Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528
Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 | illum 3 diskuti l-liġi tal-Unjoni Ċivili tal-Kunsill Konsultattiv dwar drittijiet LGBT Cyrus Engerer qal li dan l-abbozz ta' liġi huwa nifs ġdid u jista' jwassal għal kisbiet oħra favur id-drittijiet LGBT. Hu semma l-fatt li mhux sew li wieħed jiġi mistoqsi l-identità tal-ġeneru meta jmur jagħti d-demm. Wieħed għandu jistaqsi dwar il-promiskwità tal-persuna u mhux l-orjentazzjoni sesswali. Din il-ġimgħa ġie diskuss ukoll l-Abbozz Privat imressaq mill-Kelliema għall-Oppożizzjoni Claudette Buttigieg, biex id-drittijiet fundamentali tal-persuni LGBT jkollhom protezzjoni massima fil-Kostituzzjoni ta' Malta. Għaldaqstant din il-gazzetta tkellmet ma' rappreżentanti tat-tliet partiti politiċi dwar x'jaħsbu fuq din il-kwistjoni. Il-Kelliema tal-Alternattiva Demokratika għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet Ċivili Angele Deguara, qalet li l-AD hija sodisfatta (għalkemm mhux għal kollox) bl-abbozz ta' liġi dwar l-Unjoni Ċivili għaliex tirrifletti l-valuri u ħafna mill-proposti tal-AD stess fil-manifest elettorali. Hi qalet li AD hija sodisfatta li l-abbozz ġie ppreżentat fil-parlament eżatt kif ġie propost mill-Kunsill Konsultattiv. AD-LGBT kienet rappreżentata fuq il-Kunsill u għalhekk kellha parti attiva fit-tfassil ta' dan l-abbozz. "Huwa pass pożittiv li l-abbozz ġie mfassal minn rappreżentanti ta' għaqdiet u organizzazzjonijiet li għandhom għal qalbhom id-drittijiet tal-komunità LGBT. Però AD temmen f 'ugwaljanza fiż-żwieġ u għalhekk tħoss li għalkemm dan huwa pass pożittiv u importanti ferm għallkomunità LGBT u anke għassoċjetà Maltija, għadu mhux verament jirrifletti dak li nemmnu fih aħna. Għalhekk nittamaw li dan l-ewwel pass iwassal għal ugwaljanza vera mingħajr l-ebda "imma"," sostniet Deguara Il-kelliema tal-Alternattiva Demokratika fissret kif "l-abbozz jipprovdi biex koppji kemm omosesswali kif ukoll eterosesswali jkollhom l-istess drittijiet u dmirijiet bħal koppji miżżewġin. Flistess ħin l-abbozz iċaħħad lill-koppji LGBT milli jiżżewgu u allura qed iħalli lill-koppji LGBT f 'kategorija differenti minn koppji eterosesswali li għandhom l-għażla dwar jekk jiżżewġux bil-Knisja, ċivilment jew jidħlux f 'unjoni ċivili." AD hija msejsa fuq valuri ta' ugwaljanza u ġustizzja soċjali u għalhekk kienet l-ewwel partit li ppropona drittijiet ċivili bħad-divorzju u anke unjoni ċivili bi drittijiet ugwali għaż-żwieġ, kif ukoll fl-aħħar manifest tal-elezzjoni li għaddiet AD uriet biċċar li temmen f 'ugwaljanza vera u ma bżajniex nużaw il-kelma "żwieġ". Aħna nemmnu li l-istituzzjoni tażżwieġ għandha tkun miftuħa għal kulħadd mingħajr diskriminazzjoni fuq bażi ta' orjentazzjoni sesswali. L-istess nemmnu rigward, pereżempju, l-adozzjoni. Aħna nemmnu li kull koppja għandha dritt tapplika għall-adozzjoni u kull każ għandu jkun ikkunsidrat fuq il-mertu tiegħu mingħajr diskriminazzjoni fuq bażi ta' orjentazzjoni sesswali. Is-Sindku tal-Qala u l-kandidat żagħżugħ għallelezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista, il-Perit Clint Camilleri f 'kummenti ma' din il-gazzetta qal li "aktar milli naħseb, nemmen, li ż-żmien ilu li wasal biex persuni LGBT jieħdu d-drittijiet tagħhom. Dan huwa pass ieħor importanti fil-mixja li qed jagħmel il-Gvern Laburista biex kull individwu jieħu dak li jixraqlu, hu min hu. Huwa b'miżuri bħal dawn li nuru l-valuri veri ta' dan ilmoviment, b'mod partikolari l-inklużjoni u d-drittijiet ċivili. Din hija wkoll wegħda elettorali li l-gvern Laburista ser ikun qiegħed iwettaq mingħajr tkaxkir tas-saqajn." "Li huwa ta' tħassib," sostna l-Perit Camilleri, "huwa kif il-Partit Nazzjonalista wara daqs tant żmien fil-gvern u issa wara aktar minn sitt xhur fl-oppożizzjoni għad ma għandux pożizzjoni rigward l-Unjoni Ċivili. Minn naħa l-oħra, l-Partit Laburista ilu żmien jisħaq favur il-bżonn ta' liġi f 'dan ir-rigward." "Malta b'dan l-abbozz qed turi kemm immaturat bħala pajjiż. Dawn huma l-vera krendenzjali Ewropej," enfasizza Camilleri. Hu qal li l-Gvern għandu mandat ċar sabiex idaħħal il-liġi tal-Unjoni Ċivili. "Min-naħa l-oħra, l-gvern mhux lest li jċaħħad lill-ebda koppja minn xi drittijiet. Għaldaqstant, unjoni ċivili bi drittijiet simili għal taż-żwieġ. Però nifhem, li kulturalment u tradizzjonalment f 'Malta, ż-żwieg hu meqjus bħala rabta bejn raġel u mara," qal Clint Camilleri. "Ta' min isemmi li l-Gvern isejjaħlu 'union' u mhux 'partnership', għax dan ilgvern jagħti l-valur li jixraq lil kull relazzjoni. Dik li tagħmilna differenti milloppożizzjoni," temm jgħid il-kandidat f 'isem il-Partit Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. ESPONI L-IDEA TIEGEK • Innovazzjoni Kreattiva • Innovazzjoni Xjentifika • Innovazzjoni Teknoloika • L-aktar innovazzjoni prometenti Segwina fuq Facebook Aktar minn elf segwaċi fuq il-paġna tagħna. Facebook.com/IllumMediaToday