkik? Kważi kollox, jien qalbi żgħira ħafna, nibki spiss meta nara xi filmat b'ħafna emozzjonijiet b'mod speċjali dawk fejn nara suldati jiltaqgħu mal-familjari tagħhom b'sorpriża, jew inkella waqt xi film. X'jiffrustrak? Nies li jpejpu f'postijiet fejn mhux suppost (speċjalment ġo club magħluq!) u jonfħu d-duħħan f'wiċċ dak li jkun. X'ibeżżgħek? Ibeżżagħni l-fatt li ninsabu fl-2013 u għalkemm bosta pajjiżi ċivilizzati rrealizzaw is-sitwazzjoni li d-dinja tinsab fiha, xorta għad hawn min jaħli u jarmi l-ikel waqt li n-naħa l-oħra tad-dinja jmutu eluf ta' tfal bil-ġuħ u l-għatx kuljum. Temmen f'Alla? Għaliex? Iva, u ma nistħix ngħid li nemmen. Illum il-ġurnata ħafna żgħażagħ jaħsbu li jekk temmen f'Alla jew tmur il-knisja tkun antikwat, jien ma naqbilx. Inħoss li l-paċi fil-qalb tinkiseb biss permezz ta' konnesjoni spiritwali m'Alla, fil-ħajja tallum inħoss li lil Alla narawh żejjed jew mhux bżonjuż imma fil-verità kulħadd lejh idur meta jinqalagħlu xi ħaġa li l-bniedem m'għandux kontroll fuqha. Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Nista' ngħid li hawn minn kollox, fil-fehma tiegħi hawn ħafna min jaf jilbes, min iżomm ruħu aġġornat mal-moda u għandu stil, però ssib ukoll nies li jilbsu dak li jsibu jixtru fil-ħwienet jew li hu moda biss mingħajr ma jqisu jekk hijiex xi ħaġa li tixraq il-figura jew l-età tagħhom. Naħseb kulħadd għandu jadatta dak li jilbes, u jara x'jixraq lilu mhux li hu moda u li qed jilbes kulħadd. Kemm tħobb lil pajjiżek? Inqis lili nnifsi patrijotta ħafna, l-ewwel nett nemmen li għal din Kieku jkollok tagħżel pajjiż li jirrapreżentak liem pajjiż tagħżel? Nagħżel propju lil pajjizi, Malta għax nahseb li bħala karattru jiena tassew tipikament Maltija. Apparti hekk jien persuna li nħobb ix-xemx, għax ittini ċertu enerġija u l-baħar jirilassani ferm. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Is-suċċess fil-ħajja huwa l-abbiltà ta' kull individwu li jasal f'ċertu punt f'ħajtu fejn jkun qed jgħix esperjenza li ħadem għaliha jew li xtaq ħafna qabel saret realtà, min-naħa l-oħra s-suċċess ma jiġix fuq platt imżejjen, jiġi b'ħafna sagrifiċċji, imma sa la darba tasal hemm, tgawdi għal dejjem! L-iktar darba li stħajt? Għalkemm jien persuna midhla ħafna tal-media, tv eċċ inqis lili nnifsi bħala persuna mistħija sa ċertu punt, imma naħseb l-aktar li nistħi hu meta nxejjer lil xi ħadd li naħseb li nkun naf u ma jkunx hu u sfortunatament din tiġrili spiss!