Illum previous editions

illum 26 October 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/199845

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 27 ta' Ottubru 2013 L-għarukaża fil-bandli Ir-rotta talġurnalist f'San Ġwann Spejjeż kbar minħabba vandaliżmu sfrenat Jerome Caruana Cilia Din id-darba l-ġurnalist żar bandli li jinsab fi Pjazza Vinċens Borg Brared f'San Ġwann. Post li ta' kuljum ikun iffrekwentat minn bosta tfal, żgħażagħ, ġenituri u anzjani. Fl-2007 il-Kunsill Lokali għamel investiment ta' 'l fuq minn €15,000 f'dan il-bandli. Madankollu, bosta persuni ma japprezzawx l-ispejjeż u x-xogħol involut u kif wieħed jista' jara sar ħafna vandaliżmu li żgur ma jagħmilx ġieħ lil din il-lokalità. SERVIZZ TA' WIFI B'XEJN Ftit tax-xhur ilu l-Kunsill Lokali ta' San Ġwann installa s-servizz ta' WiFi f'dan il-bandli. B'hekk fl-istess bandli u fil-viċinanzi permezz ta' wireless internet wieħed jista' jaċċessa l-internet b'xejn. Din hi inizjattiva tajba ħafna. DAR GĦALL-QTATES Vera li mhux sew li bosta qtates jitħallew jiġġerrew barra, iżda lanqas hi xi ħaġa xierqa li tibni dar għall-qtates f'dan il-bandli! AKTAR TAGĦMIR IMKISSER Saħansitra l-vandaliżmu sar ukoll fuq dan l-apparat li jilagħbu bih it-tfal żgħar. Ir-ritratti juru tagħmir imkisser u li jinsab fi stat ħażin ħafna. "Il-Kunsill Lokali ser jirranġa dan it-tkissir kollu?" Staqsew xi residenti b'rabja kbira lejn dawk li wettqu dan il-vandaliżmu ĦMIEĠ TAL-KLIEB MA' KULLIMKIEN L-ewwel ħaġa li jinnota kull min jidħol f'din iż-żona, huwa l-ammont kbir ta' ħmieġ tal-annimali. Ħafna Kunsilli Lokali jinvestu fuq kampanji informattivi biex jedukaw lis-sidien talklieb biex inaddfu wara l-kelb tagħhom. Iżda bosta drabi dawn il-kampanji jaqgħu f'widnejn torox. Fil-fatt minkejja li hemm sinjali li jipprojbixxu l-aċċess għall-klieb, dan jidher li qed jiġi injorat għal kollox! KLIEM DISPREĠĠJATTIV U OXXEN. "Min għamel dan il-vandaliżmu vera jmissu jistħi," qalulna xi residenti. "Nispera li l-Pulizija jieħdu azzjoni u jagħtu iktar kas ta' din iż-żona." ISIR TINDIF REGOLARI? It-tankijiet taż-żibel fil-madwar huma mimlijin skart. Madankollu, il-Kunsill Lokali ta' San Ġwann qalilna li darba fil-ġimgħa jsir it-tindif f'din iż-żona.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 October 2013