Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/195528
SPORTSillum Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 2013 | illum 33 Gerrard jiskorja l-100 gowl tiegħu fil-kampjonat u United miżmuma minn Southampton IL-CAPTAIN u leġġenda ħajja ta' Liverpool Steven Gerrard skorja l-100 gowl tiegħu fil-kampjonat ma' Liverpool meta rnexxielu jsib ix-xibka permezz ta' penalty fid-draw ta' 2-2 tar-Reds kontra Newcastle United barra minn darhom f 'St James Park. Kienu Newcastle li fetħu l-iskor permezz ta' Cabaye fit-23 minuta iżda l-istess tim sofra daqqa ta' ħarta fil41 minuta meta spiċċaw jilagħbu b'għaxar plejers hekk kif fil-41 minuta tkeċċa għalihom il-plejer Mapou Yanga-Mbiwa wara li waqqa' plejer ta' Liverpool fil-kaxxa. B'hekk Liverpool rebħu penalty li minnu Gerarrd ma żbaljax. Iżda għalkemm bi plejer inqas kienu Newcastle United li reġgħu marru fil-vantaġġ fis-56 minuta permezz ta' Paul Dummett bis-solitu plejer internazzjonali Ingliż ta' Liverpool Daniel Sturridge iġib l-iskor indaqs għal Liverpool fit-72 minuta fejn l-istess plejer ġie wkoll ammonit 12-il minuta biss wara. Intant, Manchester United komplew bis-serje ta' riżultati negattivi matul dan l-istaġun meta ġewwa darhom f 'Old Trafford ġew miżmuma fi draw ta' 1-1 mit-tim li l-iktar issorprenda b'mod pożittiv sa issa fl-Ingilterra jiġifieri Southampton. Kienu l-United li fetħu l-iskor permezz tas-solitu attakkant prolifiku Olandiż Robin van Persie fl-ewwel taqsima eżattament fis-26 minuta waqt li Southampton bl-iktar mod meritat ġabu l-iskor indaqs minuta mit-tmiem tal-logħba permezz tal-plejer Dejan Lovren. Chelsea dawru telfa f 'rebħa meta għelbu lit-tim neopromoss u ferm inferjuri ta' Cardiff City bl-iskor kbir ta' 4-1. Kienu Cardiff City li marru fil-vantaġġ permezz ta' Murch wara biss għaxar minuti logħob waqt li Hazard ġab l-iskor indaqs għal Chelsea fit-33 minuta waqt li l-akkwist il-ġdid tagħhom Samuel Eto'o poġġihom filvantaġġ meta skorja l-ewwel gowl tiegħu kemm ilu li ngħaqad ma' Chelsea fis-66 minuta. Il-plejer Oscar skorja t-tielet gowl għall-Blues fit-78 minuta waqt li Hazard skorja t-tieni gowl personali tiegħu fil-logħba u r-raba' wieħed għal Chelsea fit-83 minuta. Arsenal ikkonsolidaw posthom fil-quċċata talklassifika tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra bi 19-il punt, meta ġewwa darhom fl-Emirates Stadium għelbu lil Norwich City bl-iskor ta' 4-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Wilshere fit-18-il minuta, doppjetta ta' Ozil fit-58 u fit-88 minuta rispettivament u Ramsey fit-83 minuta waqt li l-uniku gowl għal Norwich City f 'din il-logħba wasal minn Jonathan Howson fis-70 minuta li momentarjament kien naqqas id-distakk ta' gowls bejn iż-żewġ timijiet għal gowl wieħed biss. Manchester City barra minn darhom għelbu lit-tim li kellu bidu tajjeb fil-kampjonat, Aston Villa bl-iskor ta' 3-1 bil-gowls għas-City jiġu skurjati minn doppjetta tal-plejer Arġentin Sergio Aguero fis-16 u fil-51 minuta u gowl ta' David Silva fit-80 minuta, waqt li l-gowl waħdieni ta' West Ham United wasal permezz ta' rovexxata ta' Ricardo Vaz Te fit-58 minuta. Everton għelbu lil Hull City bl-iskor ta' 2-1 bilgowls għalihom jaslu minn Mirallas u Pienaar fit-8 u fis-57 minuta rispettivament wara li l-plejer ta' Hull City Sagbo kien momentarjament ġab l-iskor indaqs wara nofs siegħa logħob. F'logħbiet oħra Stoke City u West Bromwich Albion temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls waqt li Swansea City meta kienu qed jilagħbu ġewwa darhom għelbu l-isfida ta' Sunderland bl-iskor kbir ta' 4-0 bilgowls għalihom jaslu minn awto-gowl ta' Bardsley fis-57 minuta, De Guzman minuta biss wara, penalty mogħti minn Wilfried fl-64 minuta waqt li r-raba' u l-aħħar gowl għalihom wasal minn Chico fit-80 minuta. Intant, fil-kampjonat Serie A TIM fl-Italja, Cagliari fliStadio Is Arenas dawru telfa f 'rebħa meta għelbu lit-tim Sqalli ta' Catania bl-iskor ta' 2-1. Kienu Catania li fetħu l-iskor wara biss ħames minuti permezz ta' Bergessio waqt li Segundo Victor Ibarbi ġab l-iskor indaqs għal Cagliari fis-26 minuta. Fl-40 minuta Catania qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'għaxar plejers wara li tkeċċa għalihom l-eks plejer ta' Juventus u AC Milan, Nicola Legrottaglie permezz ta' karta ħamra diretta, liema tkeċċija ħalliet effett ferm negattiv fuq il-kumplement tallogħba għall-istess Catania. Il-plejer Mauricio Ricardo Pinilla spiċċa biex kien l-eroj assolut għal Cagliari meta skorja l-gowl tar-rebħa li tat tliet punti prezzjużi lit-tim mill-kapitali tas-Sardenja fl-84 minuta bl-istess plejer jiġi ammonit erba' minuti biss wara. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 19 ta' Ottubru West Ham U. vs Manchester C. Newcastle U. vs Liverpool Arsenal vs Norwich C. Chelsea vs Cardiff C. Everton vs Hull C. Manchester U. vs Southampton Stoke C. vs WBA Swansea C. vs Sunderland 1-3 2-2 4-1 4-1 2-1 1-1 0-0 4-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 17:00 Aston Villa vs Tottenham H. It-Tnejn 21 ta' Ottubru 21:00 Crystal Palace vs Fulham Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 19 ta' Ottubru Cagliari vs Catania 2-1 Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 20 ta' Ottubru 12:30 Atalanta vs Lazio 15:00 Fiorentina vs Juventus 15:00 Genoa vs Chievo V. 15:00 Verona vs Parma 15:00 Livorno vs Sampdoria 15:00 Sassuolo vs Bologna 20:45 Torino vs Inter