Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845
elett bil-mirakli Ritratt: Audrey Lienard Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 | illum 13 fil-miżbla, iżewġuk fis-sagristija. Jien stess għamilt erba' snin bla xogħol għax kien hemm salib aħmar ħdejn ismi. "Niftakar li fi żmien l-interdett, għat-tberik tad-djar kienu qabżuna u ommi qagħdet tibki. Missieri ma ħasibhiex darbtejn, għamel barmil bl-ilma u b'diżinfettant u waddbu 'l barra. Għal naqra ma ħasilx lillkappillan!" jirrakkonta b'daħqa Debono Grech. Nirrimarkalu li xi Laburisti akkaniti qed iħossuhom minsija minn Marzu 'l hawn. "Hawn ħafna li jħossuhom minsija imma l-partit ma daħaq b'ħadd. Ilu fil-Gvern minn Marzu u trid tneħħi l-ewwel xahrejn sakemm isib saqajh. Diġà għaddejna minn din is-sitwazzjoni fl-1971 u fl1996. F'sitt xhur ma tistax tagħmel "Meta fl-2004 ikkontestajt għall-Parlament Ewropew, kont iddeċidejt li jekk nitla' ma mmurx… ma stajtx" xogħol ta' 25 sena. Wara dawn is-snin twal tippretendi l-mirakli, imma ma tistax." Debono Grech u l-mexxejja L-għada li Joseph Muscat kien ġie elett mexxej Laburista, Debono Grech ħasad lil kulħadd meta tefa' r-riżenja tiegħu. Probabilment kienet l-ewwel problema li kellu jaffaċċja Muscat bħala mexxej. Ħames snin wara, Debono Grech jibqa' jinsisti li kienu raġunijiet personali biss u li Joseph Muscat "ma kellu x'jaqsam xejn." Jgħid li filwaqt li jirrispetta d-deċiżjoni tal-konferenza ġenerali, jsostni li għalih "it-tmexxija tal-partit hi ħaġa sagra," u jtenni għal darb'oħra li leali kien u jibqa' lejn il-PL. Mitlub jiddeskrivi l-erba' mexxejja Laburisti li serva taħthom, Debono Grech jagħżel l-aġġettiv "kuraġġużi" għal Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici, li kellhom ineħħu l-mentalità kolonjali bħala l-għan ewlieni. Jiddeskrivi lil Alfred Sant bħala "bniedem bravu li n-nies ma fehmitux", validu u mhux supperv, waqt li kellu wkoll kliem ta' tifħir għal Joseph Muscat "li kien raġel biżżejjed biex jibni fuq it-tajjeb u jkisser ilħażin li sab." Ikollu kliem ta' kuraġġ għal Kap Nazzjonalista Simon Busuttil, u jgħid li għadu kmieni wisq biex tiġġudikah. "Busuttil ħa partit bħal ma ħadu Joseph Muscat. Qatt ma ġrat f 'Malta li partit ikollu maġġoranza ta' 36 elf vot, u għalhekk nissimpatizza miegħu. Għadu ż-żmien biex tiġġudika, anke għaliex fil-politika, f 'siegħa jista' jinbidel kollox," jikkonkludi d-deputat Karkariż.

